MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543798

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

"Flimkien mal- għarfien tekniku, kompetenzi trasversali bħall- komunikazzjoni, l-adattabilità u oħrajn se jibqgħu ta' valur f 'diversi setturi, peress li jgħinu lill- individwi jimxu 'l quddiem fil- karrieri tagħhom" 10 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2026 • illum opinjoni I l-Viżjoni Malta 2050 tistabbilixxi ambizzjo- ni ċara: li nibnu pajjiż reżiljenti, appoġġat minn sistema edukattiva moderna u forza tax-xogħol mgħammra bl-opportunitajiet u l-isfidi tal-futur. Hekk kif l-avvanzi teknoloġiċi, l-intelliġenza arti- fiċjali u t-tranżizzjoni ekoloġi- ka qed ikomplu jittrasformaw l-ekonomiji madwar id-dinja, il-preparazzjoni tar-riżorsi umani bil-ħiliet it-tajbin se tkun kruċjali għall-prosperità fit-tul ta' Malta. L-edukazzjoni tibqa' waħda mill-aktar investimenti importanti li nazzjon jista' jagħmel għall-prosperità u l-iżvilupp tiegħu fil-futur. Hekk kif l-industriji jevolvu u jaffaċċjaw setturi ġodda, is-sistema edukattiva trid tkompli taddatta biex tiżgura li l-istudenti jiżviluppaw l-għarfien, il-ħiliet u l-mentalità meħtieġa għad-dinja tax- xogħol tal-futur. Enfasi akbar fuq is-suġġetti STEM, aktar rotot vokazzjonali b'saħħithom u allinjament aktar mill- qrib bejn l-edukazzjoni u l-industriji emerġenti se jgħinu biex jiġi żgurat li t-talent ta' Malta jkompli jappoġġja l-ambizzjonijiet ekonomiċi tal- pajjiż. Importanti wkoll huwa l-iżvilupp tal-ħiliet trasversali, fosthom il-ħsieb kritiku, il- kreattività, il-komunikazzjoni, l-adattabilità u l-kollaborazzjoni. Dawn il-kapaċitajiet umani qed isiru dejjem aktar essenzjali f 'dinja li qed tinbidel b'pass mgħaġġel, imfassla mill- awtomazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali. Billi nsaħħu dawn il-kompetenzi f 'ambjenti ta' tagħlim formali u informali, Malta tista' tibni ġenerazzjoni li biha, mhux biss tkun kwalifikata, iżda wkoll reżiljenti. Id-dinja tax-xogħol qed tinbidel b'ritmu mgħaġġel. L-avvanzi teknoloġiċi, l-użu tal- intelliġenza artifiċjali u l-mixja lejn ekonomija aktar sostenibbli qed ibiddlu l-industriji u jfasslu mill-ġdid il-ħiliet meħtieġa fis-suq tax-xogħol. F'Malta, it-tħejjija tal-ħaddiema għal dawn l-iżviluppi hija prijorità ekonomika u element essenzjali biex jintlaħqu l-miri tal-Viżjoni Malta 2050. F'dan il-kuntest, l-adattabilità, it-tagħlim tul il-ħajja u l-iżvilupp kontinwu tal-ħiliet huma essenzjali. Il-Politika Nazzjonali dwar l-Impjiegi tindika li s-suq tax-xogħol tal-futur se jirrikjedi ħaddiema li jkunu kapaċi jadattaw għall-bidliet teknoloġiċi u ekonomiċi, filwaqt li jkomplu jsaħħu l-għarfien u l-kompetenzi tagħhom tul il-karriera. Il-kompetenzi diġitali huma parti importanti minn dan il- qasam ta' ħiliet li qed jespandi. Il-litteriżmu diġitali m'għadux limitat għal professjonijiet speċjalizzati, iżda sar kapaċità fundamentali f 'ħafna setturi tal- ekonomija. Fl-istess ħin, il-mixja lejn ekonomija aktar sostenibbli qed toħloq domanda għal għarfien u kompetenzi relatati mas-sostenibbiltà ambjentali u prattiki kummerċjali aktar responsabbli. Qed tiżdied ukoll id-domanda għal ħaddiema kwalifikati f 'setturi bħas-saħħa u l-kura soċjali, riflessjoni tal- iżviluppi demografiċi tal-pajjiż. Jobsplus toffri aktar minn 100 kors ta' taħriġ akkreditat u mhux akkreditat, li huma aċċessibbli għal dawk li qed ifittxu impjieg, għal impjegati u għal negozji li jixtiequ jtejbu jew jaġġornaw il- ħiliet tagħhom. Fost il-korsijiet il-ġodda hemm enfasi partikolari fuq il-ħiliet diġitali, dawk marbuta mas-sostenibbiltà u ħiliet relatati mas-settur tal-kura, f 'konformità mal-prijoritajiet nazzjonali u dawk Ewropej. Flimkien mal-għarfien tekniku, kompetenzi trasversali bħall-komunikazzjoni, l-adattabilità u oħrajn se jibqgħu ta' valur f 'diversi setturi, peress li jgħinu lill-individwi jimxu 'l quddiem fil-karrieri tagħhom u jirrispondu b'mod effettiv għal sfidi ġodda fuq il-post tax- xogħol. Lil hinn mill-provvista ta' taħriġ, Jobsplus tħaddem ukoll inizjattivi li jinkoraġġixxu l-investiment fl-iżvilupp tal- ħiliet. Permezz tal-Investing in Skills Scheme u tal-MySkills Scheme, kemm min iħaddem kif ukoll individwi jingħataw opportunitajiet biex isaħħu l-kompetenzi tagħhom u jtejbu l-prospetti tal-impjieg. Flimkien ma' inizjattivi oħra għall-iżvilupp ta' ħiliet fuq il- post tax-xogħol taħt il-proġett Training for Employment, dawn il-programmi — kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (ESF+) — jirrappreżentaw investiment ta' madwar €20 miljun fit-tisħiħ tal-ħiliet f 'Malta. It-tħejjija għall-futur tax-xogħol tirrikjedi wkoll kollaborazzjoni b'saħħitha bejn l-istituzzjonijiet. Jobsplus taħdem mill-qrib mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni flimkien ma' msieħba oħra sabiex tissaħħaħ ir-rabta bejn l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħtiġijiet emerġenti tal-ħiliet. Nittrasformaw l-edukazzjoni – Tħejjija għall-ħiliet ta' għada Il-kompetenzi diġitali huma parti importanti Clifton Grima huwa l-Ministru għall-Edukazzjoni Byron Camilleri huwa l-Ministru għall-Intern CLIFTON GRIMA U BYRON CAMILLERI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 March 2026