Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542536
Il-ġenju Walt Disney minn żmien bikri kien jammira ħafna l-atturi Brittaniċi, speċjalment dawk li kienu jaħdmu, kemm fuq il-palk, kif ukoll fuq il-liżar ċinematografiku, speċjalment fix- xogħlijiet ta' William Shakespeare. Barra minn hekk, Disney kellu wkoll opinjoni għolja tat-tekniċi Brittaniċi tal-films. Kien waħħalha f 'moħħu li forsi għad ikollu ċ-ċans li xi darba jaħdem xi produzzjonijiet f 'Londra. Il-films normali animati tiegħu tal-bidu (barra oħrajn qosra, dokumentarji u films dwar in- natura) Snow White and the Seven Dwarfs (1937), Pinocchio (1940), Fantasia (1940), Dumbo (1941) u Bambi (1942) kienu qed jintwerew fl-Ewropa meta t-Tieni Gwerra Dinjija kienet fl-aqwa tagħha u ħafna teatri kienu magħluqa jew imġarrfin. Dak iż-żmien, somom kbar ta' flus mill-films barranin kienu depożitati f 'banek Brittaniċi u l-kumpanija Disney kellha ammont konsiderevoli li l-films animati tagħhom daħħlu. Wara l-gwerra, għalkemm rebbieħ, ir-Renju Unit kien pajjiż imkisser u fallut. Riedu jgħaddu ħafna snin sakemm in-nazzjon jirkupra u minħabba f 'hekk il- gvern ordna li l-flus fil-banek Brittaniċi dovuti lill-barranin u li kienu kontinwament jaqilgħu l-interessi, ikunu ffriżati u ma setgħux joħorġu mill-pajjiż sakemm l-ekonomija tistejqer. Ħaġa importanti oħra kienet li l-istudios tal-films riedu jneħħu l-fondi tagħhom mis- sistema bankarja Brittanika li kienu akkulumaw ammont kbir ta' interessi. Biex jagħmlu dan kien hemm intopp kbir imsejjaħ "Double Taxation Without Representation", għax l-ewwel kien ikollhom iħallsu t-taxxi Brittaniċi u t-tieni jerġgħu jkunu intaxxati mill-Istati Uniti talli ġabuhom lura lejn il-pajjiż. Elias Walt Disney fis-sena 1950 kellu $8.5 miljun f 'banek Ingliżi. Dawk li jaħsbu li din kienet xi somma żgħira sejrin żbaljati bil- kbir għax bir-rata tal-preżent tlaħħaq kważi mal-mitt miljun dollaru. Hawn Disney kellu xi it tort għax kien jiġbed xi flus biss meta kien ikollu bżonn u dak li kien baqa' kien idaħħal l-interessi. Is-soluzzjoni u l-idea kif se jsolvi din il-problema ġiet mingħand Roy Disney, ħu Walt. Jekk il-kumpanija Disney taħdem xi films fil-Gran Brittanja u tuża atturi, diretturi, produtturi, u ekwipaġġi mill-pajjiż, din kellha l-opportunità li tiffranka t-taxxi ta' żewġ pajjiżi. Bejn is-snin 1950 u 1953 Disney ħadem erba' films fl-Ingilterra bil-fondi li kellu fil-banek. Dawn kienu Treasure Island, e Story Of Robin Hood And His Merrie Men, e Sword And e Rose u Rob Roy (e Highland Rogue). Naturalment, l-aktar wieħed popolari kien Treasure Island. Warajhom ħadem oħrajn fir-Renju Unit, fosthom Greyfriars Bobby, Kidnapped u e ree Lives Of omasina, forsi wkoll b'dak li kien baqa' fil- banek. Ħadem oħrajn f 'dan il- pajjiż u proġetti oħra ambjentati fir-Renju Unit però maħduma fl-istudios tiegħu ta' Burbank, California bħal 101 Dalmatians, Mary Poppins, u oħrajn. Fuq kollox Walt Disney kien affaxxinat bl-istejjer u hu stess kien iħobb jirrakkonta, stejjer popolari fil-produzzjonijiet tiegħu. F'dan il-lat kien konxju li wħud mill- isbaħ stejjer huma dwar l-Istorja tal-Gran Brittanja u li ħarġu mill- pinna ta' awturi Brittaniċi. Waħda mill-aktar stejjer eċitanti, mill- aktar popolari speċjalment għat- tfal ta' kull età, hi dik ta' Robert Louis Stevenson, Treasure Island. Kienet din l-avventura prima u eżileranti li hu għażel biex jiffilmja fl-Ingilterra fl-1950 u kien l-ewwel film tiegħu b'atturi reali biss. Kien jieħu pjaċir imur fuq is-sett tal-film waqt li kien jinħadem u jinnota kif dan ir-rakkont se jiżvolġi. Din il-produzzjoni kienet tikkonsisti f 'kast u ekwipaġġ ta' personaġġi Brittaniċi ħlief żewġ eċċezzjonijiet. Id-direttur kien Byron Haskin u t-tifel Jim Hawkins Bobby Driscoll ta' 13-il sena. Fit-tieni xogħol tiegħu, e Story Of Robin Hood And His Merrie Men Disney dawwar ħarstu għal storja folklor purament Brittanika dwar il-leġġendarju eroj Robin Hood, li kien jisraq lis-sinjuri u jgħin lill-fqar. Ta' metikoluż li kien, Disney stess mar Nottingham (fejn isseħħ l-istorja) u żar il-foresta Sherwood. Hu sab li s-siġar tal-ballut kienu għadhom tajbin però l-kastelli ma kinux f 'kundizzjoni li xtaq. Semmewlu lil Peter Ellenshaw li kien "matte artist", dak li jpinġi jew jiżbogħ fuq ħġieġa u pitter il-kastelli. B'hekk iffilmjaw l-andament b'din il-folja ta' ħġieġa fuq wara. Ir-riżultat kien kif tassew xtaq hu. Wara, ħa lil Ellenshaw f 'Hollywood fejn kompla serva fis-snin ta' wara ta' "matte artist" fuq diversi produzzjonijiet tal-kumpanija Disney. Id-direttur ta' e Story Of Robin Hood And His Merrie Men (U.S. e Story Of Robin Hood) kien Ken Annakin li dderieġa wkoll għal Disney e Sword And e Rose, e Swiss Family Robinson u ird Man On e Mountain. 14 films IL-ĦADD 11 TA' JANNAR 2026 • illum Carmel Bonnici Walt Disney – minn Burbank għal Londra L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Walt Disney Treasure Island (1950)

