Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1542982
10 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' FRAR 2026 • illum opinjoni "Bħala pajjiżi membri tal- Unjoni Ewropea, jeħtieġ li nesiġu li l-conversion therapies isiru illegali fil- pajjiżi kollha. L-ugwaljanza u d-dinjità ma jistgħux jieqfu mal-fruntieri nazzjonali." M alta hija pajjiż żgħir, gżira f 'nofs il-Mediterran, iżda fl-istorja riċenti wriet li d-daqs mhux dejjem jiddetermina l-impatt. Fl-2016, għaxar snin ilu, Malta ħadet pass kuraġġuż u deċiżiv meta saret l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li pprojbixxa kompletament il-prattiċi magħrufa bħala "con- version therapies". Dak il-pass ma kienx simboliku, iżda dikja- razzjoni ċara li d-dinjità umana mhijiex negozjabbli. Din il-ġimgħa kelli l-opportunità nirrappreżenta lil Malta fil-Kunsill tal-Ewropa, fejn konna qed nippromovu rapport importanti li jħeġġeġ projbizzjoni ta' dawn il-prattiċi madwar l-Ewropa kollha. Għal din id-diskussjoni attendiet ukoll bħala mistiedna speċjali l-Eks Kummissarju Ewropea u Aġent President Helena Dalli, li ilha għal snin twal fuq quddiem nett fil-ġlieda għall-ugwaljanza u d-drittijiet ċivili. Kien mument ta' sodisfazzjon kbir naraw kif pajjiżna qed jibqa' punt ta' referenza, u kemm Malta għadha titqies bħala pijuniera fil-protezzjoni tad- dinjità u d-drittijiet tal-persuni LGBTI. Kburin li konna l-ewwel li ħadna dan il-pass kuraġġuż, u li llum pajjiżi oħra qed jimxu fuq l-eżempju tagħna. Il-liġi Maltija sostniet verità sempliċi iżda fundamentali: l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru u l-espressjoni tal-ġeneru mhumiex mard, jew nuqqas. Mhumiex xi ħaġa li trid tiġi kkurata jew ikkoreġuta. Il-liġi tagħna tittratta dawn il-prattiċi għal dak li huma tassew — atti qarrieqa u ta' ħsara li jikkawżaw trawma psikoloġika profonda. Minkejja dan il-progress, ir-realtà Ewropea għadha frammentata. F'diversi pajjiżi fl-Unjoni Ewropea u lil hinn minnha, persuni LGBTI għadhom jiġu soġġetti għal dawk li jissejħu terapiji ta' konverżjoni. Dawn jistgħu jieħdu forom differenti: pressjoni psikoloġika, umiljazzjoni, ritwali, konsulenza, trattamenti psewdo-mediċi jew interventi reliġjużi li kollha għandhom għan wieħed li jinbidlu jew jiġu soppressi identità u orjentazzjoni li huma parti intrinsika minn min aħna. Nixtieq inkun ċara ma' dawk kollha li forsi qed iħossuhom mitlufa jew imbeżżgħin minħabba d-diskors dejjem jikber kontra l-ugwaljanza — tfal, adolexxenti, ġenituri u adulti. M'hemm xejn terapewtiku f 'dawn il-prattiċi. L-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru tiegħek mhumiex mard. Huma parti minn min int. Bħala omm, inħossni kburija li wliedi qed jikbru f 'pajjiż fejn l-istat qatt mhu se jippermetti li l-identità sesswali jew tal- ġeneru tagħhom tiġi meqjusa bħala problema. Din mhijiex kwistjoni ta' opinjonijiet jew twemmin personali. Din hija kwistjoni ta' saħħa mentali, emozzjonali u fiżika, ta' abbuż, u fuq kollox, ta' drittijiet fundamentali tal-bniedem. Illum, ftit biss pajjiżi fl- UE għandhom projbizzjoni nazzjonali sħiħa fuq il-prattiċi ta' konverżjoni. Pajjiżi bħal Franza, Spanja, il-Ġermanja, il-Belġju, il-Portugall, Ċipru u l-Greċja ħadu passi leġiżlattivi konkreti, b'livelli differenti ta' protezzjoni. F'xi każijiet, il-liġijiet japplikaw biss għall- minorenni; f 'oħrajn, ikopru wkoll lill-adulti. Hemm pajjiżi oħra fejn dawn il-prattiċi ta' conversion therapies għadhom legali. Dan joħloq xenarju ta' protezzjoni mhux ugwali, fejn id-drittijiet tal-individwu jiddependu fuq il-pajjiż li fih jinsab. Hawnhekk irridu nkunu onesti: anke l-adulti jistgħu jiġu vittmi ta' pressjoni. Pressjoni familjari, influwenza komunitarja, dipendenza finanzjarja jew biża' ta' esklużjoni soċjali jistgħu jwasslu persuni adulti biex jidħlu f 'dawn il-prattiċi kontra r-rieda tagħhom. Barra minn hekk, f 'Ewropa b'libertà ta' moviment, hemm riskju reali li persuni jiġu meħuda lil hinn mill-fruntieri lejn ġurisdizzjonijiet b'liġijiet aktar dgħajfa. Għalhekk, bħala pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, jeħtieġ li nesiġu li l-conversion therapies isiru illegali fil-pajjiżi kollha. Irridu nirrikonoxxu l-periklu li joħolqu dawn il- lakuni ta' infurzar u naħdmu biex jiġu eliminati. L-ugwaljanza u d-dinjità ma jistgħux jieqfu mal-fruntieri nazzjonali. Għandna nħeġġu lil kull stat membru jadotta leġiżlazzjoni li tiddefinixxi b'mod ċar x'inhuma l-prattiċi ta' konverżjoni; tipprojbihom f 'kull ambjent — mediku, reliġjuż, informali jew kummerċjali; tipproteġi kemm lill-minorenni kif ukoll lill- adulti, b'salvagwardji speċjali fejn teżisti vulnerabbiltà; tipprojbixxi r-reklamar u n-networks ta' riferiment; tipprovdi appoġġ reali lil dawk li sfortunatament sfaw vittmi ta' conversion therapies u jiġi żgurat infurzar effettiv, mhux liġijiet fuq il-karta biss. L-esperjenza Maltija turi xi ħaġa importanti ħafna: pajjiż żgħir jista' jistabbilixxi standard kontinentali meta jagħżel il- prinċipji fuq il-preġudizzju. Il-messaġġ tagħna għandu jkun wieħed ċar u magħqud: m'hemm xejn x'jiġi mfejjaq fl-orjentazzjoni sesswali jew fl- identità tal-ġeneru. Ejja naħdmu biex nagħmlu l-Ewropa spazju fejn ħadd ma jkun imġiegħel jiskuża ruħu għall-identità tiegħu, fejn id-dinjità umana mhijiex biss imwiegħda, iżda infurzata bil- liġi. Jeħtieġ li l-pajjiżi kollha tal-Ewropa jipprojbixxu terapiji ta' konverżjoni għall-persuni LGBTI Ftit pajjiżi fl-UE għandhom projbizzjoni nazzjonali sħiħa fuq il-prattiċi ta' konverżjoni Membru Parlamentari tal-Partit Laburista RAMONA ATTARD

