Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544099
intervista IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2026 • illum 06 Fuq Xtra, Saviour Balzan jintervista lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg Bil-limitazzjonijiet tagħna qed jirnexxilna Intom lesti għall-elezzjoni? Iva, ilha dan l-aħħar ġimgħat tberren il-mistoqsija jekk hux ġejja l-elezzjoni ġenerali. Hawn election fever u kull min hu fil-politika diġà qed jaħdem għall-voti. Anke mill-istqarrijiet tal-Prim Ministru nnifsu … il-Ħadd semma l-manifest elettorali. Dan kollu jindika elezzjoni bikrija. Jien mill- kampanja għall-kap, minn dejjem kont naf li malli niġi elett nista' naffaċċja elezzjoni ġenerali. Jien ma nafx għalfejn kważi sena qabel jiskadi l-mandat ta' dal-gvern, għandu jkollna elezzjoni bikrija meta l-Prim Ministru qed jgħid li kellna l-aħjar baġit u l-aħjar ekonomija. Il-Prim Ministru qed jgħid li għandna dat-tajjeb kollu għaddej f 'pajjiżna, imma għandna kriżi internazzjonli. Il-PN se jkollu xi star candidates? Essaċċ ma naħdimx bi star candidates. Se jkun hemm kandidati ġodda u dawk b'aktar esperjenza. Ilna xhur naħdmu fuq dan. Hemm oħrajn li se nikkonfermawhom. Għandna grupp parlamentari li jien kburi bih u dawn, flimkien mal- kandidati ġodda, jiffurmaw tim b'saħħtu għal gvern alternattiv. Taqbel miegħi li t-tim tiegħek irid ikun kapaċi jiġġilidha mat-tim ta' Robert Abela … finanzi, ambjent … Ma taħsibx li għandkom naqra defiċit fejn jidħol dat-tim? Jien żgur u ċert li se jkollna tim b'saħħtu ħafna li kapaċi jkun fil-gvern. Ħa nkellmek fuq portofoll importanti ħafna, kruċjali, li kollox marbut miegħu. Ma rridx noqgħod ngħaddi ġudizzju fuq Clyde Caruana iżda l-perċezzjoni ta' Clyde Caruana hija tajba ħafna. Jagħti impressjoni tajba ħafna. Għandkom persuna idonea li tista' timplimenta l-viżjoni tagħkom għall- ekonomija? Illum għandna lil Adrian Delia, eks kap tal-partit, persuna li ġab lura l-isptarijiet għal pajjiżna, għandu kredibbiltà. Qed titkellem fuq il-kredibbiltà ta' Clyde Caruana, iżda kredibbli meta jfajjar in-numri bl-addoċċ? Meta ħriġt il-proposta tal-VAT ta' 7% għar-ristoranti, dal-ministru li tgħid jgħidu li għandu kredibbiltà, filli jgħid li din se tiswa €80 miljun, u lil MaltaToday qalilha li se tiswa' €140 miljun. Dan il- ministru tal-finanzi u dan jgħid li kollox costed, jgħid li dawn il-figuri huma fattwali għalkemm hemm diskrepanza ta' miljuni li ma jagħmlux sens. Lin-negozji tagħna jgħajjarhom ħallelin. Jien lin-negozji nimbuttahom irrid, intihom l-għodda biex jimxu 'l quddiem. Ngħidilhom kif naqtgħalhom il-burokrazija, kif jaħdmu aktar, kif iħaddmu aktar nies, kif intihom aktar liġijiet li bihom jimxu aktar 'il quddiem. Il- kredibbiltà ġġibha minn ministru tal-finanzi li ġabna fis-sitwazzjoni tal-lum? Tinsiex li Clyde Caruana fl-2013 kien imexxi l-Jobsplus. Dakinhar Joseph Muscat għażlu biex it-tkabbir ekonomiku ta' pajjiżna jkun ibbażat fuq l-importazzjoni tal-barranin. Issa kull pajjiż li jiżviluppa jġib ċertu ammont ta' barranin. Iżda din l-isplużjoni tal-popolazzjoni saret f 'perjodu qasir aktar milli kellha tkun, u fl-istess waqt ma kienx hemm l-investiment neċessarju fl-infrastuttura biex tlaħħaq mal- popolazzjoni. Għandna popolazzjoni li żdiedet b'mod kostanti. Skont il-Eurostat, Malta