MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 29 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544099

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 29 TA' MARZU 2026 • illum opinjoni Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għar-Riforma Kostituzzjonali, l-Identita' Nazzjonali u d-Djalogu Interkulturali CARM MIFSUD BONNICI B ħalissa m'hawnx dik il- ħeġġa u lanqas m'hemm xi raġuni vera sabiex wieħed imur lejn elezzjo- ni ġenerali. Dawn il-jiem iktar u iktar fejn il-maġġoranza tal-poplu huwa iktar lest li jħares lejn dak li jrid isegwi fit-tradizzjonijiet re- liġjużi tiegħu. Huwa ċar li nqabad dak il-process sabiex bih il-Gvern jipprova jsaħħan u jillikwida dak li ma jridx. Fil-verità m'hemm ebda sitwazzjoni daqshekk gravi li qiegħda tidher li twassal lil pajjiżna biex jgħaddi minn dan il-proċess demokratiku. Hemm forsi tliet konsiderazzjonijiet li wieħed jista' jaħseb dwarhom. Fuq naħa l-biża' ta' dak li se jiġi fl-effett tal-aħħar konflitti speċjalment fid-dawl tal-prezz taż-żejt u l-gass fejn biex wieħed iżid fl-inkwiet tiegħu qed naraw il-Prim Ministru jinsisti aktar minn qatt qabel li kollox se jibqa' kif inhu. Fuq l-oħra l-istampa li ttieħdet fl-aħħar sondaġġi fejn il-Partit Laburista qiegħed jidher aktar sod minn dak tal-Partit Nazzjonalista u l-kwistjoni hija kemm jew b'kemm. Inkella aktar sempliċement li aktar ma jgħaddu x-xhur aktar se jiħu għajnejhom u jimu li għall-ġid tad- demokrazija f 'pajjiżna għandhom jibdlu l-partit fil-Gvern. Fil-verità mhuwiex faċli li tiġġustifika għala sejjer għall- elezzjoni wara erba' snin u ma tkomplix il-leġiżlatura sħiħa aktar u aktar jekk il-poter titilfu jew tnaqqsu. Inċertezzi Tgħallimt f 'dawn is-sitt leġiżlaturi li ilni nservi fihom li l-voti mhumiex muniti tad- deheb fis-senduq politiku. Taħseb li se tirbaħ u minflok titlef jew li se tiġi elett u ma tiġix għax il-mazz ma jkun qatt verament f 'idejk. Anki jekk twettaq xi twettaq, jew tqassam kemm tqassam, il-poplu dawk jarahom diġà ġewwa u jħares lejn dak li jista' jkollu aktar. Tista' tippreżenta stampa tleqq fejn tiddikjara kemm mill- programm elettorali tiegħek suppost li għamilt imma l-poplu jħares lejn dak li ġej. Huwa f 'dan iktar evidenti li l-Partit Laburista wara tliet leġiżlaturi infila m'għadux bl-istess livell ta' ħeġġa jew dak l-"ispiratur" li kien. Forsi ninsabu maħkuma mill-propaganda tal-Gvern li trid tikkonvinċina anki jekk m'aħniex li kollox huwa sew u kollox sejjer fl-aqwa fruntieri. Fejn kulma jonqos huwa li kull ġurnata nixegħlu xemgħa sabiex ngħidu grazzi għax suppost li skont huma nfushom ħadd m'hawn tajjeb jew kapaċi daqshom. Ideat imwielda mill- poter assolut li qiegħed jiġi eżerċitat dak li jikkorompi l-qlub umani fil-ħsieb żbaljat li se jibqgħu hemm għall-eternità. Ċertezzi Li huwa evidenti 'l bogħod mill-bżar fl-għajnejn li qed naraw kontinwament huwa pajjiż li għandu bżonn sena oħra sabiex imur lejn elezzjoni ġenerali. Nagħrfu li hemm proġetti nazzjonali li huma għaddejjin li mhumiex se jkunu lesti fis-sitt ġimgħat li ġejjin. Mhux biss imma huwa iktar ta' inkwiet li l-pajjiż