Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543916
08 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2026 • illum analiżi JAELLE BORG Il-qtil ta' Rita Ellul fl-2022 ħasad lill- komunità kollha u qajjem diskussjoni nazzjonali dwar il-vjolenza domestika. Ellul, li kellha 49 sena u kienet mill- Iklin, kienet tqatta' ħafna mill-ħin tagħha Għawdex mal-partner tagħha Lawrence Abina, li kien jgħix f 'appartament f 'Għajnsielem. Fis-26 ta' Frar 2022, servizzi ta' emerġenza ġew imsejħa f 'dak l-appartament wara rapport ta' persuna mejta. Meta waslu fuq il-post, il-pulizija sabu lil Ellul mimduda fuq sodda fil-kamra tas-sodda. Hija kienet diġà mejta. Il-verżjoni tas-sieħeb u x-xhieda tal- pulizija Fil-Qorti, il-pulizija spjegaw kif meta daħlu fl-appartament sabu wkoll lil Lawrence Abina, l-eks partner tal-vittma. Abina qal lill-investigaturi li kien ilu f 'relazzjoni ma' Ellul għal madwar tliet snin. L-Ispettur Gauci xehed ukoll li kkuntattja lit-tifla ta' Rita, Georgina, biex jinfurmaha bil-mewt ta' ommha. Skont ix-xhieda tiegħu fil-Qorti, hija bdiet tibki u qalet li temmen li l-partner ta' ommha kien responsabbli għal dan l-istess qtil. X'ġara dakinhar filgħodu? Waqt l-interrogazzjoni tiegħu Abina sostna li filgħodu qam għax-xogħol u pprova jqajjem lil Ellul. Skontu, hija qaltlu li kienet għadha għajjiena u għalhekk ħallieha rieqda waqt li mar għax-xogħol. Is-Surġent Jason Spiteri xehed li Abina qal lill-pulizija li meta rritorna mix-xogħol aktar tard sab lil Ellul għadha mimduda fis- sodda u bla moviment. Dak il-ħin ċempel ambulanza. L-awtopsja u l-konklużjonijiet mediċi Madankollu, l-awtopsja li saret fuq il-ġisem ta' Rita Ellul ikkonkludiet li l-mewt tagħha kienet ikkawżata minn strangulazzjoni minħabba pressjoni fuq l-għonq. Dan wassal biex il-prosekuzzjoni takkuża lil Lawrence Abina bil-qtil tagħha. Sentenza ta' għomor ħabs Il-każ kompla jinstema' fil-Qorti fejn ġew ippreżentati diversi provi u testimonjanzi relatati ma' dak li kien seħħ fl-appartament. Fl-aħħar mill-aħħar, Lawrence Abina nstab ħati tal-qtil ta' Rita Ellul u ntbagħat il-ħabs għal għomru. Aktar tard huwa ppreżenta appell kontra s-sentenza, iżda l-Qorti tal-Appell ikkonfermat kemm il-ħtija kif ukoll il- kundanna. Każ li qajjem diskussjoni nazzjonali Il-qtil ta' Rita Ellul reġa' fetaħ diskussjoni f 'Malta dwar il-vjolenza domestika u r-riskji li relazzjonijiet vjolenti jistgħu jispiċċaw b'konsegwenzi fatali. Każ li baqa' jissemma mhux biss minħabba ċ-ċirkostanzi tiegħu, iżda wkoll minħabba d-dibattitu li qajjem dwar il-protezzjoni tal- vittmi ta' vjolenza domestika. Il-każ tal-qtil ta' Rita Ellul, li nstabet mejta f'appartament ġewwa Għajnsielem fl-2022, wassal għal sentenza ta' għomor ħabs fil-konfront tas-sieħeb tagħha Il-qtil ta' Rita Ellul OMIĊIDJI LI BAQGĦU JISSEMMEW Rita Ellul li kellha 49 sena meta nqatlet