huwa wieħed mill-aktar pajjiżi li splodietlu l-popolazzjoni mill-2013 sal-lum, imma xorta waħda Clyde Caruana qed jgħid li l-popolazzjoni trid tilħaq 800,000. Kif se tlaħħaq l-infrastuttura? L-isptar se jlaħħaq? It-toroq? Se nibqgħu b'Università li mhux qed ninvestu fiha? It-track record irid jurik li għandek kredibbiltà. Taqbel li int trid tgħaddi l-messaġġ li bħala Alex Borg trid iżżomm l-affarijiet it- tajbin u tneħħi l-ħżiena? Dik dejjem għedtha. Meta riedu jżidu l-istipendji, mhux ovvja? Meta qed nitkellmu healthcare b'xejn mhux ovvja li rrid inżomm is-servizzi tas-saħħa b'xejn? Il-gvern issa qed jitkellem dwar il-Grand Harbour Regeneration Plan, imma qatt ma ssir. Issa jekk inkun fil-gvern, ovvja li trid issir. Ħziena hemm l-isparpaljar tal-fondi pubbliċi. Jien kieku ma kontx nonfoq €4.5 miljun għal Vision 2050. Mort għall-Vision 2050, kien spettaklu mill-isbaħ, iżda jien mort hemm mhux biex nara show, jien mort biex nara xi proposti se jtina, x'viżjoni se jtina. Meta tara Vizjoni 2050, tinduna li m'hemm xejn. Fuq trasport tal-massa m'hemm xejn. Ftit tas- snin ilu, għamlu festa quddiem it-Tritoni li ġejja l-Metro, għedt li se mmur naqta' biljett ħa nużaha l-Metro tant kien kollox issettjat. Fil-Vision 2050 fil-line item hemm TBA, to be announced. Int xi tbiddel minn dak li sar ħażin? Jien ma rridx li jiġri bħall-Eks Ministru Roderick Galdes li jibdew ifaqqsulu l-appartamenti. Ir-riforma nagħmilha li l-PM, il-mara tiegħu, il-ministri u s-segretarji parlamentari u l-irġiel u n-nisa tagħhom iridu jiddikjaraw l-assi tagħhom biex il-poplu jkun jaf. Dwar il-popolazzjoni x'se tagħmel biex tirregolaha? Apparti l-labour market study li jindikalek is-sitwazzjoni fejn hi u kif nirranġaw is-sistema, imbagħad irid isir l-investiment fl-infrastruttura. Jien iffirmajt kważi kuntratt li mill-ewwel jibda x-xogħol, mhux l-istudji. L-istudji kollha lesti. Fl-ewwel ħames snin l-akbar linja fil-Mass Transport System tkun lesta u tiffunzjona. Jien determinat li nimxi b'dan bil- proġett. Xi ħadd se jfakkarhielek din. Kull wegħda fil-kampanja tal- kap jien wettaqtha. Int determinat li tirbaħ l-elezzjoni. A day in politics is a long day però. Ħa nuri sondaġġ wieħed. Hemm sondaġġi oħrajn li qed juru figuri differenti. L-aħħar sondaġġ li sar bejn il-partiti juri d-differenza bejn PL u PN: 48% u 45%. Margin of error 4%. Il-punt huwa li dan mhux sondaġġ wieħed iżda xejra fuq medda ta' żmien. Il-PL dejjem jidher f'vantaġġ ta' madwar 7,000 u 10,000 vot. Jibqa' l-fatt li hemm numru kbir ta' nies – 60,000, 70,000 – illi ma jridux jivvutaw. Fl-aħħar elezzjoni dawn ma marrux jivvotaw. Metaforikament, mhux lill- Kattoliċi trid tikkonvinċi, iżda lill-protestanti – dawk li mhux konvinti. Il-messaġġ tiegħek x'se jkun lil dawn in-nies? Jien konxju li hemm ħafna nies li llum il-ġurnata jagħżlu li ma jivvutawx. Ovvjament l-istħarriġ huwa ritratt tal-mument. Itik indikazzjoni. It-trends juru iżda li d-distakk naqas minn 40,000 għal dan l-ammont. Issa jekk hux 7,000, 10,000, 20,000, xorta ma jfissirx li wasalna. Il-PN huwa l-underdog. Issa mhux biex nuża l-kelma underdog bħal Joseph Muscat, fattwalment l-underdog. M'għandniex it-TVM li aktar jirriklama l-gvern milli l-oppożizzjoni. Aħna għandna n-NET imma m'għandhiex il- Saviour Balzan ma' Alex Borg

