MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543385

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

"Lil hinn minn xewqat ideali, ir-realtà turi li minkejja d-diversi tentattivi ta' kampanji ta' prevenzjoni, diversi individwi xorta waħda jagħżlu li jagħmlu użu mill- kannabis" opinjoni illum • IL-ĦADD 22 TA' FRAR 2026 09 Chairperso tal-ARUC JOEY RENO Q abel ma daħlet fis-seħħ ir-riforma dwar l-użu responsabbli tal-kanna- bis fl-2021, il-konsum tal-kannabis kien mifrux fil- pajjiż. Din kienet realtà għaliex l-istrateġiji tal-projbizzjoni u tal-prevenzjoni qatt ma jagħtu r-riżultati kollha mixtieq. Ir-riforma għalhekk kienet meħtieġa sabiex tħares lil persuni li kienu jużaw il-kannabis billi kemm jista' jkun tnaqqas il-ħsara li jikkawżaw il-konsum tal- kannabis. Ir-riforma ipprovdiet qafas regolatorju taħt is-superviżjoni tal-ARUC, l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis, li jipprovdi alternattivi siguri għall- użu tal-kannabis lil hinn mis-suq illegali. Dan biex b'responsabbiltà jiġu evitati riskji u perikli varji inkluż dawk soċjali, legali, ġudizzjarji, u, fuq kollox, riskji serji għas-saħħa. Bir-riforma tal-kannabis bdiet titħaddem politika ġdida bi strateġija ċara li tiffoka fuq it- tnaqqis tal-ħsara. Din ir-riforma qatt ma kellha l-intenzjoni li tippromovi l-użu tal-kannabis jew tattira utenti ġodda. Għall- kuntrarju, hija politika bbażata l-ewwel u qabel kollox fuq il-prevenzjoni u l-protezzjoni tas- saħħa pubblika, li tibqa' tfakkar li l-iktar għażla sigura hi li ma tiġix ikkunsmata l-kannabis. Lil hinn minn xewqat ideali, ir-realtà turi li minkejja d-diversi tentattivi ta' kampanji ta' prevenzjoni, diversi individwi xorta waħda jagħżlu li jagħmlu użu mill-kannabis. Għalhekk twaqqfet l-Awtorità għall-Użu Responsabbli tal- Kannabis, l-ARUC, sabiex tiġi indirizzata din ir-realtà ħalli dawn l-individwi jkollhom aċċess kontrollat u sigur mingħajr ma jiġu ttimbrati jew iġġudikati. Il-qafas regolatorju mħaddem mill-ARUC jagħti għall-anqas serħan il-moħħ li l-kannabis tkun ittestjata biex tagħmel inqas ħsara minn dik li wieħed jakkwista mis-suq illegali. Is-suċċess ta' din ir-riforma ġie kkonfermat b'riżultati xjentifiċi u konkreti li juru b'mod ċar id-differenza bejn il-kannabis miksuba minn sorsi regolati mill-ARUC u dik miksuba mis-suq illegali. Studju xjentifiku li twettaq bis-saħħa ta' kollaborazzjoni strateġika bejn l-ARUC u l-Università ta' Malta jikkonferma biċ-ċar li kannabis miksuba permezz tal-qafas regolatorju mħaddem mill-ARUC hija iżjed sigura, u għalhekk tagħmel inqas ħsara għas-saħħa minn dik mixtrija mis-suq illeċitu. Minn stħarriġ analitiku li sar fil-laboratorju tal-Università ta' Malta fuq 12-il kampjun ta' kannabis prodotta minn 12-il assoċjazzjoni li qed joperaw skont il-liġi, irriżulta li ma nstabet l-ebda traċċa ta' pestiċidi fihom. Għall-kuntrarju, l-istudju sab li l-kannabis sekwestrata mis-suq illegali kellha residwi ta' pestiċidi li huma ta' periklu għas-saħħa tal- bniedem, illi jistgħu jwasslu għal mard kroniku, inkluż il-kanċer. Dan l-istudju huwa ċertifikat mill-aqwa li l-kunċett li fuqu hija msejsa r-riforma tal-kannabis, jiġifieri li sservi biex titnaqqas il-ħsara, qiegħed jaħdem b'mod effettiv u effikaċi. Dan għaliex kif qiegħda turi r-riċerka xjentifika mill-Università ta' Malta, dan il-għan qiegħed jintlaħaq għal persuni li huma msieħba fl-assoċjazzjonijiet liċenzjati, regolati u kkontrollati mill-ARUC li qiegħed jevita konsum ta' kannabis li mhix kontaminata b'kimiċi li jagħmlu ħsara għas-saħħa tal-bniedem. Għalhekk, filwaqt li r-riforma kompliet tenfasizza fuq kampanji ta' prevenzjoni u fuq il-bżonn ta' għażliet aktar għaqlin għas-saħħa fiżika u mentali tal-bniedem, għarfet li għandhom jiġu offruti alternattivi siguri għal nies li xorta waħda jagħżlu li jagħmlu użu mill-kannabis. Ir-riżultati miksuba mill-istudju mwettaq mill-Università ta' Malta ma kinux ikunu possibbli li kieku din ir-riforma ma ħolqitx qafas regolatorju strinġenti u b'saħħtu, b'politika ċara li tisħaq fuq il- bżonn li fejn il-prevenzjoni tfalli, jitħaddem il-kunċett ta' tnaqqis ta' ħsara. L-ARUC temmen fis-sħiħ li l-ebda individwu ma jixraqlu jkun minsi jew emarġinat iżda għandu jħossu protett u salvagwardjat fis- soċjetà tagħna. Sadanittant, l-użu tal-kannabis kien u għadu illegali jekk ma jsirx fl-ispazju kif regolat mil-liġi. Riżultati bbażati fuq il-fatti: riforma li qed taħdem Bir-riforma tal-kannabis bdiet titħaddem politika ġdida bi strateġija ċara li tiffoka fuq it-tnaqqis tal-ħsara

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 February 2026