Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542536
10 aħbarijiet IL-ĦADD 11 TA' JANNAR 2026 • illum opinjoni "Fir-rigward tar-reżiljenza tal-provvista, l-intenzjonijiet tal-UE huma ċari, iżda biex vermanet tinkiseb kontinwità, huwa meħtieġ li l-Ewropa terġa' tibni l-awtonomija strateġika li ilha ċċedi b'mod gradwali " I r-riforma tal-liġijiet mar- buta mal-qasam tal-far- maċewtika li għadha kemm ħabbret l-Unjoni Ewropea hija riforma li kienet mistennija ħafna u ntlaqgħet tajjeb għaliex din se ssaħħaħ il-kompetittività, l-innovazzjoni, u l-aċċess għal aktar mediċini għall-pazjenti. Meta wieħed iqis il-fatt li s-settur tal-mediċini fl-Ewropa kien ilu jistenna żviluppi strutturali għal akatr minn għoxrin sena, din ir-riforma tfisser pass importanti ħafna. Madankollu, is-suċċess tagħha, fl-aħħar mill-aħħar, mhux se jiddependi biss fuq l-ambizzjoni leġiżlattiva, iżda fuq il-kapaċità tal-politiċi, tar-regolaturi u tal-industrija li jimplimentawha b'impenn komuni favur l-ekwità bejn l-Istati Membri kollha. Għal swieq iżgħar bħal Malta, il-konsegwenzi huma kritiċi. L-Ewropa ilha taffaċċja disparitajiet fl-aċċess għal trattamenti ġodda, fejn il-pazjenti f 'pajjiżi akbar ħafna drabi jiksbu aċċess xhur, u f 'xi każijiet snin, qabel dawk li jinsabu fil-periferija tal-Unjoni. Dan id-dewmien spiss ikun riżultat ta' sistemi ta' prezzijiet frammentati, ostakli amministrattivi u deċiżjonijiet kummerċjali li jagħtu prijorità lil swieq li jifilħu volumi iktar kbar. Ir- riżultat ta' din is-sitwazzjoni huwa li pazjenti f 'pajjiżi differenti, mhux qed igawdu l-istess opportunitajiet – sitwazzjoni li tmur kontra l-aspirazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-koeżjoni. Differenzi bħal dawn rari jiġu rikonoxxuti fid-diskors politiku, iżda jinħassu b'mod qawwi mill- professjonisti tal-kura tas-saħħa u mill-pazjenti f 'pajjiżi iżgħar, inkluż Malta. Bħala kumpanija ewlenija fil-qasam tal-farmaċewtika li topera esklussivament f 'dan it- tip ta' ambjent, Vivian taffaċċja l-konsegwenzi umani ta' dawn id-differenzi kuljum. Għal persuna li tgħix b'marda rari, kundizzjoni pedjatrika jew forma ta' kanċer li jiżviluppa malajr, dewmien regolatorju ma jibqax kwistjoni politika iżda kwistjoni ta' sopravivenza u kwalità tal-ħajja. Ir-riforma leġiżlattiva li għadha kemm tħabbret, se tipprova taffaċċja din l-isfida b'mod aktar dirett. Permezz ta' inċentivi li jħaffu l-aċċess aktar f 'waqtu fis- swieq, bit-tisħiħ tal-obbligi dwar il-kontinwità tal-provvista, u billi jinstabu mezzi aktar effikaċi li jindirizzaw ħtiġijiet mediċi, l-UE qed tibgħat sinjal ċar dwar il-bżonn ta' bilanċ aħjar fis-sistema. Madankollu, il-leġiżlazzjoni, tkun kemm tkun sofistikata, ma tista' qatt issolvi l-bżonnijiet speċifiċi kollha ta' kull suq. Huwa għalhekk li l-implimentazzjoni se tkun teħtieġ dixxiplina, kollaborazzjoni u rieda minn kulħadd sabiex ikun żgurat li l-aċċess ekwu jitqies bħala obbligu strateġiku, u mhux biss aspirazzjoni etika. Kien appuntu fuq din il- premessa li ġie stabbilit PATH – Promoting Access to Treatments & Healthcare – bħala think tank żviluppat flimkien ma' sħab