MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544099

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

illum • IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2026 07 intervista jirnexxilna nagħmlu inroads – Alex Borg budget tal-gvern. M'għandniex il-Project Green li jagħmlu r-riklami lill-gvern. Aħna bil-limitazzjonijiet tagħna qed jirnexxilna nagħmlu inroads. Rigward is-sondaġġ dwar il-fiduċja fil-mexxejja. Robert Abela 44.1% u Alex Borg 37.7%. Robert Abela żamm ċertu livell ta' fiduċja. Issa int imqabbel ma' kapijiet tal-PN għamilt avvanz mhux ħażin. Iżda xorta waħda hawn dil- perċezzjoni, imma x'jgħidu l-focus groups, jgħidu ara dak għandu l-esperjenza u dak m'għandux. Jgħidulek int m'għandekx l-esperjenza politika u qatt ma kellek rwol fil-gvern ministerjali. X'tirrispondihom? Il-kejl ta' jekk intix politiku tajjeb mhux biss l-esperjenza, iżda l-enerġija li tkun għadek żagħżugħ, li lest titgħallem, li tkun flessibbli u taħdem bla qatigħ. Jien mill-ewwel ġurnata minn dejjem kont barra man-nies, niġri minn post għall-ieħor biex inkompli nikkonvinċi lin-nies. Ħafna jiddubitaw liż-żgħażagħ iżda ż-żgħażagħ kapaċi jimu lin-nies u jadattaw. Fis-sondaġġ ta' perċezzjoni, mhux ta' kif se jivvotaw iżda x'jaħsbu. 51.9% jaħsbu li l-PL se jirbaħ l-elezzjoni, 8% jaħsbu li l-PL se jirbaħha, u 40.1% ma jafux. Naħseb din hi l-akbar problema, li qed jgħidu li ma jaħsbux li se jirbaħ it-tiġrija. X'tgħidilhom lil dawn in-nies? Il-perċezzjoni tista' tkun mod u l-fatti mod ieħor. Jien se nimxi ma' dak li jgħiduli n-nies fil-kwiet. Li nisma' min-Nazzjonalisti li forsi fil-passat il-partit weġġagħhom. Li nisma' mingħand Laburisti ġenwini soċjalisti li llum m'għadhomx jagħrfu lill-PL. M'għadhomx jagħrfu kif PM jgħid li George Abela kien żball li laħħquh President. Ma jistgħux jimu kif persuna li kien fil-PL l-Imħallef Wenzu Mintoff, jgħid fi stqarrija ġuramentata l-akkużi kontra l-PM. U l-PM kważi kważi jarmih. Il-PM jarmi n-nies. Sa dalgħodu stess niltaqa' ma' Laburist jidher li ġenwin u jgħidli tibagħtilhom u ma jisimgħukx ma jagħtukx widen. Dik hija r-realtà li hemm hemm barra. Jgħaddi minnha kull partit iżda gvern li jkun ilu tliet leġiżlaturi hemm jibda jħoss l-għeja. Jien hemm għall-Maltin u l-Għawdxin kollha. Ir-riforma tal-ippjanar … Hemm sentiment qawwi favur l-ambjent. Aħna pajjiż żgħir. Il-PN lil hinn milli jgħid li hemm bżonn ikollna riforma ħolistika, x'tip ta' direzzjoni tagħti int? Id-differenza bejn PL u PN, semmejt ir-riforma li pprova jgħaddi l-gvern is-sajf li għadda nkiss inkiss, eżempju ċar ieħor li l-gvern għandu ħafna short- termism. Ir-riforma ħafna bombastiċità li se jdaħħalha u llum ma tisma' xejn. Tiakar meta aħna bħala Oppożizzjoni ppruvajna nressqu l-private members bill biex l-ambjent isir dritt kostituzzjonali? Dakinhar stess il-Ministru Miriam Dalli għamlet greenpaper? M'għamlet xejn. Meta l-PM qal li d-delizzji se jagħmilhom dritt kostituzzjonali? M'għamel xejn. Dejjem l-istess. Jagħmel żmien qasir jgħid l-affarijiet li se jattwa u mbagħad ma jagħmel xejn. Gvern Nazzjonalista mmexxi minni AB bħala PM, se nagħmlu riforma ħolistika għall-bżonnijiet sal-lum. Il-local plans ilhom ma jiġu reveduti mill-2006. Gvern Laburista fl-2016 qal li se jirriformahom imma ma rriformahomx. Kif se ssib bilanċ bejn dawk il-komunitajiet li qed iwerżqu għal aktar ħarsien ambjentali u kulturali, tal-widien, tal- irħula tagħhom u l-interess tal-industrija tal-bini? L-ewwel u qabel kollox il-local plan trid tirrispekkja l-identità ta' pajjiżna. Il-local plan trid issib il-bilanċ bejn l-ambjent u l-iżvilupp ta' pajjiżna. Mela l-ewwel ħaġa jien mhux se noqgħod kull ġimgħa noqgħod ngħid li se nagħmel national park f 'kull akkwata ta' pajjiżna biex noqgħod nagħmel naqra propaganda u PR. S'issa l-unika ċertifikat għal national park għall-gvern laburista huwa dak il- gravel li hemm Ta' Qali li ntefaq €300,000 fuqu. Dwar Manoel Island il-gvern ħallas il-flus biex iġibu lura, għadna ma rajniex x'se jiġri, il-White Rocks għadna ma rajniex x'se jiġri. San Salvatore, ma nafx kemm il-wieħed semma. Imma llum il-liġi tagħna lanqas turik x'inhu park