Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542274
intervista IL-ĦADD 28 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum 16 Fuq Xtra, Saviour Balzan jintervista lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello 'Meta Bernard Grech tkellem fuq €32 miljun, dak kien id-dejn komplet tal-partit bl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu' Kemm se jdumu l-partiti jiddependu fuq id- donazzjonijiet tan-nies? L-ewwel nett, aħna nafu li l-partiti kollha jiddependu fuq id- donazzjonijiet. Aħna m'għandniex dħul sabiex immexxu l-partit, allura l-partiti politiċi huma bbażati prinċiparjament fuq żewġ kolonni; id-donazzjonijiet u l-volontarjat. Allura, minkejja li tul is-snin dik l-istruttura ħadmet, iż-żminijiet jinbidlu. Allura naħseb li wasalna sabiex niddiskutu l-finanzjament tal-partiti, bil-punt tat-tluq ikun it- trasparenza. Aħna żgur m'għandniex finanzjament. Kif se tressaq iż-żewġ partiti lejn xulxin u jaħdmu fuq il-biċċa bħala bidla politika ħolistika? Iż-żminijiet inbidlu. Illum mhux bħal 20 sena ilu. L-ispejjeż għolew. Il-finanzjament tal-partiti jrid iġib miegħu t-trasparenza, avolja mhux kulħadd għandu dawn l-interessi. Nerġa ngħidlek, aħna m'aħna ffinanzjati minn ħadd, inkluż mill- Istat. Aħna qatt ma sraqna proprjetà tan-nies. Imbagħad l-istat iħallas €1.3 miljuni f 'danni għall-proprjetà li seraq il-Partit Laburista. M'aħniex imħallsin mill-istat bil-propaganda li jsir fuq l-istazzjon tal-istat. Illum l-ikbar problema tal-partiti hija li żżomm il-media tiegħek topera. Meta għandek il-media, trid tippompja ammont kbir ta' flus u allura dak iġib żbilanċ. Inti għedt li l-istazzjon nazzjonali jiffavorixxi l-partit. Iaħ l-istazzjoni nazzjonali u tara, mhux ir-riklamar biss. Tikkampanja b'diversi modi. Mhux qed ngħid li aħna esklużi però meta tridu naraw eżattament li jkun propaganda għall-gvern, u l-ħin tal-oppożizzjoni fit-totalità. Kif qed tissuġġerixxi li jkun hemm il-finanzjament tal- partiti? Jien nemmen li b'rieda tajba m'għand kulħadd naslu għal soluzzjoni u naraw li jkun hemm finanzjament tal-partiti b'obbligu prinċipali tat-trasparenza. Però, jiena qed naqbel li jrid ikun hemm struttura. Mhux qed ngħid li hekk irid isir għax din trid toħroġ minn diskussjoni wara r-rieda. Il-perċezzjoni tan-nies tista' tkun ħafna. Mhux bilfors li kull min jagħti l-flus ikollu influwenza kbira fuq il-partit. Aħna ħbieb ta' kulħadd imma ma qegħdin fil-but ta' ħadd. F'sitwazzjoni bħal din, ma taħsibx li wasal iż-żmien li dan l-istazzjon ikollu mudell bħar-Rai l-Italja, fejn jitilqu mill-media tagħhom u jkollhom vuċijiet moderati fuq l-istazzjonijiet? Tista' tkun possibbiltà. Jien ma nwarrabx dan l-argument imma jrid ikun hemm is-salvagwardji kollha. Il-problema tagħna li aħna bħala PN għandna stazzjon wieħed. Jiena m'għandi l-ebda diffikultà li npoġġi mal-partit fil-gvern b'moħħ miuħ biex naraw l-aħjar soluzzjonijiet. Il-kontijiet ġew ippubblikati u ħareġ ċar li l-istazzjoni televiżiv jiswa ħafna, il-partit jiddependi fuq id-donazzjonijiet u li hemm dejn kbir. X'ġara bid-dejn? Il-bidla fiċ-ċifra hija sempliċi għall-Partit Laburista. Il-kontijiet li ppubblikajna skont il-liġi huma l-kontijiet tal-Partit Nazzjonalista, li mbagħad għandu l-kumpanija tiegħu, il-Media