MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 11 January 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542536

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

"L-2026, aktar iva milli le, se tkun is-sena tal- Elezzjoni Ġenerali. M'hemmx dubju li dan l-appuntament ibiddel l-affarijiet, kemm fil-mod kif jirreaġixxi l-Gvern, kif ukoll iż-żewġ partiti politiċi ewlenin." opinjoni illum • IL-ĦADD 11 TA' JANNAR 2026 09 Membru Parlamentari għall-PL EDWARD ZAMMIT LEWIS Ambjent u żvilupp M 'hemmx dubju li dawn se jkunu suġġetti li se jkunu topiċi għal din is-sena li għadna kif bdejna. B'xorti tajba, illum iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin m'għadhomx iħarsu biss lejn il-flus jew l-impjiegi tagħhom. Dawn illum taħt amministrazz- jonijiet Laburisti saru ċertezzi u m'għandhomx għalfejn jinkwetaw dwarhom. Illum qed iħarsu lejn spazji miuħa u lejn l-ambjent li tant sar importanti għalihom u bir-raġun. Seħħ ħafna fis-sena 2025 u kburi li jiena personalment ikkontribwejt sabiex il-Gvern tefa' rasu aktar iffokat fuq is-settur tal-ambjent aktar minn qatt qabel. Din m'hemmx dubju li hija xi ħaġa pożittiva u b'hekk is-sena 2026 tkun sena għall-ambjent fejn hekk niggarantixxu kwalità ta' ħajja aħjar għaċ-ċittadini tagħna li mhux neċessarjament tissarraf fi flus. L-istess japplika għas-settur tal-iżvilupp u l-industrija tal- kostruzzjoni. M'hemmx dubju li f 'dan l-aħħar snin din l-industrija għamlet passi ta' ġgant 'il quddiem u ssarrfet f 'ġid li gawda minnu kulħadd. Min-naħa l-oħra din għandha tiġi irregolata sew u hekk qed isir. Seħħew wisq imwiet f 'dan is-settur u dan għandu kemm jista' jkun jieqaf! Fl-2026 għandu jinżamm aktar bilanċ raġjonevoli f 'dan ir-rigward, filwaqt li xorta waħda jinżamm ċertu ritmu għal din l-industrija. Politika parlamentari M'hemmx dubju li għandu jibqa' għaddej ix-xogħol parlamentari. Isir ħafna xogħol li ċ-ċittadini qajla jindunaw bih. Dan hu importanti ferm għad-demokrazija parlamentari tagħha. Ix-xewqa tiegħi, li tant inħobb il-Kamra tad-Deputati, hi illi l-MPs taż-żewġ naħat ikunu aktar ippreparati għad-dibattiti u l-Parlament ikun aktar il-forum fejn ikun hemm diskussjoni tajba dwar l-isfidi li qed jaffaċċju ruħu bihom pajjiżna. Fl-2026 nistenna li l-Parlament u l-istrutturi tiegħu jibqgħu jissaħħu. Irrid ngħid li seħħ ħafna bl-għajnuna tal-Gvern mis-sena 2013 'il quddiem u bl-enerġija u d-determinazzjoni tal-Onor. Dr Angelo Farrugia. Nawgura li nibqgħu naħdmu f 'tali direzzjoni. Politika barranija Fl-2025, u anke it qabel, m'hemmx dubju li nbidel ix- xenarju għalkollox tal-politika, mhux biss Ewropea, iżda wkoll dik interneazzjonali. L-alleanzi li kbirna fihom u li nafu bihom li nibtu minn wara t-tieni Gwerra Dinjija qed jintilfu u x-xenarju qed jinbidel għalkollox. Hawnhekk qed nirreferi għal dak li qed iseħħ mill-pożizzjonijiet li qed tieħu l-Istati Uniti tal-Amerka taħt il-President Trump u dak li qed iseħħ fl-Ukrajna, fil-Palestina u fil-Venezwela. Dan ċertament qed ibiddel kollox u nemmen, b'xorti ħażin, li l-2026 se tkun waħda imprevedibbli f 'dan ir-rigward. Dan ipoġġi sfida kbira għal pajjiż sovran u newtrali bhal Malta, kemm bħala pajjiż fil-Mediterran, Membru-Stat tal-Unjoni Ewropea u membru attiv tal-komunità internazzjonali. Malta wriet li għalkemm newtrali m'għandhiex u mhux qiegħda tkun passiva għall- iżviluppi ta' madwarha. Din hija ħaġa tajba. Min-naħa tiegħi, ix-xewqa hija ċertament li jieqaf dak li qed iseħħ, kemm fl-Ukrajna, kif ukoll fil-Palestina sal-aħħar ta' din is-sena, u anki dak li jseħħ fid-dinja, anke minn min huwa b'saħħtu, iseħħ b'rispett lejn id-dritt internazzjonali u taħt