Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543385
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 22 TA' FRAR 2026 Avukati u persuni involuti fis-sistema tal-ġustizzja qed iqajmu mistoqsijiet dwar kif ir-risk assessments fil-każijiet ta' vjolenza domestika qed jaffettwaw lill-irġiel akkużati, b'akkużi li l-preżunzjoni tal-innoċenza qed tiġi kompromessa u li hemm trattament differenti bejn sess u ieħor Risk assessments u l-preżunzjoni tal- innoċenza: sistema taħt skrutinju JAELLE BORG Is-sistema tar-risk assessment, introdotta bħala għodda biex jiġu evalwati r-riskji immedjati f 'każijiet ta' vjolenza domestika, qed issir dejjem aktar ċentrali fid-deċiżjonijiet li jittieħdu mill- Pulizija u mill-qrati fl-ewwel stadji ta' investigazzjoni. Madankollu, esperjenzi minn prattika legali qed jindikaw li l-mod kif dawn l-assessments jiġu applikati qed joħloq konsegwenzi serji, b'mod partikolari għall-irġiel li jiġu akkużati. F'intervista dwar dan is-suġġett, l-Avukata Yanika Barbara Sant qalet li mill-esperjenza tagħha fil-qrati, ir-risk assessments qed jaffettwaw b'mod sproporzjonat lill-irġiel akkużati f 'każijiet ta' vjolenza domestika. Skontha, "sfortunatament il-verżjoni tal- mara titwemmen ferm iżjed" u dan jirriżulta f 'sistema fejn huwa ħafna aktar faċli biex jinqabeż il-limitu ta' punteġġ – magħruf bħala skor ta' 12 – li jwassal sabiex il-Pulizija jkunu obbligati li jressqu lill-akkużat taħt arrest. Sant sostniet li dan iseħħ anke f 'każijiet li, skont in- natura tagħhom, ikunu ta' tip konvenzjonali u li normalment jiġu ttrattati b'ċitazzjoni aktar milli b'arrest immedjat. Skontha, l-istruttura tal-mistoqsijiet li jsiru waqt ir-risk assessment tagħmilha aktar faċli biex jintlaħaq il-punteġġ meħtieġ, bil-konsegwenza li l-arrest isir kważi awtomatiku. Meta mistoqsija jekk fil-prattika l-preżunzjoni tal-innoċenza hijiex qed tiġi rispettata f 'dawn il-każijiet, Sant kienet kategorika u qalet li "lanqas xejn". Skontha, il-verżjoni tal-mara tingħata importanza kbira ħafna, u anke f 'sitwazzjonijiet fejn ir-raġel ikollu provi li juru verżjoni differenti minn dik allegata, il- Pulizija xorta waħda jkunu marbuta li jmexxu skont ir-riżultat tar-risk assessment. Hija qajmet ukoll il-kwistjoni tat-trattament differenti bejn irġiel u nisa akkużati. Mill-esperjenza tagħha, qalet li għadha ma taf bl-ebda każ fejn mara nżammet arrestata fuq każ ta' vjolenza domestika. "Anzi nisimgħu li għax mara u għandha tfal x'tieħu ħsieb tinħeles mill-arrest, imma l-missier le, bħallikieku mhux bl-istess mod huwa ġenitur," qalet Sant, u żiedet li dan joħloq perċezzjoni ta' nuqqas ta' ugwaljanza quddiem il-liġi. Rigward il-possibbiltà li persuna turi li akkuża kienet esaġerata jew falza, l-avukata spjegat li dan huwa diffiċli ħafna fl-istadji bikrin tal-proċess. Skontha, il-Pulizija normalment jispjegaw li l-arrest sar minħabba r-risk assessment, u l-Qorti ma tidħolx fuq il-mertu tal-każ f 'dak l-istadju. Dan ifisser li huwa kważi impossibbli li jintwera minn kmieni li rapport seta' kien falz jew sproporzjonat. Sant ipproponiet ukoll numru ta' tibdiliet legali u proċedurali li, fl-opinjoni tagħha, jistgħu jagħmlu s-sistema aktar ġusta. Fost dawn semmiet li l-metodu ta' assessjar għandu jkun ugwali kemm għall- irġiel kif ukoll għan-nisa. Issuġġeriet ukoll li l-vittma għandha tixhed mill- ewwel mal-preżentata (il-punt meta persuna titressaq b'arrest l-ewwel darba l-Qorti) jew, alternattivament, li tingħata x-xhieda tagħha permezz ta' audio-visual statement fid-depot, li mbagħad jiġi ppreżentat lill-Qorti sabiex ix-xhieda tkun ippreservata. Proposta oħra li qajmet kienet li min jagħmel rapport ta' vjolenza domestika ma jkunx jista' jirtirah liberament, u li f 'każ ta' talba għall- irtirar, il-vittma jkollha tħallas somma ta' flus ekwivalenti għan- numru ta' ġranet li fihom ir-raġel ikun inżamm taħt arrest. Fil-kuntest ta' dan l-artiklu, sar kuntatt ukoll mal-entità responsabbli mir-risk assessments sabiex tingħata spjegazzjoni dwar kif dawn l-evalwazzjonijiet isiru fil-prattika u liema salvagwardji