Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542274
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 28 TA' DIĊEMBRU 2025 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti 'Poġġejt għax għejejt' ta' Antoine Paul Camilleri Tmut l-attriċi Marylou Coppini f 'lejlet il-Milied L-esebizzjoni ta' Antoine Paul Camilleri tesplora dik is-sensazzjoni sabiħa, kważi meditattiva, li wieħed sempliċement joqgħod bilqiegħda u jħalli kollox jgħaddi. Dak il-mument meta l-unika ħaġa li tixtieq hija post fejn toqgħod, u ladarba tistrieħ, kull għadma f 'ġismek tibda teħles mit-tensjoni. L-idea għal din l-esebizzjoni nibtet waqt żjara fl-istudio mill- kuratriċi Melanie Erixon. Waqt li kienet qed taħseb flimkien mal-artist dwar din il-wirja individwali, hija nnotat in- numru kbir ta' skulturi ta' figuri bilqiegħda: xi wħud fuq siġġijiet, oħrajn mimduda, oħrajn qed jirrilassaw f 'banju, u xi wħud qed imissu bi ħlewwa qattus. Ix-xogħlijiet ippreżentati fl- esebizzjoni jinkludu ċeramika, bronż u tpinġijiet, u kollha jaqbdu dawn il-mumenti intimi ta' waqfa u mistrieħ. L-esebizzjoni tiċċelebra l-arti li "ma tagħmel xejn", u tgħallimna nirreżistu l-impuls kostanti li nkunu produttivi f 'kull mument tal-ġurnata. Tistedinna noqogħdu bilqiegħda mingħajr il-mowbajls tagħna, bħalma huma dawn il- figuri skolpiti, u sempliċement ninnutaw lin-nies u l-affarijiet ta' madwarna, u nħallu lilna nfusna naħsbu. Fl-aħħar mill-aħħar, permezz ta' dawn ix-xogħlijiet, Camilleri jħeġġiġna nnaqqsu r-ritmu, nirrilassaw u ngawdu, għal ftit minuti, il-ferħ ta' il dolce far niente. Dwar l-artist Camilleri twieled f 'Awwissu tal-1959 u huwa wieħed minn ħamest aħwa. Ta' età żgħira beda jitħarreġ ma' missieru, il-mibki Antoine Camilleri, wieħed mill- aktar artisti moderni influwenti f 'Malta. Fil-livell postsekondarju studja taħt l-artist Esprit Barthet u attenda klassijiet tal-fuħħar maċ-ċeramist magħruf u ammirat Gabriel Caruana. Huwa pparteċipa f 'diversi esebizzjonijiet kollettivi u organizza wkoll numru ta' wirjiet individwali. Ix-xogħol tiegħu jkopri firxa wiesgħa ta' mezzi artistiċi, fosthom tpinġijiet bil- pinna u l-linka, pitturi bl-akriliku, inċiżjonijiet, akwarelli, fużjoni tal-ħġieġ magħquda ma' skultura tal-metall, u ċeramika. Issa li rtira, jista' jiddedika ruħu bis- sħiħ għall-pittura u l-iskultura mill-istudio tiegħu f 'Pembroke. L-attriċi tat-teatru rinomata Maltija Marylou Coppini mietet f 'lejlet il-Milied fl-Isptar Mater Dei wara marda qasira. Kellha 75 sena. Imwielda fl-1949, Coppini bdiet il-karriera artistika tagħha minn età żgħira ħafna. Kienet biss ta' 13-il sena meta ħadet sehem fil-film għat-tfal Treasure in Malta, li fetħilha l-bibien għal ħajja sħiħa ddedikata għall-arti performattiva. Tul is-snin, Marylou Coppini saret isem magħruf u rispettat fix- xena teatrali u televiżiva Maltija, b'ħidma estensiva fuq il-palk, it- televiżjoni, u l-film. Fit-teatru, hija kienet apprezzata ħafna għall-interpretazzjonijiet tagħha f 'xogħlijiet klassiċi bħal She Stoops to Conquer u e Cherry Orchard, kif ukoll f 'numru kbir ta' produzzjonijiet ta' drama komunitarja u pantomimi. Fuq it-televiżjoni, Coppini dehret f 'diversi programmi popolari Maltin, fosthom Santa Monica, Villa Sunset, u L-Erba L'Huma, li komplew isaħħu l-preżenza tagħha fid-djar Maltin. Il-kontribut tagħha għall-palk ġie rikonoxxut ukoll permezz ta' diversi unuri, fosthom premjijiet għall-Aqwa Attriċi mill-Malta Amateur Dramatic Club (MADC). Minbarra r-rwol tagħha bħala attriċi, Coppini kellha wkoll rwoli ta' tmexxija fil-komunità teatrali Maltija, u serviet bħala Direttur Artistiku tal-MADC. Marylou Coppini qed tiġi mfakkra mhux biss għall- karriera artistika brillanti tagħha, iżda wkoll għall-impenn u d-dedikazzjoni tagħha lejn it- teatru Malti. Hija ħalliet jibkuha lil żewġha u żewġt ibniet, li t-tnejn imxew fuq il-passi ta' ommhom fil-qasam tal-arti. L-esebizzjoni tiċċelebra l-arti li "ma tagħmel xejn" Marylou Coppini saret isem magħruf u rispettat fix-xena teatrali u televiżiva Maltija