id-direzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti. Jekk ma jseħħx hekk u mingħajr ma nkun allarmista żżejjed, nistgħu niġu f 'sitwazzjoni ta' kunflitt li jinfirex b'mod mondjali. Għalhekk m'hemmx dubju li f 'dan ir-rigward is-sena 2026 se tkun waħda ta' sfida! Unjoni Ewropea M'hemmx dubju li l-2026 se tkun sena ta' sfida kbira għal din l-Unjoni minn diversi aspetti. L-Unjoni qed tfittex li ma titlifx ir-rilevanza tagħha fil-kamp internazzjonali fix-xenarju li nbidel sew. Is-sena 2025 ma kinitx sena tajba għall-Mexxejja tal- Istituzzjonijiet tal-UE għaliex tilfu ħafna mir-rilevanza tagħhom u ma kinux effettivi. Jidher ċar li fuq livell Ewropew, b'xorti ħażina, hemm kriżi ta' kompetenza fit-tmexxija. L-UE għal dawn l-aħħar snin qiegħda ssib ma' wiċċha sfida kbira sabiex l-Unjoni tkun forza kompetittiva meta kkomparata ma' forzi oħra fuq livell dinji. Hemm bżonn li l-Ewropa jirnexxilha tikber ekonomikament u toħloq aktar impjiegi għaċ-ċittadini u ż-żgħażagħ tagħha. Hemm sfida kbira oħra fuq ix-xefaq li huwa l-baġit il-ġdid tal-Unjoni għas-snin tal-2028 sal-2034. Din hija sfida sabiex l-UE tibbilanċja l-affarijiet u l-prijoritajiet tagħha, anke fi sfond li trid iżżid l-ispiża b'mod kbir għad-difiża tagħha. Dan m'għandux inaqqas mill-missjoni soċjali tal-UE msejsa fuq il- prinċipju tas-solidarjetà u dan sabiex iċ-ċittadini u r-reġjunin l-aktar żvantaġġjati tal-Unjoni jibqgħu jingħataw sostenn sod ħalli jitneħħew l-inugwaljanzi mill-istess Unjoni. Dan qed jingħad ukoll fi sfond ta' sfida kbira li għandha l-Unjoni b'dawk il-pajjiżi li qed iħabbtu l-bieb tagħha sabiex isiru membri sħaħ. Hemm bżonn li l-Unjoni jkollha proċess ċar, meritokratiku u prevedibbli ħalli dan iseħħ f 'time frame miiehem jekk dak il-pajjiż dejjem jissodisfa tali rekwiżiti għad-dħul. Jekk mhux se jsir dan, wisq nibża' li ċerti pajjiżi li lihom jistennew jibdew fis-sena 2026 iħarsu band'oħra. Elezzjoni ġenerali L-2026, aktar iva milli le, se tkun is-sena tal-Elezzjoni Ġenerali. M'hemmx dubju li dan l-appuntament ibiddel l-affarijiet, kemm fil-mod kif jirreaġixxi l-Gvern, kif ukoll iż-żewġ partiti politiċi ewlenin. Bħal dejjem, se tkun elezzjoni miġġielda, speċjalment meta fil-PN kellek bidliet riċenti li wieħed irid jara r-riżultati tagħhom, kemm mil-lat jekk hux pożittiv jew negattiv, kif ukoll mil-lat ta' Gvern Laburista li wettaq tant ġid però li ilu fit-tmun tal-pajjiż issa għal dawn l-aħħar 13-il sena. F'dan il-kamp se jilgħab ċar il-fatt li llum għandek il-PM Robert Abela bi track record sod, ma' kompetitur li għadu jrid juri x'jaf fl-aktar test iebes għalih. Prim Imħallef L-2026 se tkun is-sena fejn jinħatar Prim Imħallef ġdid. Kariga mill-aktar importanti f 'pajjiżna. Kariga li l-aħħar li kellna tali ħatra kien f 'Ottubru tal-2020. Hemmhekk għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna kellna Prim Imħallef maħtur b'mod unanimu permezz ta' vot fil-Kamra tad- Deputati. Xewqa tiegħi hija li ż-żewġ mexxejja politiċi jilħqu maturità politika li tkun l-aħjar għażla ta' Prim Imħallef tajjeb li fuq kollox ikollu statura anke li jirrappreżentana barra minn xtutna u jkollu kapaċitajiet amministrattivi li joħloq iċ-ċaqliq fil-qrati tagħha sabiex jibdew igawdu mill-fiduċja wkoll tal-poplu inġenerali! Nixtieq nara l-emenda li jiena għamilt fis-sajf tal-2020 issa fil-prattika għall-ewwel darba u li tissarraf għal aktar saħħa u indipendenza tal-ġudikatura f 'pajjiżna. Hekk jagħmel minn verament jemmen fis-saltna tad-dritt, lil hinn mill- ħafna paroli li nisimgħu! Stennija u aspettattivi fl-2026 Elezzjoni ġenerali fl-2026 jew le?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 11 January 2026