nazzjonali. Jien lill-poplu niggarantilu x'inhu park nazzjonali, mhux naqra żrar Ta' Qali. Biex ma jkunx hemm abbuż jew indur magħha kif jaqbel lili. Il-local plans ikun hemm salvagwardji biex fejn ikun hemm bżonn ċertu żvilupp isir fejn le ma jsirx. Serħan il-moħħ irridu nagħtu. Meta tindirizza n-nies u għandek żewġ gruppi ta' nies, għandek massa ta' nies li jridu jgħixu fid-dar tagħhom u jimxu fil-wied. U għandek grupp ieħor ta' nies li għandhom l-interessi tagħhom … Il-bilanċ issibu għax il-local plan tiggarantilek liema areas ikunu open spaces u national parks, ikollok l-iskyline policy. Bilfors trid tagħmel skyline policy mhux tibda tibni t-torrijiet u lanqas ikollok skyline policy. Hekk nirriformaw mhux riforma li l-gvern ipprova jdaħħal hush hush fis-sajf. It-ton tad-diskors tiegħek, fejn ħaddieħor kien jitkellem ħafna fuq il-korruzzjoni, jew avvenimenti bħall-każ ta' Daphne, Vitals, imma t-ton tiegħek waqt kampanja kif se ssemmi l-korruzzjoni? Vera hija concern imma wrietna wkoll li mhux neċessarjament trebbħek elezzjoni. Kif se ssemmija imma xorta tidher li int pożittiv? Il-good governance hija importanti, u huwa dover bħala Oppożizzjoni li tara li l-affarijiet li qed jagħmel il-gvern iżomm in-line. Meta kien hemm xi skandlu dejjem rajna li nagħmlu pressjoni u titteħed azzjoni. Imma wkoll naraw li nkunu gvern alternattiv, li nuru lin- nies x'lesti noffru aħjar mill- gvern. Irridu nwasslu l-viżjoni tagħna. Imma fejn hemm bżonn insemmi l-korruzzjoni I'm not going to shy away. Jekk waqt il-kampanja jkun hemm xi skandlu ovvja nsemmih, imma l-prijorità hi li nuri lill-poplu kif se nkun gvern alternattiv aħjar, kif ikollna governanza tajba, kontabbiltà, imma wkoll viżjoni għal pajjiżna. Imma ma tantx tħobb issemmi n-nies. Nattakka personali qatt. Jien nattakka l-irwol mhux il-persuna. Jekk nattakka ministru mhux qed nattakka l-persuna tal-ministru iżda l-irwol tal-ministru li jkun qed jokkupa u jkun qed jaġixxi b'ċertu mod li mhux idoneu għal ministru. Nattakka l-irwol. Dwar il-kwistjoni tal-Prim Imħallef u l-Awditur Ġenerali ma kienx hemm ftehim. It- tort huwa ta' Alex Borg? It-timeline ċara, lanqas kien għadu sejjaħli fuq il-Prim Imħallef. Semmejt il-kwistjoni jien u bagħat għalija. Semmieli isem u għedtlu li ma jkunx hemm 2/3 fuq l-isem. Xorta mar fil-parlament. Hu tefa' ismijiet fil-beraħ. Jien ma imponejtx iżda ddiskutejt. Taf li ġimgħa oħra l-Awditur Ġenerali jispiċċa t-terminu tiegħi? Lanqas biss għadu sejjaħli biex niddiskutu l-Prim Ministru. Aħna reponsabbli, u vvutajna favur mozzjoni tal-gvern li għandha bzonn 2/3 biex sakemm isir ehim jibqa' fil-kariga. Imma l-PM lanqas biss bagħat għalija. Jien għandi r-rieda li niddiskuti iżda l-PM għadu ma sejjaħlix. Sezzjoni importanti tal- elettorat huma ż-żgħażagħ u ż-żgħażagħ jaħsbuha differenti minn kulħadd. Kif se tappella għal dawn iż-żgħażagħ li huma pjuttost liberali, ma jiddejqux jitkellmu fuq l-abort, fuq l-ewtanasja, ma jiddejqux jitkellmu kontra l-kaċċa. Ma jiddejqux jitkellmu kontra l-ispekulazzjoni tal-art. Huma nies progressivi di natura. Int kif se tappella għal dawn in-nies? Liberaliżmu, konservattiviżmu kollha labels. Jien inħares li Malta timxi 'l quddiem. Inħares kif nista' nappella għal dal-bniedem mingħajr ma niċħad il-viżjoni tiegħi, kif nista' nkun ta' spalla u nimxu 'l quddiem. Ma jfissirx li noħnoq id-diskussjoni, il- valuri hemm ikunu, u jekk ikun hemm ċerti affarijiet ma naqblux magħhom, ma jfissirx li ma nippruvawx insibu ċerti affarijiet inkomuni. Mhux jekk int kontrija nwarrbek, nara kif nista' naħdem miegħek biex nimxi 'l quddiem. Nerġa' nsaqsik ... kif qed tersaq lejhom dawn in-nies? X'se tgħidilhom? Jien nibni fuq it-tajjeb li hemm u nirranġa l-ħażin. Għan-negozju rrid level playing field, nagħtu opportunitajiet lil kulħadd. Namalgamaw l-edukazzjoni mal- ekonomija. Se nħabbar industrija ġdida li tamalgama l-edukazzjoni mal-industrija. Alex borg se għid kemm jiswew il-mizuri? Kollox costed, bit-timeline, feasibility studies. Xħin taqta' l-persons of trust, l-isparpaljar żgur se jkun hemm aktar riżorsi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 March 2026