Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542982
04 analiżi IL-ĦADD 1 TA' FRAR 2026 • illum Il-baħar żaqqu ratba iżda rasu iebsa: L-imwiet EMAN FARRUGIA Ta' kull sena, l-ibħra ta' Malta jieħdu l-ħajjiet ta' bosta għawwiema, għaddasa u persuni oħrajn li jkunu fil-viċinanzi tal- ibħra. B'kollox, mill-2013, kien hemm 106 għarqiet fatali madwar l-ibħra tal- Gżejjer Maltin. Mill-2019 sal-2024, il-kamra iperbarika ttrattat minn 66 sa 74 għaddas kull sena b'rabta ma' inċidenti relatati mal-baħar. Mill-2014 'il quddiem, seħħew 31 mewta waqt l-għads, b'77% minnhom ikunu turisti. Dan ifisser illi sebgħa minn kull għaxar vittmi ta' għarqiet huma barranin. L-aktar kawża ta' mewt komuni f 'dawn il- każijiet kienet dik b'riżultat ta' barotrawma, fejn il-pulmuni jespandu malajr wisq waqt it-tlugħ tal-bugħaddas lura lejn wiċċ l-ilma. Fl-2024, il-baħar ħasad il-ħajja ta' 17-il persuna, bi 11-il mewta minnhom ikunu f 'Għawdex u Kemmuna b'riżultat ta' għarqiet fil-baħar miuħ. Oliwia Wojnowska (2026) L-iktar traġedja riċenti b'rabta mal-baħar seħħet proprju it jiem ilu. Fis-26 ta' Jannar 2026, Oliwia Wojnowska ta' 13-il sena mill- Polonja nġarret fil-baħar fiċ-Ċirkewwa, Malta. Hija kienet fuq il-bankina tax-xatt tan-Nofsinhar wara l-poġġamani mal-familja tagħha, illi k i e n u q e g ħ d i n j o q o g ħ d u f ' l u k a n d a fil-viċinanzi. B'mod traġiku, mewġa għaddiet minn fuq il-poġġamani, u ġarret lil Wojnowska fil-baħar. Missierha ta' 49 sena u ħuha ta' 17-il sena ntlaqtu mill-istess mewġa. Il-missier irnexxielu jżomm lil ibnu iżda ma setax jasal fil-ħin ħdejn Oliwia sabiex isalvaha. L-operazzjonijiet ta' tiix bdew dakinhar u damu għaddejjin għal madwar tlett ijiem. Il-Forzi Armati ta' Malta użaw ħelikopters, filwaqt illi l-Protezzjoni Ċivili użat għaddasa u drones. Il- ġakketta tat-tifla ġiet misjuba fil-qrib iktar minn 24 siegħa wara l-bidu tat-tfittxija. Fl-għodwa tat-28 ta' Jannar, żewġ għaddasa sabu l-katavru tagħha f 'Paradise Bay. Il-missier irċieva kura għall-ġrieħi li sofra fit-tentattiv tiegħu sabiex isalva lit- tifla. Id-Deputat Prim Ministru tal-Polonja rringrazzja lill-awtoritajiet Maltin għall- ħidma tagħhom. Josianne u Jean Luca Cesare (2001) Fil-31 ta' Marzu 2001, waqt ir-Regatta ta' Jum il-Ħelsien f 'Bormla, traġedja laqtet lil John Paul Cesare. Wara li ħalla lil martu Josianne ta' 20 sena u lil ibnu Jean Luca ta' 18-il xahar fil-karozza tagħhom ipparkjata ħdejn ix-xatt, il-vettura b'mod inspjegabbli rrumblat fil-baħar. Martu u ibnu għerqu qabel ma setgħu jintervjenu s-salvataġġi hekk kif kienu maqbuda fil-vettura. Cesare, maħkum min-niket, affaċċja akkużi ta' omiċidju involontarju iżda rċieva ħelsien kondizzjonali fl-2007, bil-Qorti tqis it- turment li għadda minnu bħala kastig suffiċjenti. Dik li kienet okkażjoni ferrieħa nbidlet fi traġedja, hekk kif xhieda fuq il-post iddeskrivew l-orrur filwaqt illi l-għaddasa ġibdu l-karozza minn fond ta' għaxar