MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 January 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542536

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

illum • IL-ĦADD 11 TA' JANNAR 2026 07 intervista 'Jekk l-Amerka għandha xi politika imperjalista, jien ma naqbilx magħha' X'inhuma l-osservazzjonijiet tiegħek fuq il-ħtif tal-President Venezwelan Maduro? MATTHEW VELLA: Fl-istess ħin jien sorpriż li sar attakk fil-Venezwela, attakk militari illegali mingħajr l-ebda mandat tal-Ġnus Magħquda. Fl-istess ħin sorpriż li kien hemm dak is-sens li wieħed ikun awdaċi biex jaħtaf il-President ta' pajjiż sovran irrispettivament mill-akkużi kollha ppreżentati. Fl-istess ħin xorta m'iniex sorpriż bil-fatt li qed naraw dak li diġà nkiteb fin-National Security Strategy Document li ħareġ f 'Novembru jew Diċembru li għadda mill-White House fejn bażikament qed jgħidu li dan se jkun il-bitħa tagħna, l-Amerka Latina u se nagħmlu dak li rridu biex naturalment ikollna s-sigurtà tagħna. Fil-każ tal-Venezwela, din qiegħda fuq qafas differenti milli dak li ntqal. Jekk nitkellmu fuq Maduro li ġie akkużat li huwa l-kap ta' cartel tad-drogi li hija kobba ta' ġenerali li jittraffikaw id-drogi fil-Venezwela. Kif qal Trump nafu li din saret sabiex jieħdu kontroll tal-istallazzjonijiet taż-żejt. Hija xi ħaġa differenti, ħa naraw probbabilment gwerra sa ċertu punt fuq l-enerġija kemm fil-Venezwela u fi Greenland. Taħseb li l-kliem ta' disprezz minn nies fil-Punent se jkun biżżejjed biex iwaqqaf lil Trump? MATTHEW VELLA: Le, probabbli le. Jiġifieri li qed naraw vittma tar-realiżmu li dejjem kienet hekk fid-dinja anke wara t-Tieni Gwerra Dinjija, avolja kien hemm it-trattati u diskussjoni bejn il-pajjiżi. Illum qed naraw il-poter vera, ir-realiżmu fir-relazzjonijiet internazzjonali. Il-kliem ta' Trump u n-nies tiegħu qed juru d-direzzjoni ċara. Inti esprimejt li dan l-intervent għandu jiftiehem b'mod ġustifikat. Għedt hekk biex tkun kontroversjali jew għax temminha? FRANCO DEBONO: Id-domanda hi jekk hux operazzjoni ta' Trump. Dik operazzjoni tal-gvern Amerikan, għax kulħadd Trump. Le le, huwa l-istat Amerikan. Hemm preċedent, ġrat xi ħaġa simili, kien hemm parir tal-Avukat Ġenerali Amerikan, għadda mill-qrati. Għall-argument jekk jidħlu għall-president Kolombjan elett demokratikament u jaħtfuh? X'tgħid inti mbagħad? FRANCO DEBONO: Jekk tgħidli jinvadi Greenland, jien ngħidlek li ma naqbilx. Hija fallaċja loġika. Jien fuq ta' Maduro qed nikkummenta. Jien m'iniex espert fis-settur, esprimejt opinjoni. Milli imt jien, għax jien avukat, min se jipproċessah lil Maduro? L-imħallef ta' wieħed ta' ċerta età bi proċess u s-salvagwardji kollha tas-sistema ġudizzjarja Amerikana. Jien qed niem li għandhom każ b'saħħtu fil-każ ta' Maduro, marru bil- preċident. Għax mhux iċ-charter tal-Ġnus Magħquda biss jeżisti u jien niem li hemm liġijiet Amerikani li jippermettuha. Is-sistema Amerikana tara din l-evidenza. Malta għandna l-limitazzjonijiet ta' x'nistgħu nagħmlu. Malta fl- opinjoni tiegħek bħalissa kif qegħdin, x'għandha tagħmel? MATTHEW VELLA: Moralment, aħna, bħala pajjiż newtrali li nemnnu fis-sovranità tad-dritt internazzjonali u fis-sovranità tal- pajjiżi, għandna ngħidu xi ħaġa. Il-verità hi li fl-Ewropa bħalissa kulħadd huwa mbeżża'. Hija azzjoni overta ħafna. Trump qed jippunta bis-serjetà għal Greenland u żgur li hemm għandhom via libera biex iżidu t-truppi tagħhom. L-Ewropa tibża' minn dawn