Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542982
illum • IL-ĦADD 1 TA' FRAR 2026 07 intervista lill-Prim Ministru jaġixxi kif aġixxa l-aħħar darba' "Jiena naħseb l-ewwel nett kull stedina wieħed għandu jikkunsidra. Jien nemmen li bħala Malta għandna nieħdu kull azzjoni favur il-paċi, hi x' inhi l-okkażjoni u l-opportunità" - Carmelo Abela uffiċjali hekk kif kien hemm pajjiżi li ġew mistidnin uffiċjalment. Kienet sorpriża għalija u għall-membri preżenti kollha. Kienet evidenti li wara l-mistoqsija ta' Mario de Marco li l-Prim Ministru ma qasamx mal-membri parlamentari u anqas tal-kabinett. Għamel stqarrija li ma tistennihiex mingħandu, fejn insista li kull pajjiż fl-UE jista' jmur għal riħu u jagħżel li jrid fuq il-bord, li tmur kontra xi tfisser l-UE; li l-Prim Ministru jibgħat il-messaġġ li mhuwiex favur li l-Ewropa jkollu front unit fuq din il- kwistjoni. Il-pajjiżi li daħlu f 'dan il-bord, l-Ungerija u l-Bulgarija, imma Carmelo ma semmiex li Franza, il-Ġermanja u Spanja m'aċċettawx l-istedina. Allura possibbli aħna li se mmorru kontra l-konsensus kważi ġenerali kontra l-Bord tal-Paċi? Ir-raġuni hija motivata. Aħna niftaħru li aħna parti min-Nazzjonijiet Uniti u ftit ilu membri tal-Kunsill tas- Sigurtà. Fl-UE u fin-Nazzjonijiet Uniti, kull vot jiswa daqs l-ieħor … imma din l-istruttura, li l-għan tagħha huwa fil-kuntest tal-kwistjoni Palestinjana imma l-kwistjoni ta' rikonoxximent tal-istat Palestinjan, il-kwistjoni ta' two state solution, ma tissemmiex fl- għan tal-bord. Il-Palestinjani mhumiex rappreżentati f 'dan il-bord. Qed nitkellmu fuq bord li sar fil-kuntest tat- traġedja tal-Palestina, li mhumiex parti minn dan il-bord. Hemm il-kwistjoni ta' min qed imexxih għal dejjem il-President tal-Istati Uniti fil-kapaċità personali tiegħu. Jien naħseb li f 'Malta dan il- poplu jgħożż in-newtralità. Imma hija evidenti li din għandha implikazzjonijiet kostituzzjonali. Imbagħad irridu npoġġu fuq il-mejda ma' Lukashenko u Putin biex nitkellmu fuq il-paċi? Meta għandek pożizzjoni kontra tal-UE speċjalment fir-rigward ta' Putin, ma stajniex irriutajna bil-pulit l-istedina? CARMELO ABELA: Jien mhux qiegħed hawn biex nagħti verdett fuq pajjiż jew ieħor. Qed nitkellmu fuq il-Bord tal-Paċi. Jekk wieħed jistaqsi jekk kellniex naslu s'hawn ngħidlek le imma la qiegħed fuq il-mejda wieħed irid jiddiskutih. Dik hi d-diplomazija. It-tieni punt huwa x'se nagħmlu aħna bħala Malta, li l-Prim Ministru qal li hi parti mid-diskussjoni li jrid ikollna. Uħud mill-pajjiżi msemmija li qegħdin fil-bord, qegħdin parti mir- reġjun tal-Lvant Nofsani li żgur mhux forsi għandhom motivazzjoni għall-paċi fir-reġjun. Huwa tajjeb li niddiskutu, anke fid-dawl tar-relazzjonijiet diffiċli li jeżistu fejn l-UE u l-Istati Uniti. Ma jinkwetakx il-fatt li l-persuna li beda l-Bord tal-Paċi ma jaqbilx mat- two state solution? CARMELO ABELA: Il-pożizzjoni tiegħi u tal-President Amerikan huma differenti fuq diversi oqsma. Ma jfissirx li ma titkellimx minħabba ideoloġiji differenti. Irridu naqblu li hemm diverġenzi, imma din tgħodd għall-UE kollha. Jekk l-istedina lanqas biss kienet uffiċjali, għaliex qed intuha importanza? CARMELO ABELA: L-UE qed jitkellmu fuqha din. Aħna ma nistgħux, irrespettivament jekk hux formali jew le, hekk kif meta l-Prim Ministru jkun fuq il-mejda mas-27 l-oħra jrid jagħti l-perspettiva tagħna. Aħna għandna l-pożizzjoni tagħna u għandna naħdmu ma' kulħadd. Kritika li kont nagħmel bħala ministru u li għadni nagħmilha hi li jien inħoss li l-pożizzjoni tagħna bħala Malta u l-UE trid tkun ċara. Fejn hemm nuqqas ta' qbil irridu ngħidu. Dan l-aħħar kien hemm il-Prim Ministru Kanadiż f 'Davos fejn qaxxar is-sitwazzjoni kif inhi u qal li aħna għandna ċerti prinċipji imma dejjem hemm l-interessi. Fl- interess mhux ta' pajjiż wieħed imma anke reġjonali u globali, u għalhekk importanti li naħdmu flimkien. Inti ċert li n-newtralità tmur kontra l-kwistjoni? BEPPE FENECH ADAMI: Jien naħseb li żgur tmur kontra l-ispirtu tan-newtralità: il-mod ta' kif inhu ffurmat dan il-bord, il-mod kif il-pajjiżi m'għandhomx poter ugwali. Dawn ituna r-responsabbiltà li ma niġrux biex nieħdu pożizzjoni. Għandna Prim Ministru li lanqas spjega ċerti kunċetti pereżempju tal-miżata. Dak li ddistingwa lil Malta huwa li aħna affidabbli. Huwa inspjegabbli kif ma ħabbarx li saret l-istedina u l-ħaġa li għandna l-idea li nistgħu mmorru għal riħna fuq din il-materja. Hija ironika li d-diskussjoni fuq il-kwistjoni tal-Palestina qed issir min-naħa Nazzjonalista u mhux minn dik Laburista. Malta għandha sentiment favur il-Palestinjani. Dan il-bord tal-paċi jeskludi l-Palestina. Ma tħossokx skomdu meta tara dan il-bord? CARMELO ABELA: Dan nistgħu nġebbduh fuq il-gwerra tal-Ukrajna u r-Russja. Għalija hija surreali li l-President Amerikan iltaqa' ma' dak Russu u jitkellem miegħu mingħajr il- preżenza ta' dak Ukren. L-istess għal- Lvant Nofsani. Il-prinċipji jibqgħu l-istess. Jien ngħożż in-newtralità għax għandha valur importanti, għax tant kemm hu hekk meta kien hemm pajjiżi li ma setgħux jaqblu fuq it-tmexxija tal-OSCE, qablu fuq Malta, is-sentejn tal-Kunsill tas-Sigurtà. Il-Bord tal- Paċi għadu qed jiġi analizzat. Hemm xi affarijiet li mhumiex ċari. Ma neskludix li jekk ikun hemm sentiment partikolari fuqi, anke l-President Amerikan jieħu pożizzjoni differenti fuq is-sitwazzjoni. Inti komdu fuq il-Bord tal-Paċi? BEPPE FENECH ADAMI: Alex Borg kien ċar li Malta m'għandhiex tkun parteċipi f 'intervista. Saviour Balzan (xellug) jiddiskuti l-Bord għall-Paċi ma' Beppe Fenech Adami u Carmelo Abela