metri. Tamara Psaila (2009) Fil-11 ta' Lulju 2009, għadsa b'risq il- karità li kienet organizzata mill-Atlam Subaqua Club, spiċċat fatali għal Tamara Psaila ta' 25 sena. Waqt l-għadsa fil-limiti ta' Ta' Fra Ben, fil-Qawra, Psaila ntilfet minn sensiha 18-il metru 'l isfel minn wiċċ l-ilma minħabba suspett ta' emboliżmu. Hekk kif ittellgħet fuq l-art, Psaila ttieħdet lejn l-isptar fejn ġiet iċċertifikata mejta. Il- mexxej tal-għadsa Ivo Caruana u Joseph Formosa affaċċjaw akkużi ta' omiċidju fuq allegat negliġenza fit-taħlitiet tal-gass, iżda dawn l-akkużi ġew irtirati wara reviżjoni mit-Tribunal. Il-parteċipazzjoni ta' Psaila fl-attività kellha l-għan li tassisti kawżi lokali, iżda l-mewta traġika tagħha biddlet l-ispirtu tal- avveniment għal wieħed ta' niket. Żewġ għaddasa Ingliżi ma' Stephen Martin (2014) Fit-18 ta' Ġunju 2014, fil-viċinanzi tad- Dwejra, f 'San Lawrenz, l-istruttur tal- British Sub-Aqua Club, Stephen Martin, kien qiegħed imexxi grupp ta' għaddasa meta kurrenti qawwija bdew jitfgħu żewġ għaddasa ġodda fil-periklu. Ħaddiema tas- salvataġġ ippruvaw jgħinuhom bis-CPR u billi ġibduhom lejn is-sigurtà, iżda għejew wisq. Wieħed mill-għaddasa għereq waqt li kien qiegħed jgħin lill-ieħor sabiex jasal lejn ix-xatt, filwaqt li ieħor miet waqt l-ewwel għajnuna. Martin għamel l-almu tiegħu sabiex isalva liż-żewġ għaddasa, iżda l-pulizija akkużawh li kkaġuna l-mewt tagħhom. Aktar tard, il-Qorti waqqgħet l-akkużi, u qalet li l-kurrenti kienu att tan-natura." Din it-traġedja wriet kif l-għads jista' jkun ta' riskju partikolari għal dawk illi għadhom jibdew jipprattikawh. Patrick Vella (2015) Fit-28 ta' Frar 2015, traġedja f 'Bormla rriżultat fil-mewt ta' Patrick Vella ta' 36 sena. It-traġedja seħħet fit-tarzna ta' Palumbo hekk kif Vella kien qed isewwi valv ta' bieb ta' baċir hekk kif kien 15-il metru taħt l-ilma. Hekk kif kienu għaddejjin it-tiswijiet, pressjoni għolja tal-ilma f 'daqqa waħda ġibdet lil Vella għal ġewwa l-mekkaniżmu tal-bieb tal-baċir fejn spiċċa traġikament maqbud. L-għaddasa tas-salvataġġ għall- ewwel żammew lura, imbeżżgħin illi huma stess ikunu vittmi tal-istess ġibda. Eventwalment, l-operazzjonijiet tas- salvataġġ issoktaw u l-ġisem ta' Vella ttella' bla ħajja mill-baċir. B'rabta ma' dan il-każ, id-diretturi tal- kumpanija Palumbo ġew akkużati bil-qtil involontarju ta' Vella. Inkjesta b'rabta mal- mewt ta' Vella sabet illi hemm evidenza suffiċjenti biżżejjed sabiex tittieħed azzjoni kriminali fil-konfront tad-diretturi. It- traġedja li rriżultat fil-mewt ta' Vella 106 persuni tilfu ħajjithom fil-baħar mill- 2013 sal-lum fl-ibħra tal-gżejjer Maltin. F'dan l-artiklu nagħtu ħarsa lejn l-iktar każijiet li spikkaw f 'dawn l-aħħar snin It-tfittxija għal Oliwia Wojnowska (fuq)damet għaddejja tlitt ijiem qabel it-tfajla instabet mejta Josianne u Jean Luca Cesare tilfu ħajjithom fil-31 ta' Marzu 2001, waqt ir-Regatta ta' Jum il-Ħelsien f 'Bormla