jeżistu. Madankollu, saż-żmien li nkiteb dan l-artiklu, ma waslet l-ebda risposta. Il-kwistjoni tar-risk assessments fil-każijiet ta' vjolenza domestika tkompli tqajjem dibattitu sensittiv bejn il-ħtieġa li jiġu protetti vittmi potenzjali u d-dritt fundamentali għall-preżunzjoni tal-innoċenza. Filwaqt li ħadd ma jikkontesta l-importanza tas-sigurtà u l-prevenzjoni, l-esperjenzi prattiċi fil-qrati qed iwasslu biex dejjem aktar persuni jistaqsu jekk is- sistema attwali hijiex verament bilanċjata u ġusta għal kulħadd. IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Huwa kompla jgħid lil dawk preżenti li l-konvenzjoni hija ''pont bejn it-tama u t-twettiq tagħha.'' Borg sostna li l-partiti politiċi jistgħu jimu l-ħtiġijiet reali tas-soċjeta' Maltija jekk dawn jirnexxielhom jgħaqqdu flimkien individwi, komunitajiet, negozji, għaqdiet volontarji u trejdunjins. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sostna li Malta qiegħda taffaċċja sfidi ewlenin bħalma huma l-għoli tal-ħajja, l-edukazzjoni u l-aċċess għal proprjeta' affordabbli. Huwa kompla jgħid li soluzzjonijiet konkreti huma meħtieġa sabiex dawn jiġu indirizzati; soluzzjonijiet li huma bbażati fuq l-esperjanza taċ-ċittadini u mhux fuq djalogu intern ta' partit. Borg qal illi minkejja li Malta qiegħda taffaċċja dawn l-isfidi, huwa xorta waħda jara li Malta qiegħda taffaċċja wkoll opportunitajiet li jistgħu jintlaħqu jekk ikun hemm mod ta' ħsieb ''kuraġġuż''. Huwa semma tliet valuri prinċipali li fi kliemu l-konvenzjoni hija mfassla fuqhom, illi huma r-rispett lejn dawn li juru r-rieda sabiex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom, il-kuraġġ li jiġu affaċċjati problemi li ''ilhom jiġu evitati'' u tama realistika. Huwa sostna li l-ambizzjoni tiegħu hija msejsa fuq l-evidenza u mhux fuq l-immaġinazzjoni. Il-programm tal-konvenzjoni għal jum tas-Sibt inkluda sitt diskussjonijiet li jittrattaw suġġetti bħalma huma l-kunċett ta' ekonomija ġusta, il-governanza t-tajba, is-servizzi tal-komunita', il- kwalita' tal-ħajja, il-preparazzjoni għall-futur u Għawdex. Borg stieden lil dawk preżenti sabiex huma jieħdu sehem attiv f 'dawn id- diskussjonijiet. Il-konvenzjoni se tiġi fi tmiemha fil jum tal-Ħadd b'diskors ieħor ta' Alex Borg. Huwa maħsub li f 'dan id-diskors huwa se jħabbar il-qafas ta' politika li fuqu se jkun ibbażat il-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista. Bħala ċ-chairperson tal- konvenzjoni, George Vital Zammit, nieda l-ħidma tal-Konvenzjoni Nazzjonali tal-Partit Nazzjonalista b'diskors li ffoka fuq il-ħtieġa ta' spazju ġdid għal politika bbżata fuq ''spazju ta' djalogu sinċier, smigħ reċiproku u viżjoni fit-tul għall- pajjiż.'' Fil-bidu tal-indirizz tiegħu, Zammit irrimarka li dawk preżenti ma attendewx sempliċiment għax ġew mistiedna, iżda għax jemmnu fil-bżonn ta' spazju fejn l-ideat jingħataw valur u mhux kompetizzjoni għall-attenzjoni. Huwa ddekskriva l-organizzar tal-konvenzjoni bħala "att ta' fiduċja fil-politika, fid-djalogu u fid-demokrazija", u wissa li partit li jieqaf jisma' jispiċċa jsir biss eku tiegħu nnifsu. Ic-Chairperson tal-Konvenzjoni Nazzjonali saħaq li l-għan tal- konvenzjoni mhuwiex li jingħataw tweġibiet lesti, iżda li jinħoloq spazju inklużiv u bilanċjat fejn kulħadd jista' jikkontribwixxi, filwaqt li enfasizza li l-valur jiġi mid-diskussjoni miuħa u mis- smigħ tassew. George Vital Zammit irrikonoxxa li Malta qiegħda tiltaqa' ma' għadd ta' sfidi kumplessi; fosthom sfidi demografiċi, ekonomiċi, ambjentali u teknoloġiċi, filwaqt li sostna li pajjiż żgħir ma jistax jaffordja li jwieġeb għall-problemi tal-lum b'għodod tal-bieraħ. "Dak li ma nagħmlux aħna, se jsibuh ma' wiċċhom ta' warajna," wissa. Il-programm tal-Konvenzjoni Nazzjonali jinkludi wkoll interventi minn personalitajiet politiċi Ewropej: Mikuláš Dzurinda, Andrej Plenković, Dolors Montserrat u Manfred Weber. Il-konvenzjoni 'pont bejn it-tama u t-twettiq tagħha', jgħid Borg Alex Borg se jħabbar il-qafas ta' politika li fuqu se jkun ibbażat il- manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista

