Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544099
Bla dubju ta' xejn l-aħħar żewġ elezzjonijiet, dik ġenerali u dik tal-parlament Ewropew, urew fenomenu ġdid fl-elettorat Malti. Qed nitkellmu fuq il-massa ta' votanti ta' bejn sittin u sebgħin elf li għażlu li ma jivvutawx. Dawn se jkunu determinanti għar-rebbieħ jew inkella għat-tip ta' rebħa. S'issa s-sondaġġi qed juru li l-Labour se jirbaħ, il-vantaġġ numeriku tal-Labour huwa bejn 8,000 u 24,000 skont liema sondaġġ tagħti kas; dak tal-MaltaToday iktar konservattiv minn dak ta' Vincent Marmara. Xorta waħda hemm mistoqsija kbira x'se jagħmlu dawk il-votanti li ma jridux jivvutaw. Fuq din ħadd ma jaf fiċ-ċert. Biex nitkellmu fuq dawn il-votanti, irridu napprezzaw li l-La- bour u l-PN għandhom grupp ta' votanti leali immens u dawn dejjem jibqgħu determinati li jivvutaw għall-partit tagħhom. Imma mis-sondaġġi jidher li hemm aktar votanti Laburisti minn dawk li vvutaw fl-aħħar tliet elezzjonijiet li qed jgħidu li mhux se jivvutaw għall-Partit tagħhom. Aktarx meta jsaffar is-suffara Rob- ert Abela, dan in-numru jonqos bil-kbir. Min-naħa l-oħra Alex Borg irnexxielu jagħti tama lil dawk in-Nazzjonalisti li kien tilfu l-inter- ess fil-partit tagħhom u kienu jew għażlu li ma jivvutawx jew anke jivvutaw għal partit ieħor. Il-mewġa favur it-tielet partit jidher li mhux qiegħda hemm, għalkemm ċertament id-deċiżjoni li l-ADPD tingħaqad mal-Momen- tum tista' ttellef il-partiti l-kbar imma l-iktar il-PN. IKOMPLI F'PAĠNA 3 www.illum.com.mt NRU 1005 €1.50 IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2026 IKOMPLI F'PAĠNA 3 PAĠNI 6 - 7 Dewmien fil- premjijiet fil- Malta Racing Club Intervista ma' Alex Borg Tinsiex iddawwar l-arloġġ siegħa 'il quddiem JAELLE BORG Qed jiżdied it-tħassib dwar il-kundizzjoni tal-korsa taż-żwiemel fil-Marsa u d-dewmien fil-ħlas tal- premjijiet. Il-Membru Parlamenta- ri tal-Partit Nazzjonalista, Jerome Caruana Cilia esprima pubblikament id-diżappunt tiegħu wara li, skontu, bosta dilettanti kkuntattjawh biex jilmentaw dwar l-istat "ħażin" tal-korsa. Huwa qal li dawn in-nies, li għandhom passjoni kbira lejn dan l-isport, "ma jistgħux jimu għalfejn jiġu trattati b'dan il-mod", speċjal- ment fi żmien meta tkun qed issir waħda mill-aktar tiġrijiet prestiġjużi tas-sena. Rabja fuq il-qagħda tal-korsa tal-Marsa IL-GAZZETTA ILLUM TINVESTIGA L-PROFIL TAL-VOTANT U JIPPROVA JIFHEM X'SE JKUNU L-IKTAR ĦWEJJEĠ SALJENTI META JIĠI BIEX JIVVOTA GĦAL PARTIT JEW IEĦOR X'SE JFITTEX IL-MALTI FL- ELEZZJONI META JIVVOTA?
