Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543798
illum • IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2026 07 intervista muż. Diġà rajna li l-assigurazzjoni internazzjonali mhumiex inter- essati fil-coverage tagħhom, għax dan huwa żona ta' gwerra. F'ter- mini reali, dan jgħid li jekk affari- jiet miċ-Ċina kienu jaslu l-Ewropa f '20 ġurnata, issa jieħdu xi 40 ġur- nata. Dan se jwassal għal inċertez- za u l-vulnerabbiltà tal-ekonomija hija ħaġa reali ħafna. Jekk naraw x'ġara bil-pandemija jew fil-gw- erra tal-Ukrajna, naraw kemm aħna fraġli. Għalkemm naħsbu li għandna sistema b'saħħitha, l-af- farijiet ġeopolitiċi llum qed ikoll- hom impatt qawwi u qed ikunu iżjed frekwenti. Taħseb li dan l-effett se jasal fi xtutna? JPF: Aħna li ġara huwa meta l-impatt fil-bqija tad-dinja fuq tal-Ukrajna kien qawwi, f 'Malta l-gvern ħa deċiżjoni li jissussidja l-kontijiet tad-dawl allura aħna sal-lum qatt ma ħassejna im- patt. Issa, kemm għad fadal flus fir-riservi għal dawn is-sussidji u issa jekk il-prezz taż-żejt jogħla u n-nefqa tas-sussidju tiżdied? Dik deċiżjoni li xi ħadd irid jieħu. Kien hemm diversi rap- porti mill-IMF fejn qal li dawn is-sussidji qed joħolqu pressjoni fuq il-finanzi tal-gvern. Dan l-episodju taħseb li qanqal sens ta' bżonn ta' unità politika? DA: Naħseb li ġara żgur hu li l-attitudni ta' Trump, anke bil-kummenti tiegħu fuq mexx- ejja Ewropej, qajjem diskussjoni ikbar li l-UE tkun strateġikament aktar awtonoma. Meta ngħid strateġikament awtonoma, ngħid mhux neċessarjament biss fuq id-difiża imma anke fuq l-en- erġija primarjament. Naħseb dik hi d-diskussjoni għaddejja, im- portanti imma mhux se ddgħajj- ef ir-relazzjoni mal-Amerka. Taħseb li l-Iran għandu xi ħaġa moħbija li ma nafux biha? KDA: L-Iran għadu ma eżaw- riex ruħu, filwaqt li l-oħrajn bdew li kissru d-difiżi tal-ajru Iranjan. Issa għandhom super- jorità fl-ajru imma b'ajruplan ma tistax taħtaf pajjiż. Jien infurmat li diġà kien hemm xi movimen- ti ta' truppi Kurdi deħlin fil- Punent tal-Iran għax mingħajr boost mal-art, m'hemmx ċans li jinbidel ir-reġim. Għalkemm Trump m'eskludiex, ma naħsibx li l-Amerikani se jibagħtu trup- pi fl-art. Se jippruvaw jinqdew b'ħaddieħor, bil-Kurdi. Kien hemm ċaqliq militari mal-frun- tiera tal-Ażerbajġan. Il-fatt li r-reliġjon huwa assoċjat ħafna mal-politika fl-Iran, tagħmel is-sitwazzjoni aktar ikkumplikata? DA: L-ewwel nett nikkonfer- ma dak li qal il-kurunell dwar il-Kurdi li qed ifittxu garanziji mill-Istat Amerikan fuq protez- zjoni mill-ajru u l-futur tal-Iran. L-Iran huwa pajjiż li fl-aħħar snin mexxa b'ripressjoni u ċensura. Ir-reġim għadu jgawdi appoġġ imma mhux bil-maġġoranza tal-pajjiż. Hemm ħafna komuni- tajiet li qed ifittxu għal opportu- nità tal-bidla. L-ikbar sfida f 'dan il-mument mhuwiex ir-reġim imma l-għaqda tal-ispettru sħiħ ta' komunitajiet differenti. Kif se naffaċċjaw il-problema ta' dawk il-Maltin maqbudin f'postijiet fejn hemm ċerta tensjoni? IB: Din kienet l-ewwel prijor- ità għalina, b'mijiet ma' Maltin fir-reġjun. Dawk li kienu hem- mhekk fuq vaganza, immedjata- ment għamlu kuntatt magħna sa- biex jirritornaw lura lejn pajjiżna. Kien hemm diffikultajiet ta' loġis- tika minħabba l-problema tal- għeluq tal-ispazji tal-ajru. Ħasse- jna li jkun aktar għaqli li nagħmlu arranġament ma' kumpanija tal-ajru sabiex ikollna l-Maltin kollha fuq titjira waħda. Li tkun pajjiż żgħir huwa ta' benefiċċju f 