MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543798

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Għidli naqra: Il-band Atomic Flame F'din is-sensiela ġdida, il-gazzetta titkellem ma' bands lokali fuq ix-xena tal-mużika f'Malta u fuq l-istorja tal-band innifisha Biex ingħażel l-isem ma kinitx xi biċċa xogħol żgħira, għax il-band riedet taċċerta ruħha li l-isem magħżul ma jkun qatt ġie użat minn xi band oħra ILENIA DEBONO Minn fejn bdiet l-istorja tal-band? Il-band Atomic Flame tmur lura għall-2021, meta Lawrence Baldacchino, drummer b'esperjenza kbira f 'bands bħal Fire u 12th Ode, beda jiġġemmja mal- kitarrist Campos Gellel. Fl-istess perjodu kienet ġiet fi tmienha l-band ta' Nigel 'Noogie' Buttigieg, Noogie's Crew u nħolqot l-opportunità li Lawrence u Nigel jingħaqdu fi proġett ġdid. Madankollu, il-band kienet għadha mhux kompluta, u ma kienx qabel ma' Charles Buttigieg, missier Nigel u veteran fix-xena Maltija tal-metal, ingħaqad bħala bassist f 'Diċembru 2021 li l-lineup verament bdiet tieħu forma. It-talent liriku ta' Charles sar iċ-ċavetta biex jittrasforma l-ideat mużikali tal-band f 'kanzunetti ffurmati bis-sħiħ. Minkejja l-momentum bikri, il-band affaċċjat bidla kbira meta Campos Gellel telaq f 'Lulju 2022. Dan il-vojt imtela minn Marco Mulé sa Mejju 2024 meta James Galea ħa post Marco. Id-debutt live sar fil-21 ta' Jannar 2023, f 'e Garage f 'Ħaż-Żebbuġ, Malta. Fix- xhur ta' wara, il-band ħarġet l-ewwel żewġ singles tagħha: Innocence Becomes Prey fl-1 ta' Mejju 2023, u Hunter fit-2 ta' Diċembru 2023. Iż-żewġ kanzunetti wrew il-firxa dinamika tagħhom, minn solos tal-kitarra kumplessi għal ritmi qawwija u lirika ossessjonanti, u b'hekk issolidifikaw il- pożizzjoni tagħhom fix-xena tal-metal. Kontu tafu lil xulxin qabel ma kontu fil-band flimkien? Charles u Lawrence ilhom jafu lil xulxin sa minn meta kienu għadhom ħafna iżgħar fis-snin tmenin u anke kienu pparteċipaw flimkien f 'bands differenti, Valda Cry u Fusion, f 'gig uniku għal dak iż-żmien Rock on Summer 1981 li kien sar f 'Lulju ta' dik is-sena ġewwa l-Orpheum il-Gżira. Nigel kiber fil-popolarità tax-xena rock Maltija dawn l-aħħar għaxar snin u hu u Lawrence saru jafu lil xulxin permezz tal-gigs li saru dawn l-aħħar snin. Kif għażiltu l-isem tal-band? Biex ingħażel l-isem ma kinitx xi biċċa xogħol żgħira, għax il-band riedet taċċerta ruħha li l-isem magħżul ma jkun qatt ġie użat minn xi band oħra. Il-membri tal- band kienu jipproponu għadd ta' ismijiet li ma ntgħażlux, fosthom anke Heavenly Punishment, li fl-aħħar spiċċat isem ta' diska u l-isem tal-ewwel CD ta' Atomic Flame. Charles kien semma Atomic Flame, li ngħoġob u baqa'. X'inhu l-iżjed proġett għal qalbkom? Bla dubju, ir-recording u t-tnedija tal- album Heavenly Punishment. Ir-recording sar ġewwa u l-launch saret fil- ta' Settembru. X'inhu l-pass li jmiss? Atomic Flame biħsiebha tkompli tikteb mużika oriġinali u fl-istess ħin tipparteċipa f 'avvenimenti fejn tkun tista' ssemma l-mużika oriġinali miktuba mill-membri tagħha. L-ewwel avveniment li tipparteċipa fih se jkun il-Grim Reaper Festival li se jsir fid-9 ta' Frar ġewwa t-Tiguglio, San Giljan. Liema hi l-ikbar ispirazzjoni tagħkom? Mużikalment l-akbar ispirazzjoni tagħna huma żgur il-metal bands bħal Judas Priest, Iron Maiden, Sabaton, u Black Sabbath. Ix-xena tal-mużika lokali toffri opportunitajiet lill-artisti li għadhom jibdew? Ma tantx. L-okkażjonijiet fejn tindaqq il-mużika rock huma it ħafna u sfortunatament il-maġġoranza tal-clubs lokali jfittxu bands li jagħmlu covers ta' diski popolari. Din hija vera ħasra għax hu bil-mużika oriġinali biss li tista' tkompli tikber ix- xena lokali. Kieku tistgħu tbiddlu xi ħaġa fix-xena mużikali Maltija, xi tkun? Qabelxejn li jingħata iżjed sapport, kif ukoll tingħata opportunità lill-bands li jikkomponu mużika oriġinali sabiex dawn jirrekordjaw il-kanzunetti tagħhom b'mod professjonali li jkun jista' jwassalhom ukoll għal suċċess barra minn xtutna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 March 2026