Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544873
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt B ħal f 'kull kampanja għal elez- zjoni ġenerali, il-proposti li l-iktar jattrattaw il-parti l-kbira tal-votanti huma dawk li jħal- lulhom iżjed flus fil-but. Il-partiti kollha jafuha din, l-iktar iż-żewġ partiti l-kbar, u t-tnejn li huma qed jagħmlu minn kollox biex in-nies jitkellmu fuq il-proposti tagħhom biss. Il-Labour rajnieh joffri super bonus ta' €1,000 fis-sena għal kull impjegat full-time, żidiet fl-allowance tat-tfal u fl-in-work benefit għal kull tifel jew tifla. Ippropona żieda oħra ta' 15% fl-isti- pendju tal-istudenti, €1,000 għal studenti li jmorru fuq Erasmus jew skambji oħra barra minn Malta, appoġġ finanzjarju ikbar għall-pazjenti li jkollhom bżonn kura barra minn Malta, servizz ta' gym għal persuni li jbatu b'kundizzjonijiet bħal Parkinson's, lezzjonijiet tal-għawm b'xejn għal tfal bejn it-tlieta u l-ħames snin, żieda fir-rifużjoni tat-taxxa għal ġenituri li jħallsu għal attivi- tajiet ekstrakurrikulari għat-tfal tagħhom, żieda ta' €50 fil-ġimgħa fil-pensjonijiet, inkluż il-COLA, taxxa ta' 25% minflok 35% għal kumpaniji b'fatturat ta' inqas minn €1 miljun fis-sena, vjaġġi bla ħlas bil-Gozo Channel għar-residenti kollha ta' Malta u Għawdex, u iktar u iktar u iktar. U ejja ma ninsewx, li l-Labour wiegħed ukoll €5,000 għal kull tarbija. Il-Partit Nazzjonalista ukoll jaf kif jilgħabha dil-logħba. Wiegħed li jraħħas il-kontijiet tal-en- erġija bi 30%, ħabbar riforma fit-tax bands sabiex jitnaqqsu t-taxxi għal persuni waħedhom, koppji miżżewġin, familji u ġenituri, ippropona li l-COLA ma tibqax tiġi ntaxxata, eżenzjoni mit-taxxa fuq l-ew- wel €10,000 ta' dħul minn xogħol part-time jew sahra, inċentivi għal familji li jospitaw studenti barranin, Skills Wallet ta' €1,000 għal kull ċittadin Malti minn 18-il sena 'l fuq, riforma fuq il-bolla tal-wirt u t-taxxa fuq id-donazzjonijiet, it-tneħħija tat-taxxa u l-bolla fuq trasferimenti ta' proprjetà immobbli minn ġenituri għal uliedhom jew neputijiet permezz ta' donazzjoni, żieda fl-istipendji għall-istudenti li jagħżlu suġġetti relatati mas-saħħa biex jilħqu l-pa- ga minima nazzjonali ta' €994 fix-xahar, kif ukoll żieda ta' 25% fl-istipendji kollha, grants għal smartwatches għal żgħażagħ bejn il-15 u l-25 sena, vouchers għal gyms u faċilitajiet sportivi, €400 fix-xahar għal studenti Għawdxin li jistudjaw Malta, u iktar u iktar u iktar. Iż-żewġ partiti qed jikkompetu biex ikunu huma li joħorġu bil-proposti li l-iktar iħallu impatt, li l-iktar iqajmu diskussjoni u li l-iktar iħallu flus fil-but tan-nies. Iżda s'issa smajna it li xejn fuq l-amb- jent, it-traffiku, iż-żieda fil-popolazzjoni, it-turiżmu. L-ekonomija saret qisa futbol, bil-partiti jaħilfu li ħa jnaqqsu d-dejn u jeqirdu l-in- flazzjoni, mingħajr ma jgħidu kif. Dwar l-ippjanar u l-ambjent, il-kunsens huwa limitat għall-ħtieġa ta' aktar spazji ħodor. Ir-riforma strutturali għadha barra mid-diskussjoni. Abela ta x'jiem li jista' jirrevedi l-pjani lokali, iżda mingħajr garanziji li dan mhux se jkun immexxi mill-istess interessi wara r-riformi kontro- versjali tal-passat, inkluża l-lista tax-xewqat tal-iżviluppaturi ppreżentata lill-parlament is-sajf li għadda. Il-PN ukoll qed joqgħod attent biex ma jħawwadx is-sitwazzjoni, billi jinsisti fuq bilanċ li ilu jintilef bejn l-ambjent u l-iżvilupp. Kwistjonijiet bħad-dekriminalizzazzjoni tal-abort, id-drittijiet tan-nisa u l-inte- grazzjoni fit-tul tar-residenti barranin huma fil-biċċa l-kbira assenti mill-aġenda politika. Forsi għax dawn mhumiex impor- tanti biżżejjed biex jiggarantixxu l-vot ta' ħafna nies? Aħna nittamaw li kif deħlin fit-tielet ġimgħa tal-kampanja elettorali, il-proposti tal-partiti l-kbar jibdew jirriflettu wkoll impenn lejn il-futur tal-pajjiż. Il-partiti mhumiex injoranti. Imma, anke jekk il-votant kultant juri wisq rabta fanatika ma' partit jew ieħor, jibqa' l-fatt li mhuwiex ċuċ. Flus fil-but tal-votant importanti. Imma hemm bżonn iktar minn hekk biex partit, mhux biss jirbaħ il-qlub tan-nies, imma anke l-imħuħ. Flus fil-but, u ftit iktar

