Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543916
10 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2026 • illum opinjoni D ak li rajna fl-aħħar jiem fil-konfront tal-Membru Parlam- entari Ewropew f 'isem il-Partit Laburista, Daniel Attard, għandu jservi ta' tbeżbiża serja għal kull min jemmen fil-ġustiz- zja u fil-prinċipji bażiċi ta' soċjetà demokratika. Stejjer ġew ippubblikati dwar Daniel Attard li aktar tard irriżulta li kienu każ ta' żball, minħabba li kien hemm persuna oħra Maltija bl-istess isem eżatt bħall-Membru Ewroparlamentari. Dan huwa eżempju ċar ta' kemm jista' jkun faċli li ssir ħsara lir-reputazzjoni ta' persuna qabel ma jkunu magħrufa l-fatti kollha. Il-prinċipju huwa wieħed sempliċi iżda fundamentali: allegazzjonijiet mhumiex prova. U madankollu, ħafna drabi fil-klima politika u medjatika tal-lum jidher li qed nitbiegħdu minn dan il-prinċipju bażiku. Meta persuna titpoġġa fil- mira ta' allegazzjonijiet pubbliċi qabel ma jkunu stabbiliti l-fatti, il-ħsara tkun diġà saret. Mhux biss lill-persuna nnifisha, iżda wkoll lill-familja tagħha, lir- reputazzjoni li tkun inbniet tul snin, u kultant anke lill-għejxien tagħha. Dan li ġara għandu jiaħ għajn kulħadd. Għandu jfakkarna kemm hija importanti r-responsabbiltà meta jiġu ppubblikati jew imxerrda allegazzjonijiet. Il-libertà tal-espressjoni hija pilastru ta' demokrazija, iżda magħha tiġi wkoll responsabbiltà kbira. F'Malta għandna wkoll realtà oħra li it nitkellmu dwarha. Id-danni f 'każijiet ta' libell ħafna drabi huma limitati u relattivament baxxi. Fil-fatt, il-liġi tipprevedi massimu ta' €11,640 f 'każijiet ta' libell. Iżda ejja nkunu onesti: l-ebda ħajja, l-ebda reputazzjoni u l-ebda familja ma tiswa daqshekk. Meta tisfaxxa familja minħabba allegazzjoni, meta persuna tispiċċa iżolata u taffaċċja problemi fuq is-saħħa mentali, emozzjonali u anke fiżika tagħha, jew meta tara karriera mibnija tul snin ta' sagrifiċċju tinħatt f 'ħakka t'għajn, l-ebda somma ta' flus ma tista' verament tikkompensa l-ħsara li tkun saret. Il-ħsara li ssir lir-reputazzjoni ta' persuna ma tistax titkejjel biss f 'termini monetarji. L-istigma, il-pressjoni pubblika, il-proċess twil ta' investigazzjonijiet jew proċeduri, dawn kollha jħallu marka fuq il-ħajja ta' persuna u fuq dawk ta' madwarha. U hawnhekk tidħol dimensjoni li ħafna drabi ninsewha: il-kwalità tal-ħajja. Spiss nitkellmu dwar il-kwalità tal-ħajja f 'termini ta' ekonomija, pagi aħjar, impjiegi, investiment jew aktar ħin mal-familja. Iżda kwalità tal-ħajja tfisser ħafna aktar minn hekk. X'jiswa li jkollok aktar ħin mal-familja jekk f 'dak il-ħin issibu ruħkom tibku flimkien dwar allegazzjonijiet li ġew iċċirkolati? X'jiswa li jkollok impjieg u ekonomija tajba jekk dan kollu jista' jitfarrak f 'żewġ sekondi wara li xi ħadd jippubblika artiklu mingħajr investigazzjoni sħiħa? Kwalità tal-ħajja tajba tfisser li tgħix f 'soċjetà fejn persuna tista' tħoss li r-reputazzjoni tagħha hija protetta, fejn il-ġudizzju jsir fuq il-bażi tal-fatti u mhux fuq il-bażi tal-allegazzjonijiet. Tfisser ukoll li tgħix f 'pajjiż fejn mhux kull filgħodu tqum tiċċekkja