MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 January 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542536

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

05 analiżi illum • IL-ĦADD 11 TA' JANNAR 2026 ta' Donald J. Trump lemin estrem b'aġenda kapitalista u faxxista. Minkejja li r-reġim ta' Nicolas Maduro m'għandux jiġi rromantiċizzat, l-ebda persuna konxja tal-istorja tal-Amerka Latina ma jista' qatt jemmen li l-Istati Uniti qatt kellha l-interess ġenwin li ssaltan id-demokrazija fil-pajjiżi ġirien tagħha. Fil-fatt, it-theddid ta' Trump fil-konfront tal-Kolombja, il-Messiku, il- Panama, u d-Danimarka permezz ta' Greenland, kien theddid fil-konfront ta' pajjiżi sovrani b'demokraziji funzjonabbli u stabbli. It-theddid kontra Greenland: sfida għall-Unjoni Ewropea Fil-każ ta' Greenland, it-theddida ta' Trump ma kinitx biss waħda diretta lejn is-sovranità u l-integrità territorjali tad-Danimarka, iżda kienet waħda diretta lejn l-Unjoni Ewropea u n-NATO fis-sħuħija tagħha. F'din is-siegħa tal-prova għall- Unjoni Ewropea, ġie żvelat kemm il-blokk huwa dgħajjef u vulnerabbli minħabba l-fatt illi huwa nieqes minn vuċi kollettiva u konsistenti f 'materji ta' politika barranija. L-Unjoni Ewropea mhux biss naqset milli tikkundanna b'mod ċar l-operazzjoni Amerikana fil- Venezwela, iżda naqset ukoll milli tipprovdi pjan koerenti rigward it- territorju ta' Greenland illi l-Istati Uniti jridu jassumu kontroll sabiex jikkumbattu l-allegata influwenza Ċiniża u Russa fl-Oċean Artiku; minkejja li diġà hemm bażijiet militari Amerikani fit-territorju. Minkejja li l-Unjoni Ewropea qiegħda tagħti importanza kbira fuq il-ħarsien tas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, ma jidhirx illi l-Unjoni Ewropea qiegħda tagħti l-istess importanza fuq il- ħarsien tas-sovranità u l-integrità territorjali ta' stat membru tagħha stess. In-nuqqas tal-Unjoni Ewropea sabiex toħroġ għonqha għas- sigurtà ta' stat membru tagħha stess qiegħda tweġġa' l-kredibbiltà u l-immaġini tal-Unjoni Ewropea bħala tarka difensiva affidabbli għall-istati membri tagħha. Dan in-nuqqas qiegħed ikompli jwassal għall-firxa ta' ideat Ewroxettiċi fi ħdan iċ-ċittadini Ewropej illi qegħdin jixħtu dubju fuq ir-relevanza tal-blokk Ewropew f 'kuntest politiku li qiegħed jiġi ddominat minn ideoloġiji tal-lemin estrem. Huwa evidenti li, attwalment, l-Unjoni Ewropea mhijiex ippreparata għall-prospett ta' invażjoni Amerikana fi Greenland minħabba n-nuqqas tar-rieda tal- mexxejja attwali sabiex jiżviluppaw politika li tikkumbatti l-Istati Uniti b'mod effettiv. L-ineffettività tal-Unjoni Ewropea hija primarjament b'riżultat tal-qasma ideoloġika bejn il-lemin estrem ta' Viktor Orban tal- Ungerija u Giorgia Meloni tal-Italja fuq naħa, u ċ-ċentru ta' Emmanuel Macron ta' Franza u x-xellug ta' Pedro Sanchez ta' Spanja fuq naħa oħra; b'dawn tal-aħħar ikunu l-iżjed mexxejja Ewropej li għandhom ir-rieda li jikkumbattu l-politika espansjonista ta' Trump. Il-politika barranija tal- amministrazzjoni ta' Trump; iffokata fuq il-firxa tal-eġemonija Amerikana a skapitu tal-alleanzi tagħha mal-alleati tradizzjonali tagħha fl-Ewropa; hija waħda li qiegħda tiżola lill-Unjoni Ewropea fil-kriżijiet illi qiegħda taffaċċja attwalment, b'mod partikolari il-kriżi tas-sigurtà fil-Lvant tal- Ewropa b'riżultat tal-aggressjoni Russa fl-Ukrajna. Inċertezza għall-futur tan- NATO, l-Ukrajna, u t-Tajwan Sa mill-bidu tal-presidenza tiegħu, Trump għamilha ċara li m'għandux l-interess espliċitu li l-Ukrajna tirkupra lura t-territorji