Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542536
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 11 TA' JANNAR 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt J ustin Haber huwa persuna li l-Qorti sabitu ħati fost oħrajn ta' fastidju sesswali u theddid kontra oħtu, apparti li ġie ord- nat biex iħallas flus dovuti lil ħaddieħor. Kien plejer mat-tim nazzjonali tal-fut- bol u rappreżentant elett fil-kunsill loka- li tal-Furjana f 'isem il-Partit Laburista. Kien instab ħati ta' fastidju sesswali fil-konfront ta' tifla ta' 14-il sena li kienet qed taħdem fir-restorant tiegħu. U fuq dan il-każ, il-Qorti tal-Appell ikkonfermat id-deċiżjoni tal-Qorti t'Isfel. Fuq każ ieħor instab ħati li hedded lil oħtu: li jaqtgħalha rasha barra. Kien fuq dan il-każ u mhux fuq il- każ ta' fastidju sesswali li ġie mitlub jirreżenja mill-Partit Laburista. Meta realistikament kellu jitneħħa mill- pożizzjoni tiegħu ferm qabel. Imma jidher li l-kejl jew inkella l-metru għall- etika huwa differenti fil-Labour tal-lum. Imma l-vera ħasra ta' Justin Haber mhux Haber innifsu imma dak li offrielu pjattaforma biex ikompli jikkonferma dak li ilna nafu. Pjattaforma li jgħid iċ-ċuċati u l-ħmerijiet. Qed nirreferu għall-persuna li għandha podcast u li għandha wkoll programm ta' diskussjoni fuq l-istazzjon Nazzjonali f 'ħin meqjus bħala prime time. Mhux sigriet li din il-persuna għandha l-barka tal-gvern minkejja l-fatt li d-diskussjoni jew inkella l-livell ta' intervisti li jagħmel huwa ta' livell baxx u limitat. U mnebbħa minn ottika politika mċajpra immens. Ċertament din il-persuna mhix denja ta' stazzjon nazzjonali. Wieħed jista' jargumenta li persuna fuq il-podcast privat tagħha tista' tagħmel li trid. Mela le, imma hemm limiti. Dak huwa argument bażwi b'mod speċjali meta tinduna li din il-persuna minflok ma għamlet xogħolha ta' ġurnalist, sempliċement offriet ċans tad- deheb biex persuna bħal Haber jipprova jargumenta kontra s-sewwa magħruf u jkompli joffendi l-intelliġenza ta' dak li jkun. Għamel l-istess fil-konfront ta' nies oħra bħal Keith Schembri, li wkoll ingħata l-via libera li jgħid li jrid. Il-persuna li għandha programm fuq l-istazzjon nazzjonali ħsara qed tagħmel. Ċertament ħsara lill-Gvern li jsostnih u l-Prim Ministru wkoll. Jappella għal dawk li huma bla ruħ, bla qalb, u bla moħħ. Jappella għall- injoranza. Postu mhux fuq stazzjon li jaspira li jkun mudell ta' diskussjoni ta' stoffa u intelliġenti, ugwaljanza u rispett għall-intelliġenza tat-telespettaturi. Kieku dan huwa gvern Trumpjan jew lemini tistenna li jkun min tal-ewwel biex jabbraċċja lil min ġie akkużat fil- Qorti, imma dan hu gvern Laburista u soċjali demokratiku li suppost jixpruna l-valuri soċjali u tal-ugwaljanza. Huwa mument opportun li dawk il-membri nisa fil-kabinett tal-Gvern Laburista jiftħu ħalqhom u juru r-rabja tagħhom u jgħidu bla tlaqliq: Issa daqshekk, imbarazz bħal dawn ma rriduhomx ma' saqajna! Imbarazz bħal dawn ma rriduhomx ma saqajna!