sab ruħu fil-pożizzjoni fejn fil- falliment politiku li seħħ għażilna li jkollna l-istess Prim Imħallef u Awditur Ġenerali. Il-verità hija li dan huwa piż ta' responsabbiltà fuq il-Prim Ministru. Kellu u jibqagħlu l-poter li jindika persuna jew persuni li fihom wieħed jista' jsib qbil. Fejn l-impożizzjoni m'għandhiex tkun l-ordni tal- ġurnata. Inkella aktar kif niakru dawk li meta konna żgħar, jekk ma jirbħux jieħdu ħsieb ikissru t-tazza. Dawn il-bnedmin normali jarawhom. Hemm min iwaħħal fiż-żewġ mexxejja li għandhom ir-responsabbiltà rispettiva tagħhom. Imma fil-verità hemm iċ- ċertezza ta' diversi li qed jaraw li l-Gvern naqas sew kif s'issa wettaq dmirijietu u m'hemmx bżonn ta' anti-deadlock. Hemm bżonn biss l-użu tar-raġuni. Ma naħsibx F'dan huwa iktar evidenti li dawk li ma kinux qed jivvutaw se jkomplu ma jivvutawx. M'hemm ebda raġuni biex tibdlilhom fehmithom. M'hemm ebda raġuni impellenti u se jħallu l-affarijiet għaddejja mingħajr il-kunsens tagħhom. Il-poplu fil-maġġorparti tiegħu mhuwiex ispirat propju sabiex joħroġ u jivvota bnedmin li jħoss li huma kapaċi fil-linja politika li jara li huwa denju. Fil-verità hemm talba qawwija għall-persuni li jġibu ruħhom kif wieħed jistenna minn dawk fil-politiku li jkun fis-servizz tal-pajjiż li jaġixxu. Apparti dawk li jridu jżommu l-Gvern u dawk fuq in-naħa l-oħra li jridu jibdluh. Il-kurrent tradizzjonalment identifikat mal-floaters mhuwiex jiċċaqlaq. Jissaħħan Il-qatran dak l-għelk iswed niakru drabi oħra jissaħħan biex kien jista' jiġi użat fit- tajjeb u neċessità li jassigura u li diversi djar għad għandhom fil-pedamenti tagħhom. Il-Gvern jaf li dan ilu wieqaf solidu u mhux użat. Issa qiegħed jipprova jqabbad in-nar sabiex isib użu minnu. Imma jagħraf li mhuwiex faċli. Il-mexxejja jistgħu jitilqu jiġru imma kif jiġri jdumu biex iduru biex jaraw min u jekk għandhom warajhom bnedmin isegwuhom. Minn dak li qiegħed jidher, il-partit fil-Gvern m'għadx għandu l-istess faċilità li kellu qabel biex isib min ixammar idu. Dak li seħħ tul din il-leġiżlatura anzi qata' qalb ħafna sabiex jidħlu fil-kamp politiku u dawk li hemm qed jimu li aħjar jinżlu minn abbord milli jibqgħu jiġu użati u mwarrba fil-ġenb inkella parti minn dak li ma jridux. Il-politika tilfet f 'dan ħafna mill-umanità tagħha. Saret wisq waħda mingħajr ruħ li qed iddejjaq lil dawk ta' barra u dawk ta' ġewwa. Jista' F'dan il-Gvern jista' b'xi mod jirnexxilu imma l-istorja se tkun ferm differenti għalih wara. L-għaġla li dieħel biha mhix proprju dik li wieħed jistenna u jippretendi. Imma dik fiha nnifisha speċjalment fil-politika ħsara twettaq. Il-poter jibqa' dak li huwa perikoluż u velenuż dejjem jekk mhuwiex użat kif għandu jkun. Il-pajjiż m'għandux burdata għall-elezzjoni ġenerali u dan se jidher aktar f 'dak li ġej għalina. Jibqgħalna li nistennew u naraw. Fl-għarfien li kollox jiddependi jekk il-qatran jisħonx jew inkella jibqax li huwa wieqaf jistenna żmien u mument aħjar mil-lum. Saħħan il-qatran Il-partiti ewlenin jidhru lesti għal elezzjoni bikrija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 29 March 2026