MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543798

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, Ħaley Xuereb tħares lejn ktieb li s' issa qatt ma rreċensajna dwaru - iż-zine. Xuereb jintrigaha ż-zine Smashed to Shit, li jlaqqagħha ma' xena mużikali li ġġorr magħha lingwa, attitudni, persunaġġi u kultura. Faqgħa Inħoss li għandi nibda billi ngħid li hemm spirtu punk qawwi f 'dan iż-zine. Tant li waqt li qed nikteb din ir-riċensjoni, qed inħoss li l-kliem puliti u meqjusa li normalment nuża fir-reċensjonijiet ma jagħmlux ġieħ lis-seba' paġni A4 mitwija li jiffurmaw iż-zine Smashed to Shit. Allura, biex nirranġa it dan in-nuqqas min-naħa tiegħi, qed nikteb waqt li nisma' lill-Abstrass fl-isfond. Bħala persuna li l-ammont ta' drabi li mort il-Garaxx forsi tgħoddhom fuq iż-żewġ idejn u sieq waħda, ħafna mill-bands u l-persuni li jissemmew fiż- zine kienu kompletament ġodda għalija. Allura ħadt bażż infittex dwarhom online, niskava li nista', u nistaqsi lil sħabi li huma aktar fix-xena minni għall-kuntest jew stejjer. F'ċertu sens kienet ħlewwet il- qalb li it li xejn sibt traċċi online ta' xi bands imsemmija. Ngħidu aħna l-Iskandal. Jew l-elogju sħiħ li jsir lejn il-kanzunetta Bebbuxu Malinju ta' e Vegetables. Meta ppruvajt infittex fuq YouTube għall-kanzunetti li jinkludu l-kelma bebbuxu, (li probabbilment mhijiex l-aħjar pjattaforma għal tiix hekk), l-unika ħaġa li sibt kienet in- nursery rhyme "Il-bebbuxu jħobb jixxarrab" ta' Tony Pace. Ma naħsibx li kienet id-diska li kont qed infittex. U b'xi mod, dan in-nuqqas ta' katalgu faċli biex issib xi ħaġa relatata mal-punk online ħassejtha xierqa. Il-punk qatt ma kien maħsub biex isir arkivju ta' katalgi nodfa. Fiż-zine nsibu frammenti żgħar tax-xena: intervista man- NICO, li jgħidulu n-NICO "għax hekk"; ħarsa lejn "diska ta' band li għamlet tour twila twila l-Messiku u tgħallmet ħaġa waħda biss kif tixrob it-tequila"; intervista mal-Five Years From Now dwar l-EP il-ġdid tagħhom bl-"ebda imbarazz inkluż"; u aneddotu dwar id-Dr Ċiż, li milli jidher jew għeb, jew inkella sempliċement "sab ruħu lura e Garage". Lista kemxejn elusiva ta' karattri li ħallewni nimmaġina univers sħiħ dwar min setgħu kienu. In-nuqqas ta' rfinar żejjed, jew aħjar, ir-riut apposta li jsir raffinar, friskani. Dan l-aħħar qed insib ruħi kontinwament nistaqsi jekk dak li qed naqra hux iġġenerat mill-AI, mill- esejs tal-iskola saħansitra sal- aħbarijiet, il-veritajiet ta' din il- pubblikazzjoni hija friska. Anke l-fatt li m'hemmx klixejiet Maltin li forsi dħaqt l-ewwel ħames darbiet li smajthom, bħal eżempju, kemm kilt downats, li bqajna nisimgħu biha f 'ħafna xogħol satiriku li jsir, sebbħet l-ispirtu taż-zine. Minflok, iż- zine huwa miktub b'ċerta ironija speċifika li tiżviluppa biss bejn il-ħbieb. Il-ħbieb, wara kollox, jiżviluppaw ċertu idjolett ta' bejniethom, b'allużjonijiet li ma jkunux immedjatament ċari għal min hu barra. Kultant tkun kelma, xi kultant ton, jew referenza għal episodju li ġara snin ilu. Meta taqra dan iż-zine, kultant tħossok qisek qed taqbad biċċiet minn konverżazzjoni bħal din. Is-sottokulturi ħafna drabi jaħdmu eżatt hekk. Il-lingwa tagħhom mhux bilfors tkun maħsuba biex tiniehem universalment. Anzi, spiss tkun forma ta' rikonoxximent, sinjal sottili li jgħid, inti, jiena, konna hemm. F'dan is-sens, iż-zine jaqbad tajjeb dan il-mod kif taħdem xena. Għal min diġà jaf il- persuni, il-bands u l-postijiet imsemmija, l-esperjenza probabbilment tkun bħal li tidħol f 'kamra mimlija ħbieb. Għal oħrajn, bħali, stednuna eżatt sal-bieb ta' barra: nisimgħu frammenti ta' konverżazzjoni, naqbdu xi referenzi, u bil-mod il-mod nibdew nimu l-loġika interna tagħha. U forsi hawnhekk tidħol ukoll ċerta limitazzjoni żgħira tal-pubblikazzjoni. Kultant il- qarrej jibqa' jixtieq it aktar kuntest, mhux neċessarjament spjegazzjoni sħiħa, imma forsi ħjiel żgħir li jgħin biex wieħed jidħol aktar fid-dinja li qed tiġi deskritta. Hemm ukoll sens sottili ta' distakk ġenerazzjonali: xi referenzi huma kważi artefatti minn kapitlu partikolari tax- xena lokali li mhux kulħadd kellu ċ-ċans jesperjenza direttament. Imma fl-istess ħin, din il- kritika tħossni kemxejn inġusta meta nqisha sew. Wara kollox, qed nitkellmu dwar l-ewwel edizzjoni. L-ewwel iterazzjoni ta' xi ħaġa li għadha qed tifforma ruħha. Anke l-idea li wieħed "jirriċensa" zine bħal hija ironikament kemxejn stramba, kważi kontra l-ispirtu DIY tiegħu. U l-verità hi li meta l-kontenut ikun tajjeb, il-preżentazzjoni ssir kważi sekondarja. Il-font hawnhekk hija inkreddibilment normali, il-layout sempliċi. 'Qas m'jien se noqgħod insemmihom (minkejja li issa semmejthom) l-iżbalji żgħar tal-grammatika jew tal-ortografija. Fil-maġġoranza tiegħu, iż-zine huwa miktub tajjeb biżżejjed, u aktar minn hekk, miktub b'ċertu entużjażmu li diffiċli timmanifatturah. Forsi tkun ħaġa tajba 'k ikollna nfittxu daqsxejn kif niktbu l-ħaqq … bil-Malti. Tibqa' dagħwa jekk ngħaqqdu l-ewwel kelma mat- tieni? Forsi l-iktar indikazzjoni ċara li dan iż-zine qed isir għall- passjoni u mhux għall-flus tinsab fil-prezz. Tliet ewro, jew kif tgħidilna l-paġna ta' Instagram tagħhom, żewġ bottijiet Ċisk jew nofs pakkett Marlboro. Dik biss diġà tgħid ħafna dwar l-ispirtu tal-proġett. F'punt minnhom, iż-zine jagħmel appell għal aktar stejjer u aktar nies li jistgħu jiddisinjaw, li jawgura tajjeb għall-iżvilupp taż-zine. Wara kollox, ix-xeni punk ma jgħixux bin-nostalġija biss. Jgħixu għax hemm nies li jibqgħu jagħmlu affarijiet, żgħar, imperfetti, u kultant glorjużament smashed to shit.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 March 2026