'ċirkostanzi bħal dawn. Dan seta' jsir ukoll minħabba l-fatt li Malta għandha reġistru b'saħħtu tal-av- jazzjoni li tatna aċċessibilità għal ċerti kumpaniji. Il-Gvern huwa konxju għall- fatt li din il-kriżi tista' twassal għal xi ħaġa oħra? IB: Il-Gvern konxju. Din id- diskutejnieha mal-kabinett u uffiċjali oħra fl-amministrazzjo- ni pubblika. Aħna qed insegwu. Jien qiegħed hawn f 'konferenza ma' numru ta' ministri għall-af- farijiet barranin oħra, fejn kulħadd jgħid il-biċċa tiegħu. Aktar kmieni llum kelli laqgħa mal-ministri għall-affarijiet bar- ranin Ewropej u ta' pajjiżi tal- Golf fejn kulħadd jgħid ħaġa u oħra. Trid tifred il-fatti mill-is- pekulazzjonijiet. Liema qasam taħseb jista' l-inqas imur lura jew 'il quddiem? JPF: Hemm possibbiltà li d-destinazzjoni Malta se tiġi ferm aktar imfittxija, wara li Dubai u Ċipru għaddejjin minn perjodu ta' instabbiltà. Allura hemm ċans li t-turiżmu jkompli sejjer tajjeb. Naħseb l-aktar ħaġa importanti, għal pajjiż ċkejken bħal Malta hu li nibqgħu reżil- jenti u għaqlin. Huwa importanti li l-pajjiż, avolja hemm element ta' vulnerabbiltà, il-long term ma ninsewh qatt għax dak itina l-fundamentali sabiex il-pajjiż jibqa' għaddej. Il-kelma li nnaqqsu s-sussidju mhux se jgħiduha l-politiċi. Taħseb li għandna nbiddlu dan l-approċċ? JPF: Li jrid ikun hemm naħseb fuq żewġ binarji, fejn is-sussidji jgħinu biex itaffu l-impatt wasal iż-żmien li l-in- tervent tal-gvern ikun ibbażat aktar fuq kondizzjonijiet. Fejn il-kumpanji jinvestu aktar biex ikunu aktar produttivi. Fl- aħħar mill-aħħar, din hija gw- erra tal-enerġija. Il-politika ta' Trump hija li jipproteġi l-inter- essi Amerikani fiż-żejt, li jiżola liċ-Ċina mill-bżonnijiet tal-en- erġija tagħha. Hemm strateġija militari mill- Iranjani? KDA: L-ewwel nett, waħda mill-affarijiet li rridu ninsew li nħarsu lejn l-affarijiet kif jiġu pprovduti minn ċerta mid- ja tradizzjonali. Is-sorsi tiegħi jkunu miż-żewġ naħat. L-Iran- jani ilhom jippreparaw għal din il-gwerra. Qed jużaw ċerta strateġija. Għalkemm jafu li ma jistgħux jirbħu, qed jaħdmu bi strateġija. Inti semmejt li hemm problema ta' stockpiles. KDA: Ħafna nies jaħsbu għax in-nies superpotenza li għandha riżerva ma tispiċċa qatt ta' mis- sili u ajruplani, meta mhuwiex il-każ. L-Amerikani minn għa- da se jibdew jużaw il-free fall bombs, jiġifieri waslu fi stadju fejn il-missili sofistikati spiċċaw u jkollhom jużaw bombi tradiz- zjonali. Dan ifisser tgħaddi minn fuq binja, forsi naqra GPS, imma mhumiex missi- li partikolari li jiswew ħafna flus. Le, iż-żewġ gruppi militari ppreparaw sew imma ż-żewġ naħat ikkundizzjonati bil-limiti tar-riżervi. Taħseb li sa ġimagħtejn oħra l-gwerra tkun għadha għaddejja? KDA: Iva, m'għandix dubju. L-Amerikani stess qalu li jridu jkunu ppreparati għal gwer- ra ta' bejn erba' u sitt ġimgħat. Jekk l-Iranjani jibqgħu jżommu kontroll tal-Istrett ta' Ħormuż u ma jkunx hemm bidla fir-reġim, il-gwerra tista' ddum iżjed. Hemm xnigħat ta' elezzjoni f 'pajjiżna. Taħseb li kull deċiżjoni se ssir fid-dawl ta' elezzjoni wara l-bieb? JPF: Jien naħseb kif rajna tul dawn ix-xhur, fejn anke l-prezz taż-żejt naqas, nimmaġina lid-direzzjoni tal-Gvern se tkun li tibqa' tipproteġi n-negozji u l-familji Maltin. jibqgħu jżommu kontroll tal-Istrett ta' Ħormuż u ma fir-reġim, il-gwerra tista' ddum iżjed" Saviour Balzan ma' Ian Borg (fil-konnessjoni vidjo), il-Kurunell David Attard (fin-nofs) u JP Fabri

