MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543916

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 15

Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Ż vilupp propost fil-buffer zone tat-Tempji tal-Ġgantija qed iħasseb ħafna residenti u NGOs. L-applikazzjoni għall-hekk im- semmi 'Ġgantija Heights' tinkludi pjanijiet għal 22 appartament u garaxxijiet ferm viċin it-tempji, sit ta' Wirt Dinji tal-UNE- SCO f 'Għawdex. Din mhix l-ewwel applikazzjoni relatata ma' dan l-iżvilupp. Proposta preċedenti għal 28 appartament kienet ġiet miċħuda f 'Marzu 2023 wara appelli minn NGOs bħal Flimkien għal Ambjent Aħjar. Dak iż- żmien ġie determinat li jsir Heritage Impact Assessment (HIA). F'Ottubru 2024, meta ġie ppubblikat dan l-istudju, ħafna kienu kkritikawh għax qalu li mminimizza l-impatt fuq l-ambjent usa' u l-pajsaġġ kulturali madwar is-sit ta' wirt dinji. L-istudju kkonkluda li l-iżvilupp ikollu biss impatti "newtrali sa minuri", iżda, skont dawk li qed joġġezzjonaw, ma tax piż għall-preċedent li l-proġett jista' joħloq jekk ikun approvat. Issa hemm sejħa biex isir HIA ieħor, li jkun indipendenti u mhux ikkummissjonat mill-applikant. Hu tal-iskantament li qed ikollna għalfejn inqajmu dan is-suġġett, iżda jidher ċar li f 'dan in-naqra ta' pajjiż, xejn mhu sagrosant, lanqas tempji ta' wirt dinji bħall-Ġgantija. Għax huwa ovvju li fil-ġlieda bejn il-flus u l-istorja u l-kultura, il-gwadann finanzjarju jidher l-iktar b'saħħtu. Iżda l-agħar ħaġa mhix li żviluppaturi jew sidien ta' art jippruvaw minn kollox biex jagħmlu profitt fejn jistgħu. Nemmnu li anke huma għandu jkollhom boxxla ta' diċenza li tiggwidahom, avolja dik forsi hija ħolma. Li hu żgur hu li l-awtoritajiet għandu jkollhom iktar sens, direzzjoni u awtorità biex fejn ifallu l-iżviluppaturi, għall-inqas jintervjenu huma biex iwaqqfu l-kilba sfrenata għal żvilupp kullimkien u akkost ta' kollox. Din mhix l-ewwel darba li żvilupp propost viċin siti storiċi qajjem protesta. F'Awwissu tas-sena l-oħra, politiċi, akkademiċi u attivisti ambjentali appellaw biex is-sit arkeoloġiku ta' Santa Verna fix- Xagħra, Għawdex, ikun protett. L-importanza arkeoloġika taż-żona ta' Santa Verna hija parti imprezzabbli mill- istorja preistorika ta' Malta, marbuta mat- Tempji tal-Ġgantija, iċ-Ċirku tax-Xagħra u l-ewwel komunitajiet agrikoli tal-gżejjer. Illum l-art tinsab mhedda minn pjanijiet għal toroq, djar u pixxini, b'referenza speċifika għal 18-il villa b'pixxina. Hija fin-natura tal-iżviluppaturi u tal-ispekulaturi li jfittxu profitt minn kollox. Għalhekk l-onus għandu jkun fuq l-awtoritajiet. Hemm bżonn pjan ħolistiku li jagħmilha ċara xi żvilupp jista' jsir f 'ċerti żoni bħal dawn, fejn u kif. Hemm bżonn li titpinġa linja ħamra madwar siti storiċi li ma tkun tista' tintmiss għall-ebda raġuni u għall-ebda applikant, kbir jew żgħir. Hemm bżonn regoli ċari li ma jħallux lok għal interpretazzjoni indipendenti. Hemm bżonn li awtoritajiet bħal Heritage Malta u s-Supretendenza tal-Wirt Kulturali jkollhom mhux biss vuċi imma anke rwol li jagħti piż lill-opinjonijiet tagħhom. U fl-aħħar mill-aħħar, hemm bżonn li nimu li ma jistax ikun li kollox f 'dal-pajjjiż ikollu prezz. Għax ċerti postijiet u affarijiet huma imprezzabbli. Fuq kollox, il-Prim Ministru Robert Abela għandu jkollu s-sens u l-kuraġġ li jindaħal biex ma nkomplux inħawdu u nistupraw wirt pajjiżna. Mhux kollox għandu jkollu prezz

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 March 2026