MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543798

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

Stħarriġ ġdid juri li l-Partit Laburista għadu jżomm vantaġġ ta' madwar tliet punti perċentwali fuq il-Partit Nazzjonalista, filwaqt li l-Prim Ministru Robert Abela jżomm vantaġġ aktar ċar fuq il-kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg f 'termini ta' min hu l-aktar fdat biex imexxi l-pajjiż. L-istħarriġ juri li l-PL għandu appoġġ ta' 48.2%, filwaqt li l-PN għandu appoġġ ta' 45.6%. Il-bqija tal-voti jinqasmu bejn partiti oħra, bl-ADPD bi 3.7% u l-Partit Momentum bi 2.1%. Id-distakk bejn iż-żewġ partiti (2.6 punt) naqas ftit meta mqabbel mal- istħarriġ ta' Jannar, meta kien ta' 3.2 punti. Ibbażat fuq turnout proġettat ta' madwar 81%, simili għal dak irreġistrat fl-aħħar stħarriġ, dan id-distakk jissarraf f 'vantaġġ ta' madwar 7,500 vot favur il-PL. www.illum.com.mt NRU 1002 €1.50 IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2026 IKOMPLI F'PAĠNA 3 IKOMPLI F'PAĠNA 3 PAĠNI 6 - 7 INTERVISTA MA' IAN BORG, DANIEL ATTARD, IL-KURUNELL DAVID ATTARD U JP FABRI ILENIA DEBONO L-art f 'Pembroke li l-Gvern alloka għall-klabb tal-futbol tal-Belt bi proposta fil-parlament, kienet diġa' mwiegħda lill-klabb tal-futbol tas- Swieqi, kif ukoll lill-assoċazzjoni tal-baseball u soball f 'Malta. Kelliem tal-Malta Baseball and Soball Association qasam il-frustrazzjoni tiegħu u tal- Assoċajzzjoni għall-fatt li ilhom imwiegħda spazju dedikat għalihom għal iktar minn għaxar snin. Wieħed mill-ispazji li kien imwiegħed lill-Assoċjazzjoni kienet l-art ħdejn il-klabb tal- futbol tas-Swieqi, f 'Pembroke, fejn il-ministru għarraom li din l-art ma setgħetx tiġi żviluppata. Il-kelliem, li xtaq jibqa' anonimu, qal li l-pitch li kienu jużaw oriġinarjament ingħata lill-klabbs tar-rugby b'numru ta' sigħat limitati allokati għall- isports tas-soball u l-baseball. RIZULTAT: INTENZJONI TAL-VOT: PL 48.2%, PN 45.6%, ADPD 3.7%, MOMENTUM 2.1% • TURNOUT: 80.7% • FIDUCJA: ROBERT ABELA 44.1%, ALEX BORG 37.7%, ĦADD 18.2% • ĦIDMA TAL-GVERN: 3 PUNTI MINN 5 Art mogħtija lil Valletta FC kienet imwiegħda lil Swieqi UFC u l-klabb tas- softball IL-PL B'VANTAGG TA' TLIET PUNTI, ABELA B'VANTAĠĠ TA' SITT PUNTI FUQ BORG L-art ikkontestata tintuża għal-logħob tal- baseball u softball Robert Abela Alex Borg PN 45.6% PL 48.2% PN 45.7% PN 46.1% PN 45.9% PL 48.9% PL 48.7% PL 48.8% - STĦARRIĠ F'JANNAR 2026 - - STĦARRIĠ F'NOVEMBRU 2025 - - STĦARRIĠ F'OTTUBRU 2025 -

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 March 2026