MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543798

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Vince Briffa se jikkura wirja kollettiva u eklettika ta' artisti Maltin u internazzjonali Noti mil-Loki ta' Big G's Id-dinja hija mmexxija minn metrics u dejta li jkejlu ... kollox: il-ġid, is-saħħa, il- prestazzjoni tax-xogħol, il- veloċità, anke l-kredibbiltà fuq il-midja soċjali. Imma x'jiġri kieku kellna nirreżistu l-bżonn li kull esperjenza umana tiġi tradotta f 'marki jew punteġġ? Spazju Kreattiv fil-Belt Valletta se jkun is-sit għal waħda mill-wirjiet kollettivi l-aktar eċitanti tas-sena – For Want of (not) Measuring, ikkurata mill-artist Prof. Vince Briffa (Università ta' Malta), bix-xogħlijiet ta' 10 artisti li se jimmaġinaw mill-ġdid għodod familjari ta' kwantifikazzjoni biex jikkontestaw l-att ta' kejl, u jistiednu lill-udjenzi jikkunsidraw mill-ġdid il-mod kif il-bnedmin ikejlu lilhom infushom. Mit-12 ta' Marzu sat-3 ta' Mejju 2026, din il-wirja eklettika tinvestiga l-mod kif il-bnedmin jipperċepixxu d-dinja permezz tal-poetika tas-sistemi ta' kejl. B'din l-isfida lejn il-fehma tradizzjonali tal-kejl bħala għodda oġġettiva ta' kif nimu lilna nfusna u lid-dinja, l-artisti se jesploraw jekk il-qawwa tal- kjarifika tispiċċa tgħattan dak li huwa l-aktar importanti: il- kuntest, il-kultura, il-memorja, l-emozzjoni u l-kumplessità tal- ħajja. "F'din l-esplorazzjoni tad- distakk bejn id-dejta xotta, u l-esperjenza ħajja tagħna, l-udjenza se tiem kif filwaqt li l-kejl u l-metrika jissimplifika u anke jikkontrolla, din l-oġġettività hija limitata fejn tidħol l-essenza tal-kumplessità, jew ta' ħajja aktar rikka, kif ukoll mod iżjed uman ta' kif nimu min aħna," qal il-kuratur Vince Briffa. "Bl-użu tat-tpinġija u l-pittura, l-iskultura, il-fotografija, l-installazzjoni, il-film, u l-ħoss, l-10 artisti se juru kif l-imħabba, it-telf, l-għożża, il- biża' u anke s-seħer ma jistgħux jiġu kkwantifikati – l-arti minflok tippermettilna sensibbiltà profonda ta' kif nimu dawn l-aspetti importanti tal-eżistenza tagħna." Briffa, li ntgħażel bħala wieħed mill-artisti fil-paviljun Malti għall-Biennale ta' Malta tal-2026, se jkun megħjun mill-kokuratur Alexander Zammit. L-artisti huma kollha prattikanti internazzjonali b'xi wħud minnhom ukoll ibbażati f 'Malta: Trevor Borg, Matthew (Matyou) Galea (Malta), Katie Sims (Għawdex), Jim Hobbs (l-Istati Uniti), Patrick Jones, Davd Waterworth (ir-Renju Unit), Canecapovolto (l-Italja), Kristina Huxley (l-Irlanda), Yanyun Chen (Singapor), u Andreas Treske (Turkija). Briffa jgħid li x-xogħlijiet tal-arti se jistiednu lill-udjenza f 'dinja li tesplora l-ambigwità tal- limiti tal-kejl. "Il-kejl jikkundizzjona l-mod kif nagħtu valur lil dak li naraw jew naqraw ... il- pjattaformi tal-midja soċjali pereżempju jikklassifikaw il- valur intellettwali skont il-likes u x-shares, u jittrasformaw il- kredibbiltà f 'forma numerika. X'qed nitilfu meta nċedu l-ġudizzju kritiku tagħna stess għall-oġġettività ta' din il- metrika? Naħseb li din il-wirja se tiżvela