Link. Meta Bernard Grech tkellem fuq €32 miljun, dak id-dejn komplet tal- partit bl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu. Jien għedt li għandna €32 miljun dejn b'mod komplet, u €38 miljun assi b'mod komplet. Jekk tara l-kontijiet, l-aħħar wieħed, tara li għandna €11 miljun dejn bħala partit biss u għandna wkoll €16-il miljun assi. Aħna ffukajna fuq il-partit, skont il-liġi tal- finanzjament tal-partiti. Il-PL iddikjara bilfors id-djun tal-partit però kien hawn xi ħadd qatt qal kemm hu d-dejn tal-PL kollu bil- kumpaniji kollha? F'dawn iċ-ċirkostanzi, x'inhi s-sitwazzjoni? Inserraħlek rasek li minkejja l-PL qed jibqa' jaħbi, għax aħna ħriġna f 'wiċċ in-nies u għedna l-verità kollha. Serraħ rasek li ż-żewġ partiti qegħdin fl-istess ilma. Is-soluzzjoni hija li aħna kif tela' Alex Borg kompla jsaħħaħ is-setturi finanzjarji tagħna b'iżjed nies iffukati fuq il-finanzi tal-partit. Hu qed jaħdem biex jikkummerċjalizza t-€38 miljun assi. Naraw ukoll li ndaħħlu aktar donazzjonijiet fl-aħħar żewġ maratoni. Għalfejn ħassejt il-bżonn li tinżel fit-triq u titkellem mar-residenti fuq dak l-iżvilupp? Dan huwa t-tieni mandat tiegħi u jien dejjem kont ċar mal- pubbliku. Ovvjament mhu se nħalli l-ebda żvilupp itappan lil-lokalità tiegħi. Jien mhux ħa nħalli dawn l-iżviluppi jħassru l-karatteristika tal-lokalità tagħna. Il-proġett ta' ħames sulari biswit is-santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, biswit knisja kklassifikat fuq grad wieħed. Tajjeb li ngħidlu li dan iħassar u joħloq il-pjazza li se jkun qed iħares fuqha. Il-bejt tal-knisja huwa 15-il metru għoli u din il-binja 17.5 metri għoljin. Realistikament, inti sindku tal-PL, ma taħsibx li wasal iż-żmien li l-policies ikunu aktar ċari u sensittivi għal dawn il-problemi? Inti għandek il-policies qegħdin hemm, aħna l-intrepretazzjoni tagħhom ma togħġobniex. F'dan il-proġett, l-Awtorità għall- Ippjanar eskludiet kollox dak li rrakkomandajna aħna bħala kunsill lokali, kif ukoll mis-supretendenza. Dan li għedna aħna, qalitu l-Qorti wkoll fuq kawżi oħrajn simili għall-każ tagħna. Kull individwu fl-awtorità għandu responsabbiltà. Irid ikun hemm bilanċ u proġetti sostenibbli. Meta jkun hemm komunità maġġoranza Laburisti inkwetata, ma taħsibx li l-partit għandu jkun aktar sensittiv għal dawn l-affarijiet? Eventwalment, din bil-mod il-mod qed tikber u qed tiġi fuq kriżi nazzjonali. Tajjeb li matul iż-żmien wieħed jirrevedi l-affarijiet. Jien nappartjeni minn gvern li għamel diversi riformi u beda diversi diskussjonijiet pubbliċi. Jiena fid-dmir tiegħi li nressaq dawn il-punti aktar 'il quddiem. Għas-sentiment li l-kunsill lokali m'għandux biżżejjed saħħa u opinjoni, ma taħsibx li l-opinjoni għandha tkun aktar b'saħħitha? F'Diċembru ġew approvati diversi żviluppi oħra. Aktar kemm ikollok poter, aktar kemm tkun trid. Jien nieħu pjaċir meta jkun hemm żviluppaturi li jiltaqgħu mal-Kunsill, u infatti dan ġara għax il-messaġġ kien wieħed evidenti. Il-kunsilli lokali għandhom l-ispazju li jivvutaw fuq proġetti kbar bħal dawn fejn jitqiesu bħala objector imma mhux stakeholder. 'Eventwalment, din bil-mod il-mod qed tikber u qed tiġi kriżi nazzjonali' Niltaqgħu ma' Jorge Grech, is-Sindku Laburista ta' Ħaż-Żabbar MINUTA MAS-SINDKI
