MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543385

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 22 TA' FRAR 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Għidli naqra: Il-band Sonic Storm F'din is-sensiela ġdida, il-gazzetta titkellem ma' bands lokali fuq ix-xena tal-mużika f'Malta u fuq l-istorja tal-band innifisha L-isem Sonic Storm jirrappreżenta fużjoni bejn enerġija sonika u forza distruttiva ILENIA DEBONO Minn fejn bdiet l-istorja tal-band? Il-band Sonic Storm hija waħda fl-istil New Wave of Thrash Metal magħmul minn tliet membri. Ġiet imwaqqfa fl-2017 mill-bassista Karl Friggieri u l-kantant/ kitarrista Francesco Degabriele, bl-għan li joħolqu mużika ġdida influwenzata mill-għeruq tat-thrash metal. Wara l-ħruġ tal-ewwel single tagħhom, Bullet Train, fl-2020, Paul Formosa ngħaqad mal-band fuq id-drums. Minkejja li matul is-snin kien hemm membri oħra fuq id- drums u l-kitarri, il-line-up kurrenti ilu stabbli mis-sena 2020. Sal-lum il-band ħarġet erba' singles, kif ukoll album sħiħ, u bħalissa hemm pjanijiet biex sal-aħħar tas-sena jinħareġ album ieħor. Kontu tafu lil xulxin qabel ma kontu fil-band flimkien? Fix-xena Maltija tal-mużika underground tista' tgħid li kulħadd jaf lil xulxin. Fil-każ tagħna, ilna nafu lil xulxin għal ħafna snin. Waħda mill- ewwel esperjenzi komuni tagħna tmur lura għall-2015, meta Karl u Francesco daqqew flimkien f 'numru ta' gigs ma' band oħra bl-isem Kill 'Em All. Kif għażiltu l-isem tal-band? L-isem Sonic Storm jirrappreżenta fużjoni bejn enerġija sonika u forza distruttiva, u jaqbel perfettament mal- ispirtu tan-New Wave of Thrash Metal. L-istil mużikali tagħna jmur lura għall- għeruq old school tat-thrash metal, b'riffs veloċi u aggressivi, iżda fl-istess ħin hemm enfasi fuq sensibilità u approċċ kontemporanju li jiddefinixxu din il- mewġa ġdida tal-ġeneru. Liema hu l-iżjed proġett għal qalbkom? Ma naħsbux li hemm proġett wieħed partikolari li nistgħu nsemmu. Bħala band, għandna l-fortuna li mmorru tajjeb ħafna flimkien; nistgħu ngħidu li aħna ħbieb qabel kollox u, għal din ir-raġuni, qatt ma kellna kunflitti serji dwar id- direzzjoni artistika jew mużikali tal-band. Madankollu, l-ewwel album tagħna, Keys to Your Ruin, għandu post speċjali f 'qalbna, speċjalment għax intlaqa' tajjeb ħafna, kemm lokalment, kif ukoll barra minn Malta. X'inhu l-pass li jmiss? Il-pass li jmiss huwa li nkomplu noħorġu aktar mużika. Għall-bqija tas-sena qed nikkunsidraw il-ħruġ ta' single jew tnejn oħra, bit-tama li jkollna biżżejjed materjal biex noħorġu album ġdid lejn l-aħħar tas-sena. Liema hi l-ikbar ispirazzjoni tagħkom? Ma naħsbux li hemm artist jew band wieħed li nistgħu nsemmu bħala l-ikbar ispirazzjoni tagħna. It- tlieta li aħna għandna gosti mużikali differenti u nħobbu stili u ġeneri varji, iżda naturalment it-thrash metal huwa l-punt komuni li jgħaqqadna lkoll. Barra minn hekk, kull membru jġib miegħu l-influwenzi personali tiegħu u jagħti l-kontribut uniku tiegħu fil-proċess kreattiv, u dan hu li jifforma l-ħoss distintiv ta' Sonic Storm. Ix-xena tal-mużika lokali toffri opportunatijiet lill-artisti li għadhom jibdew? Ix-xena tal-mużika Maltija hija relattivament żgħira u għandha ċerti limitazzjonijiet, b'mod partikolari fejn jidħlu l-ammont ta' venues disponibbli għall-bands. Madankollu, f 'dawn l-aħħar snin rajna żvilupp pożittiv, kemm fil- livell ta' organizzazzjoni, kif ukoll fit- twelid ta' festivals fuq skala akbar u aktar professjonali. Dawn l-avvenimenti, li ospitaw bands magħrufa mix- xena internazzjonali tal-metal, ħolqu opportunitajiet konkreti għal numru ta' bands Maltin biex jaqsmu l-palk magħhom u jiksbu viżibilità quddiem udjenzi akbar u aktar varjati. Kieku tistgħu tbiddlu xi ħaġa fix-xena mużikali Maltija, xi tkun? Nixtiequ naraw aktar investiment u impenn fit-tul lejn il-mużika oriġinali, kemm mill-organizzaturi kif ukoll mill- istituzzjonijiet. Aktar venues adattati, aktar appoġġ strutturat għall-bands emerġenti, u aktar kollaborazzjoni bejn l-artisti jistgħu jagħmlu differenza kbira. Fl-aħħar mill-aħħar, xena li tinkoraġġixxi l-kreattività u s-sostenibbiltà tgħin biex il-mużika Maltija tkompli tikber u tilħaq livell aktar b'saħħtu, kemm lokalment, kif ukoll lil hinn minn xtutna. "Ix-xena tal- mużika Maltija hija relattivament żgħira u għandha ċerti limitazzjonijiet, b'mod partikolari fejn jidħlu l-ammont ta' venues disponibbli għall- bands."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 February 2026