MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543916

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

Huma biss 8% tal-elettorat li jaħsbu li l-PN se jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss, filwaqt li 52% jistennew li l-PL se jikseb ir-raba' mandat tiegħu. Filwaqt li 75% tal-votanti tal- Labour jaħsbu li l-partit tagħhom se jirbaħ, huma biss 21% tal-votanti tal-PN li jaħsbu l-istess. Madankollu, 40% tal-votanti ma jafux x'se jiġri, li jindika livell ta' inċertezza. Dan joħroġ minn stħarriġ tal- gazzetta oħt MaltaToday li sar bejn it-23 ta' Frar u s-6 ta' Marzu. Ir- riċerka turi li minkejja li d-distakk bejn il-partiti naqas għal 3 punti, prinċipalment minħabba ammont ikbar ta' eks votanti Laburisti li beħsiebhom ma jivvutawx, hemm dubji qawwijin dwar il- preparazzjoni tal-PN li jmexxi. Biss 32% jaħsbu li l-Oppożizzjoni hija lesta biex tieħu r-riedni tal-pajjiż, filwaqt li 44% jaħsbu li mhix, inkluż maġġoranza assoluta ta' dawk bejn 36 u 50 sena. Anki fost il-votanti kurrenti tal-PN, terz esprimew dubji dwar il-preparazzjoni tal- partit. Dan jikkonferma l-isfida li għandu quddiemu Alex Borg biex juri li l-PN hu gvern alternattiv. Ir-riċerka turi wkoll li minkejja li huma kważi 6% li se jivvutaw ADPD jew Momentum, hemm firxa ikbar ta' votanti li jaħsbu li tkun ħaġa tajba għall-pajjiż jekk ikunu rrappreżentati fil-parlament. L-istħarriġ juri wkoll li l-ADPD tgawdi rispett akbar fis-soċjetà Maltija: 39% jaraw il-preżenza tal- ADPD fil-parlament b'mod pożittiv, filwaqt li 30% jgħidu l-istess ħaġa dwar Momentum. Madankollu il-maġġoranza huma inċerti dwar l-impatt tal-partiti ż-żgħar fil- parlament. Meta jiġi dwar il-kwistjonijiet li se jaffettwaw il-vot tagħhom, il- kwistjonijiet marbutin mal-ħajja ta' kuljum u l-livell tal-għejxien jiddominaw. Dawn jinkludu l-għoli tal-ħajja, il-flus fil-but u l-istat tal-ekonomija fil-quċċata. Kwistjonijiet oħra huma t-traffiku, il-popolazzjoni u l-ambjent, waqt li l-korruzzjoni hija prijorità prinċipalment għall-votanti tal-PN. L-istħarriġ saqsa wkoll dwar id- data tal-elezzjoni. Ġunju (26%) hu l-aktar xahar probabbli għall- elezzjoni li jmiss, għalkemm 42% huma inċerti. Ir-riċerka titfa' dawl fuq kif jivvutaw il-Maltin. Huma biss 30% tal-votanti li ma jivvutawx dejjem l-istess partit. Fost il-votanti li bħalissa mhux se jivvutaw, 47% dejjem ivvutaw għall-istess partit fil-passat, filwaqt li 36% ivvutaw għal partiti differenti. Dan jindika li fost din il-kategorija, li tinkludi iktar eks Laburisti, insibu ammont sostanzjali ta' votanti Laburisti tradizzjonali li dejjem kienu leali lejn il-partit. www.illum.com.mt NRU 1003 €1.50 IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2026 IKOMPLI F'PAĠNA 2 PAĠNI 6 - 7 Strutturi ġodda ta' salarji sal-2029 INTERVISTA MA' MIRIAM DALLI U MARK ANTHONY SAMMUT ILENIA DEBONO Dettalji ppreżentati mill-University of Malta Academic Staff Association (UMASA) u approvati minn madwar 95% tal-membri tal-union juru żidiet sini- fikanti fil-pagi tal-gradi ak- kademiċi kollha bejn l-2024 u l-2029, flimkien ma' bid- liet fir-regoli tal-promozz- jonijiet, ir-rikonoxximent tar-riċerka u l-estensjonijiet wara l-età tal-irtirar. Skont il-ftehim il-ġdid, l-akkademiċi se jitħallsu taħt żewġ għażliet, bl-ogħla ska- la (Għażla A) toffri ż-żidiet l-aktar sostanzjali. Sal-2029, is-salarji taħt Għażla A se jitilgħu għal: Professur: €95,206 fl-2024 li jitla' għal €111,000 sal-2029 Assistent Professur: €80,769 li jitla' għal €94,167 Lettur Anzjan: €66,062 li jitla' għal €77,021 Lettur: €57,002 li jitla' għal €66,459 Professuri jaqblu fuq proposta ta' paga ta' €111,000 fis-sena HUMA BISS 8% TAL-VOTANTI LI JAĦSBU LI L-PN SE JIRBAĦ, FILWAQT LI 52% JAĦSBU LI L-PL SE JIRBAĦ IR-RABA' MANDAT. 32% BISS JAĦSBU LI L-PN HU PPREPARAT BIEX JIGGVERNA.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 March 2026