Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542982
13 arti u kultura IL-ĦADD 1 TA' FRAR 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Għidli naqra: Il-Band OBLIQUE VISIONS F'din is-sensiela ġdida, il-gazzetta titkellem ma' bands lokali fuq ix-xena tal-mużika f'Malta u fuq l-istorja tal-band innifisha Il-band qed jaħdmu fuq l-album li jmiss li ħa jġib l-isem ta' Fragments Minn fejn bdiet l-istorja tal-band? L-istorja tal-band bdiet fl-1991, meta Conrad 'Twister' Attard u Brian 'FUSA' Sammut iltaqgħu bħala apprendisti u skoprew li kienu t-tnejn isegwu l-mużika 'heavy'. Brian esprima x-xewqa tiegħu li jgħaqqad grupp mużikali u t-Twister ħatfu fil-kelma u wera l-interess li jidħol bħala drummer. Kontu tafu lil xulxin qabel ma kontu fil-band flimkien? Lil Jeffrey 'Is-Serp' sirna nafuh meta konna nitgħallmu l-kitarra għand Toni Pace, Santa Venera. Meta Brian u Twister staqsew lil Jeffrey jekk iridx jipprova mal-grupp, Jeffrey aċċetta u beda jattendi r-rehearsals, u qbilna mill-ewwel. Għal żmien qasir, kien hemm ukoll il- keyboardist Dennis 'Il-Ganadu' Attard. Dan kien ġar ta' Brian u kien jieħu gost jintefa' mal-grupp. Tħajjar jixtri Casio u rnexxielu joħloq atmosfera partikolari fil-mużika tal- band. Stefan 'Wolff ' Borg kien ġie mill-Awstralja, u kien imur l-iskola tal- Fellenberg Training Centre ma' Twister. Wolff kien digà jdoqq ma' rock-band jisimha INSANITY. Twister kien ħajru jipprova mal-grupp, avolja ma kienx l-istil tiegħu ... però Wolff irnexxielu jgħaqqad il-melodiji u l-ideat tiegħu ma' dawk tal- bqija tal-grupp. Wara, il-band għaddiet minn ħafna tibdil ta' kantanti, sakemm Jason Agius (magħruf bħala Tal-Queens) kien dak li tefa' lil band fi stil li kien tassew avvanzat għal dawk iż-żminijiet. Minn dak iż-żmien, il-band imbagħad għaddiet minn ħafna tibdil ta' membri, sakemm fl-2017, il-membri oriġinali ddeċidew li jerġgħu jingħaqdu għal reunion gig. Wara dan il-kunċert il-grupp iddeċieda li jerġa' jkompli fejn ħalla – però mingħajr Jason, minħabba raġunijiet personali u Wolff, li kien irritorna lejn l-Awstralja. Minflok Wolff, ingħaqad Frank Pizzo, li dak iż- żmien kien kollega ta' Twister. Ftit wara Twister kellem lil Conrad Borg, li dak iż-żmien kien vocalist ma' band oħra (IN SUFFERANCE) u kkonvinċieh jipprova magħhom ukoll. L-aħħar żieda fil-band kienet dik tat-tielet kitarrist, Roberto Guida, ħabib tal-qalb ta' Frank. Il-band ġiet offruta kunċert prominenti f 'Lulju li għadda, però kien hemm problema għax Jeffrey kien se jkun imsiefer. Fuq suġġeriment ta' Jeffrey stess, Roberto ġie mistoqsi jekk kienx interessat idoqq minflok Jeffrey għal dan il-kunċert. Tant mar tajjeb li l-membri tal- grupp iddeċidew li jistaqsuh iridx jibqa' permanentement, u dan aċċetta. Kif għażiltu l-isem tal-band? L-isem OBLIQUE VISIONS ġie mogħti lill-band mill-ħabib tal-grupp Malcolm 'Gulu' Callus, li ħafna jafuh mal-gruppi SCEPTOCRYPT u DYSMENORRHEA (li Conrad inzerta kien parti minnhom ukoll). Liema hu l-iżjed proġett għal qalbkom? Naħseb l-aktar proġett ambizzjuż s'issa kien il-kunċert li għamilna ma' St Paul's Metropolitan Orchestra – Dan kien l-ewwel kunċert f 'Malta bejn grupp metal u orchestra, ibbażat esklussivament fuq mużika oriġinali tal-grupp (l-aħħar album ta' OBLIQUE VISIONS, Out of Darkness). X'inhu l-pass li jmiss? Bħalissa qed naħdmu fuq l-album li jmiss li ħa jġib l-isem ta' Fragments. Liema hi l-ikbar ispirazzjoni tagħkom? Bħala ispirazzjonijiet, għalkemm il- membri kollha tal-grupp jisimgħu rock u metal, kulħadd għandu l-istil favorit tiegħu. Naħseb hija din it-taħlita ta' stili differenti li tagħti grupp mużikali l-identità tiegħu, filwaqt li tagħti wkoll lok li 'jevolvi'. Ix-xena tal-mużika lokali toffri opportunitajiet lill-artisti li għadhom jibdew? Illum il-ġurnata nemmen li hawn aktar opportunitajiet, mhux fix-xena mużikali biss. L-avvanz fit-teknoloġija u l-media soċjali taw spinta sew u fetħu ħafna aktar orizzonti. Kieku tistgħu tbiddlu xi ħaġa fix-xena mużikali Maltija, xi tkun? Ix-xena mużikali Maltija fiha ħafna u ħafna talenti. Kif għedt qabel, illum il- ġurnata hawn aktar fejn grupp mużikali jista' jimraħ. Madankollu naħseb li fejn tidħol ix-xena metal, din għadha kemxejn sottovalutata u jistħoqqilha aktar espożizzjoni.