l-azzjonijiet. L-Ewropa għandha makkinarju diffiċli ħafna biex tieħu d-deċiżjonijiet. Ma tafx x'azzjoni se tieħu mar- Russja u kellhom jagħmlu self. Ma' Greenland ma jafux x'inhi r-risposta. L-Ewropea hija grupp ta' pajjiżi jixjieħu bi kriżi mhux biss ta' identità, l-Ewropa saret bi prova f 'Gaża skjav tal-politika Amerikana. Fil-ġenoċidju ta' Gaża, l-Ewropa ma ħadet l-ebda azzjoni, l-ebda impetus biex ikun hemm intervent umanitarju. In-nies tal-Ewropa arrestaw in- nies tagħhom stess talli pprotestaw kontra Iżrael. Fuq il-kwistjoni, inti għedtli li ta' Greenland ħażina. L-Amerka diġà għandha ħafna poter. Għaliex taħseb li l-Amerka qed tagħmel din il-ħaġa? FRANCO DEBONO: Jiena niġġudika l-fatti kif jiġru. Jien nassessja l-fatti fuq kull każ. Matthew tkellem fuq l-Ewropa, li hija blokk bla identità. Anke ta' Zelensky kulħadd jaf x'inhi l-pożizzjoni. Li l-Ewropa telqet tiġri wara Zelensky, għaġġlu. Il-gwerra ħa tagħlaq erba' snin tal-Ukrajna u Zelensky la daħal fl-UE u lanqas fin-NATO. L-ewwel nett, Joe Biden kien wieħed mill-agħar presidenti tal- Amerka. Trump rebaħ b'ċerta maġġoranza. Jekk l-Amerka għandha xi politika imperjalista, jien ma naqbilx magħha. Ċerti interventi li għamlu f 'ċerti pajjiżi jien ma naqbilx magħhom. Però din l-operazzjoni partikolari kienet tad-Dipartiment tal- Ġustizzja. Il-politika internazzjonali ta' Malta hija waħda li tiġri wara dak li jiġri fl-Ewropa jew għandha tkun waħda unika bħalma kienet fi żmien Mintoff? FRANCO DEBONO: Jien ġieli smajt esponenti li ħadu pożizzjoni daqsxejn differenti. Dejjem żammejna mal-linja Ewropea u hekk għandu jkun. Però kien hemm, ma niakarx bl-amment imma ġieli kien hemm pożizzjonijiet b'saħħithom. Niakar id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru, jidhirli anke issa fuq il-flus għall-Ukrajna. Jien nemmen illi għandna nieħdu pożizzjonijiet. Iva l-politika ta' Biden nemmen kienet ħażina u nemmen li nieħdu pożizzjoni eżempju li l-liġi internazzjonali għandha tkun irrispettata imma jien nistaqsi lil Matthew li taħseb li l-Venezwela llum qiegħda aħjar jew agħar issa? Kien hemm il-kritika fin-nuqqas tad-demokrazija mbagħad nisimgħu lil Donald Trump li hu diġà tkellem mal-Viċi President ta' Maduro u beżżaq li Machado qalet li għandha 90% tal- appoġġ tal-Venezwelani. MATTHEW VELLA: Il-fatt li għandek lil Marco Rubio f 'diskussjonijiet mal-Viċi President, l-ewwel nett turi li l-pajjiżi fl- emisfera Amerikana għandha tkun il-bitħa tal-Amerka. Jidher ċar ukoll li l-Amerikani jistgħu jaħdmu aktar aħjar bi gvern li diġà jaf li hemm l-apparat taż-żejt. Apparti l-istqarrijiet fil-vojt tar-Russja u ċ-Ċina, mhuma se jieħdu l-ebda azzjoni biex imorru l-Venezwela. Hemm gwerra tal-enerġija bbażata fil-Venezwela u l-minerali rari mhux biss fl-Ukrajna u anke fi Greenland. Inti sorpriż li kważi Trump reġġa' l-arloġġ lura f'ħafna affarijiet? FRANCO DEBONO: Jekk iż-żejt mhux qed jiħduh iċ-Ċina u r-Russja għax dan l-iżjed pajjiż sinjur fiż-żejt u hemm il-faqar fil-pajjiż kbir, faqar enormi. Mela pajjiż sinjur fiż-żejt u l-faqar kollu, raġuni hemm. Semmejt ta' Noriega għax għaddiet mill- proċess ġudizzjarju Amerikan u baqgħet. Jekk is-sistema ġudizzjarja Amerikana tgħid li din illegali, jien inkun l-ewwel wieħed li ngħid li hi illegali. Fuq XTRA, Saviour Balzan jitkellem ma' Franco Debono flimkien ma' Matthew Vella Franco Debono (fin-nofs) u Matthew Vella (lemin) fuq XTRA ma' Saviour Balzan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 January 2026