internazzjonali bil-għan li jikkontribwixxi proposti prattiċi għall-avvanz tal-aċċess madwar l-Ewropa kollha. Ix-xogħol tiegħu jiffoka fuq tliet pilastri: l-aċċellerazzjoni tad-disponibbiltà ta' trattamenti għal bżonnijiet mhux sodisfatti, l-iżgurar ta' aċċess ġust u f 'waqtu irrispettivament mid-daqs tas-suq, u t-tisħiħ tar-reżiljenza tal-ktajjen tal-provista. Dawn il-prijoritajiet jallinjaw mill-qrib mal-objettivi tar-riforma tal-UE, iżda jirriflettu wkoll realtajiet li jistgħu ma jkunux indirizzati b'mod sħiħ mil- leġiżlazzjoni waħedha. Il-mard rari u l-popolazzjonijiet pedjatriċi, pereżempju, għadhom qed ibatu minn nuqqas strutturali ta' investiment fuq livell globali, u l-Ewropa trid tiżgura li l-effiċjenza regolatorja tkun akkumpanjata minn vijabbiltà kummerċjali. Bl-istess mod, l-aċċess għall-Istati Membri iżgħar jeħtieġ aktar minn inċentivi legali; jeħtieġ trasparenza mill-industrija, reattività mir- regolaturi, u koperazzjoni sħiħa bejn l-awtoritajiet nazzjonali. Fir-rigward tar-reżiljenza tal- provvista, l-intenzjonijiet tal-UE huma ċari, iżda biex vermanet tinkiseb kontinwità, huwa meħtieġ li l-Ewropa terġa' tibni l-awtonomija strateġika li ilha ċċedi b'mod gradwali. In-nuqqas ta' disponibbiltà li rajna dan l-aħħar, wera kemm il-pazjenti Ewropej għadhom vulnerabbli għal problemi li jinqalgħu lil hinn mill-kontinent. Biex tissaħħaħ ir-reżiljenza, se jkun hemm bżonn diversifikazzjoni fil-produzzjoni, tbassir aħjar tad-domanda, u approċċ aktar strateġiku għall-immaniġġjar tal-provvisti. Dawn il-passi jridu jinvolvu, kemm lill-operaturi privati, kif ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali. Il-mistoqsija issa hija jekk l-Ewropa tistax issarraf dan it- titjib leġiżlattiv fi progress li jista' jitkejjel. Huwa f 'dan il-kuntest li l-kumpaniji jridu juru aktar minn sempliċi konformità. Hemm bżonn li s-settur privat jieħu impenn attiv lejn il-prinċipji li fuqhom hija mibnija din ir-riforma. Għal kumpaniji farmaċewtiċi bħal tagħna, dan ifisser li rridu nkomplu ninvestu fis-sistemi tal-kwalità, li nkomplu nsaħħu l-istandards stretti ta' konformità u li nibqgħu niddefendu l-interessi tal-pazjenti Maltin li jistħoqqilhom aċċess għall-mediċini daqs kull ċittadin Ewropew ieħor. Ir-riforma leġiżlattiva Ewropea tipprovdi pedament aktar b'saħħtu mill-qafas frammentat li kienet hemm qabel u turi li sar progress sinifikanti. Iżda dan mhux biżżejjed. Biex il-politika verament tissarraf f 'benefiċċji reali għall-pazjenti, l-Ewropa trid tħaddan l-ispirtu ta' responsabbiltà kollettiva li qed timplika din l-istess leġiżlazzjoni. Jekk l-Ewropa tirnexxi, mhux biss issaħħaħ il-kompetittività tagħha, iżda terġa' tafferma l-impenn tagħha lejn iċ-ċittadini li l-aktar jiddependu fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħha. Ir-riforma Ewropea fil-qasam tal- farmaċewtika trid tiżgura aċċess aħjar għall-mediċini Il-mard rari u l-popolazzjonijiet pedjatriċi, pereżempju, għadhom qed ibatu minn nuqqas strutturali ta' investiment fuq livell globali Regulatory Affairs and Quality Unit Manager tal-kumpanija privata Vivian CORINNE ZAFFARESE ELBOURNE