l-mobile biex tara jekk xi ħadd tellax allegazzjoni ġdida mingħajr ma jkun lanqas biss staqsa għall-verżjoni tiegħek. Meta persuna tiġi akkużata pubblikament qabel ma jkunu stabbiliti l-fatti, il-kwalità tal- ħajja tagħha u tal-familja tagħha tinbidel mil-lum għal għada. Il-pressjoni soċjali, il-ġudizzju immedjat, il-ħarsa tan-nies u l-istress psikoloġiku li jinħoloq huma realtajiet li ma jitkejlux bil-flus. Il-kwalità tal-ħajja ma tfissirx biss li jkollok paga tajba jew triq aħjar. Tfisser ukoll li tkun tista' tgħix b'dinjità, mingħajr il- biża' li reputazzjoni mibnija tul snin tista' titfarrak f 'ġurnata minħabba allegazzjonijiet li għadhom ma ġewx ippruvati. Soċjetà li tassew temmen fil- kwalità tal-ħajja hija soċjetà li tipproteġi mhux biss il-benesseri materjali tan-nies, iżda wkoll id-dinjità, ir-reputazzjoni u s-serħan tal-moħħ tagħhom. Għalhekk il-mistoqsija vera mhijiex kemm għandhom ikunu d-danni wara li ssir il-ħsara. Il- mistoqsija vera hija: kif nistgħu nevitaw li l-ħsara ssir mill-bidu nett? Qabel ma persuna titpoġġa fil-qorti tal-opinjoni pubblika, għandna nkunu ċerti li hemm fatti u provi serji. Qabel ma jinħoloq spettaklu pubbliku, għandna niakru li wara kull isem hemm persuna, familja u storja ta' ħajja. Minn hawn irrid ngħid ukoll li ħafna ġurnalisti Maltin huma ġurnalisti serji li jivverifikaw il-fatti u jistaqsu għall-verżjoni tal-persuna li dwarha jkunu se jiktbu. Il-problema llum hija wkoll li kulħadd jista' jitfa' allegazzjoni mill-kumdità ta' daru, u xi kultant anke mingħajr ma juri l-identità tiegħu. Il-politika għandha tkun kompetizzjoni ta' ideat u servizz lejn il-poplu, mhux kamp ta' battalja fejn ir-reputazzjonijiet tan-nies jintużaw bħala arma. Meta l-akkuża ssir kundanna qabel ma jitkellmu l-fatti, inkunu qed noħolqu kultura perikoluża. Kultura fejn il-proċess ġudizzjarju jitpoġġa fil-ġenb u minflok jieħu postu l-ġudizzju immedjat tal-midja u tal-midja soċjali. F'din il-kultura, il-ħsara ssir f 'sekondi, iżda t-tindif tal-isem jista' jieħu snin, kultant ma jasal qatt għalkollox. Din mhijiex biss kwistjoni ta' politika jew ta' simpatija lejn persuna partikolari. Din hija kwistjoni ta' prinċipju li għandu jinteressa lil kulħadd. Għax jekk illum jiġri lil xi ħadd, għada jista' jiġri lil xi ħaddieħor, jew anke lil kull wieħed u waħda minna. Il-ġustizzja vera titlob paċenzja, serjetà u sens ta' proporzjon. Titlob li l-fatti jiġu investigati b'mod serju u imparzjali, u li l-konklużjonijiet jittieħdu mill-istituzzjonijiet maħluqa għal dan l-iskop, mhux mill-istorbju tal-mument. Għax fl-aħħar mill-aħħar, il-kwalità tal-ħajja f 'pajjiż ma titkejjilx biss bil-ġid ekonomiku, iżda wkoll bil-livell ta' ġustizzja, bir-rispett lejn ir-reputazzjoni tal-individwu u bil-mod responsabbli kif nużaw il-libertà tal-kelma tagħna. Demokrazija matura titkejjel mhux biss minn kemm aħna ħielsa nitkellmu, iżda wkoll minn kemm aħna responsabbli meta nagħmlu dan. Meta allegazzjoni ssir kundanna: L-impatt fuq il-kwalità tal-ħajja Għandna niftakru li wara kull isem hemm persuna, familja u storja ta' ħajja Membru Parlamentari tal-Partit Laburista RAMONA ATTARD

