MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543385

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 22 TA' FRAR 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I l-Partit Nazzjonalista din il-ġimgħa ressaq fil-Parlament Private Member's Bill dwar is-solitudni. Dan l-Abbozz ta' Liġi, skont l-Oppożizzjoni, għandu l-għan li jħeġġeġ aktar ħidma u impenn mill-politiċi fil-ġlieda kontra din l-epidem- ija moderna. Din kienet parti mill-Ġimgħa tal- Ġustizzja Soċjali 2026 organizzata minn Ivan Bartolo, kelliem tal-PN għall- akkomodazzjoni soċjali u affordabbli, il-ġlieda kontra l-faqar u s-solitudni. Hu qal li s-solitudni mhijiex limitata għall-anzjani, iżda taffettwa nies minn kull qasam tal-ħajja. Insista li rridu nkomplu naħdmu biex niżguraw li ħadd ma jħossu minsi. S'hemmhekk naqblu. Naqblu li ssib persuni żvantaġġati kullimkien, f 'kull familja, kull komunità, kull post tax-xogħol u kull istituzzjoni. Naqblu li nistgħu u hemm bżonn nagħmlu iżjed biex ngħinu lil nies vulnerabbli. Li għadna ma nistgħux nimu għalfejn il-bżonn ta' liġi fuq is-solitudni. Li tqajjem kuxjenza soċjali ma jenħtieġx leġiżlazzjoni. L-abbozz tal-PN jinkludi miżuri biex jissaħħaħ l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-NGOs bħala "pilastru ewlieni għall- benesseri tas-soċjetà Maltija". Kliem sbieħ, u l-għan warajhom wieħed nobbli, iżda it sustanza fuq kif eżatt l-ispirtu ta' dan l-abbozz jista' jiġi effettwat fil-prattika, jekk jiġi approvat. Figuri fuq is-solitudni u l-benesseri soċjali ma tantx jagħtu stampa sabiħa, vera. Rapport tal-Università ta' Malta fl- 2019 sab illi madwar 44% tal-popolazzjoni tesperjenza forma ta' inġustizzja soċjali. Meta niġu għall-2022, din ir-rata telgħet għal 54%. F'intervista fuq XTRA ma' Saviour Balzan, Bartolo qal li llum 51% tal- popolazzjoni qiegħda tgħix fis-solitudni, inkluż 5% li qegħdin jgħixu fis-solitudni severa. Dawn ma joħorġux mid-dar u anke jwettqu attakki fuqhom infushom. Għalhekk jixtieq li dan l-abbozz iseħħ, qal. Iżda xorta ma nistgħux nimu xi jrid li tagħmel il-liġi eżattament. Sforzi simili saru f 'pajjiżi oħrajn. Fl-2018, ir-Renju Unit ħatar l-ewwel "ministru għas-solitudni" fid-dinja, biex jonora l-wirt ta' ħidma tal-MP Jo Cox li kienet inqatlet fl-2016. Dal- ministru jissorvelja strateġiji inkluż il- "preskrizzjoni soċjali", fejn tobba jirreferu pazjenti għal gruppi komunitarji minflok mediċina biss. U f 'Ottubru 2018, il-gvern tar-Renju Unit sar l-ewwel fid-dinja li ppubblika strateġija għat-tnaqqis tas- solitudni. Il-Ġappun ippubblika strateġija dwar is- solitudni u l-iżolament fi Frar 2021, bħala risposta għaż-żieda fir-rati ta' suwiċidju aggravati mill-iżolament tal-pandemija Covid-19. Din tiffoka fuq il-prevenzjoni tas-suwiċidju, l-appoġġ lill-anzjani li jgħixu waħedhom, u l-indirizzar tal- hikikomori, persuni li jirtiraw ruħhom soċjalment. Il-Ġermanja wkoll nediet Strateġija Nazzjonali kontra s-Solitudni fl-2023. Id-differenza ma' Malta hija li dawn kienu strateġiji komprensivi, bi pjanijiet fuq medda ta' snin. U forsi hawn fejn ġera l-Partit Nazzjonalista. Forsi minflok abbozz ta' liġi kien ikun aħjar kieku nieda qafas għal strateġija nazzjonali li tkun miuħa għal djalogu u input mill-oqsma kollha konċernati. Ħa nkunu ċari. L-impenn tal-PN, Bartolo partikolarment, li tefa' dawl fuq dan is-suġġett huwa meritevoli. Hemm bżonn li d-diskussjoni fuq is-solitudni ma tkunx limitata biss għal ġimgħa ta' attivitajiet. Trid issir iktar mainstream, ħalli jkompli jitfarrku t-taboos u l-preġudizzji. Iżda dan l-abbozz forsi ma kienx l-għodda ġusta biex dan iseħħ. Nittamaw li dan ikun biss l-ewwel pass li jista' jwassal għal pjan konkret u fit-tul li jkun appoġġat minn kulħadd. Jenħtieġ strateġija nazzjonali fuq is-solitudni

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 February 2026