li huma preżentement illegalment okkupati mir-Russja, u spiss ilmenta li l-Istati Uniti qiegħda tipprovdi iżjed appoġġ finanzjarju u militari milli qiegħda tipprovdi l-Unjoni Ewropea; illi huwa ddeskriva bħala blokk illi huwa dipendenti fuq in-NATO għas- sigurtà tagħha minkejja li, fi kliemu, l-istati membri mhumiex qegħdin jipprovdu biżżejjed finanzjament għan-NATO mill-Prodott Gross Domestiku tagħhom. Apparti l-invażjoni li għaddejja fl-Ukrajna; illi ma jidhirx illi se tiġi fi tmiemha b'mod favorevoli fil- konfront tal-Ukrajna; il-prospett ta' invażjoni possibbli fit-Tajwan miċ- Ċina ta' Xi Jingping dejjem qiegħda ssir iktar realistika. F'era li hija ddominata minn ġganti politiċi b'mentalità espansjonista bħal Trump, Putin u Xi Jingping, huwa evidenti li l-Unjoni Ewropea hija nieqsa mill- indipendenza difensiva u politika li hija neċessarja sabiex il-blokk jibqa' wieħed validu u relevanti fil-kuntest globali attwali. Id-deċiżjoni riċenti ta' Trump sabiex l-Istati Uniti tirtira minn 66 organizzazzjoni globali matul din il-ġimgħa hija xhieda ta' kemm l-amministrazzjoni ta' Trump hija lesta li tiddistakka ruħha mill- alleati tagħha fl-Unjoni Ewropea u min-NATO, u ma jidhirx illi l-pajjiżi Ewropej huma verament ippreparati biżżejjed sabiex jinfatmu mid-dipendenza fuq Washington. Il-politika domestika ripressiva ta' Trump Minkejja li Trump qiegħed jagħti x'jiem illi huwa jgawdi minn poter mhux sfidat u li jippossjedi influwenza suprema fost il-komunità internazzjonali, huwa wkoll evidenti li qiegħed isofri minn nuqqas ta' fiduċja u popolarità f 'pajjiżu. L-istess amministrazzjoni ta' Trump illi fil-ġranet illi għaddew heddet li tintervjeni fl-Iran jekk ir-reġim juża l-forza sabiex jissuppressa l-protesti li qegħdin iseħħu f 'Tehran, hija l-istess amministrazzjoni li qiegħda tuża l-forza kontra ċ-ċittadini u r-residenti Amerikani stess. L-isparatura li seħħet riċentement f 'Minneapolis mill-aġenti ta' ICE li rriżultat fil-qtil ta' ċittadina Amerikana ta' 37 sena hija xhieda ta' kif ir-ripressjoni f 'isem il-ħarsien tal-politika tal-immigrazzjoni qiegħda tirriżulta f 'ripressjoni insensata; issa anke fi qtil; fil- konfornt ta' ċittadini Amerikani li kienu fl-Istati Uniti b'mod legali u li kienu qegħdin jikkontribwixxu għas-soċjetà. Minkejja l-politika ta' aggressività fil-konfront tal-immigranti li hija attivament imħaddna mill- amministrazzjoni ta' Trump għandha l-interess li tqanqal sentimenti popolisti fi ħdan l-elettorat Amerikan, ix-xiżma ideoloġika dejjem tikber fi ħdan il-Partit Repubblikan minħabba l-azzjonijiet ta' natura estrema u neo-Faxxista ta' Trump qiegħda tikxef il-vulnerabbilitajiet tal- moviment MAGA u t-tnaqqis drastiku fil-popolarità tal-President Amerikan. L-iskandlu riċenti tal-hekk imsejħa "Epstein Files", iż-żieda fl-inflazzjoni u l-inugwaljanza ekonomika dejjem tikber fi ħdan l-Istati Uniti li donnha qiegħda tittrasforma ruħha f 'oligarkija kkontrollata minn it negozjanti għonja li qegħdin jiddeterminaw il-politika tal-pajjiż se jkunu fost il-ħafna fatturi li se jiddeterminaw il-prestazzjoni tal- Partit Repubblikan fl-elezzjonijiet magħrufa bħala tal-"mid-terms f 'Novembru li ġej. Il-President Amerikan Trump u l-President Russu Putin waqt is-summit li seħħ bejniethom is-sena li għaddiet li għadda fl-Alaska Is-Segretarju tad-Dipartiment tal-Gwerra tal-Istati Uniti Pete Hegseth. Trump kemm- il darba sostna li huwa fl-interess militari tal-Istati Uniti li tittieħed Greenland

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 January 2026