apprezzament ġdid tal- kumplessità u l-ambigwità." Il-wirja se tkun is-suġġett ta' katalgu b'kontribuzzjonijiet mill- Assistent Kuratur Alexander Zammit, assistent kuratur, Prof. Ing. Emmanuel Francalanza, u Dr Clive Zammit. Il-wirja tgawdi mill-appoġġ tad-Dipartiment tal-Arti Diġitali (l-Università ta' Malta), kif ukoll mill-Kunsill Malti tal-Arti, Spazju Kreattiv, u VisitMalta, b'għajnuna minn Prevarti, Pictures & Frames, Miles Express, u Cube Relocations. Vince Briffa ntgħażel bħala wieħed mill-artisti fil-paviljun Malti għall-Biennale ta' Malta tal-2026 MARLENE DEBONO Il-ġimgħa l-oħra kelli l-opportunità li nattendi għal "kunċert (mhux kunċert) ta' Jamie Cardona" – Noti mil-Loki ta' Big G's. Show mill-isbaħ fejn il-pubbliku nfexx f 'daħqa wara l-oħra għal ċajt spontanju u diversi drabi b'ton sarkastiku. Jamie Cardona kien ferm kapaċi jinterpreta diversi karattri u jaqleb faċilment minn karattru għal ieħor li kienu involuti fi storja ta' divertiment f 'Paceville; imma l-istorja tinvolvi aktar minn hekk – tirrigwarda aspetti ta' kuljum: il-friefet li jkollna fl-istonku hekk kif niltaqgħu ma' xi ħadd li jolqotna, id-diqa li ngħaddu minnha meta relazzjoni tispiċċa, il-valur tal-ħbiberija sinċiera, u d-diversi konflitti li nistgħu ngħaddu minnhom, inklużi mumenti fejn idejjaqna dak li naraw quddiemna fil-mera u oħrajn li ġieli jagħmlu l-qawmien ta' kull filgħodu tedjanti u iebes. Laqtitni immens l-abiltà kbira ta' Jamie li jaqleb minn karattru kollu ferħ u enerġija li jdaħħaq bla waqfien għal karattru b'ton malinkoniku li kapaċi jdaħħal in-nies f 'qoxrithom. Din hija kapaċità kbira ta' attur li jirnexxilu jittrasporta l-pubbliku fil-vjaġġ tal-protagonist. Aspett ieħor li laqatni ferm kienu l-pupazzi (ipprovduti minn Teatru Anon) li jirrappreżentaw l-istonku, il-pulmun, il-qalb, u d-dudina. Dan tal-aħħar fl-opinjoni tiegħu kien l-aktar pupazz li ngħata l-aktar prominenza. Din kienet abbiltà brillanti ta' kif dawn id-diversi karattri żewqu l-prestazzjoni bl-interventi tagħhom u nneħħilhom il-kappell tal-biċċa xogħol li jkollhom li jirreċtaw b'kostum li trid iġġorr il-ħin kollu u jgħatti kważi l-ġisem kollu. Hija biċċa xogħol kbira biex il-movimenti tal-pupazzi jaqblu ma' dak li kien qed jingħad minn Jamie stess, peress li Jamie interpreta l-vuċijiet ta' dawn ukoll. Ma nistax nonqos insemmi l-aspett mużikali u l-aspett awdjoviżiv li kienu wkoll organizzati b'mod ferm professjonali. L-operaturi tal-kamera kienu ferm diliġenti u taw sehemhom anke b'mod interattiv u kreattiv fuq il-palk. Prosit lit-tim kollu involut f 'din il-produzzjoni (inklużi dawk ta' wara l-kwinti), speċjalment lid-diretturi u l-produtturi kollha involuti li tawna serata oriġinali u memorabbli mimlija b'talent lokali. Prosit ukoll lill-isponsors kollha involuti li għenu biex tittella' produzzjoni brillanti bħal din – is-sapport ta' dawn in-nies huwa utli ferm biex inkomplu nsaħħu u ninkoraġġixxu t-talent lokali fil-mużika u l-arti drammatika. Jamie Cardona

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 March 2026