MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 10 May 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544873

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

05 illum • IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2026 jużaw il-flus fil-but biex jirbħu l-voti se jibqgħu obbligati jużaw il-leave personali tagħhom biex jikkom- petu, skont proposta mħabbra mill-Prim Ministru Robert Abe- la waqt attività politika tal-PL f 'Santa Venera. Skont din il-miżura, il-leave sportiv għal atleti li jaħdmu fis-settur privat u li jagħmlu parti minn timijiet nazzjonali se jiżdied għal 10 ijiem meta jipparteċipaw f 'kompetizzjonijiet organizzati minn federazzjoniji- et Ewropej jew dinjija. Il-miżura se tapplika wkoll għall-membri tat-timijiet tekniċi u mediċi li jakkump- anjaw lill-atleti, bil- leave jiġi ffinanzjat mill-gvern. Il-wegħdiet tal- Partit Nazzjonalista Il-Partit Nazzjonal- ista wiegħed li jraħħas il-kontijiet tal-enerġija għall-familji billi jneħħi t-tieni medda ta' tariffa residenzjali u jagħmel il-kiri tal-meter tad- dawl b'xejn għal kulħadd. Il-Kap tal-PN Alex Borg qal li dawn il-miżuri mistennija jiswew lill- Gvern madwar €30 miljun. Borg enfasizza li l-partit għandu pjan ċar biex inaqqas il-prezzijiet tal-elettriku, miżura li qal se tidħol fis-seħħ mill-ew- wel baġit ta' gvern ġdid Nazz- jonalista. Huwa spjega li l-għan huwa li mill-1 ta' Jannar 2027 il-familji jibdew iħossu dan it-tnaqqis fil-kontijiet tagħhom. Bħala parti minn riforma komprensiva fis-sistema tat- taxxa personali, il-PN ħabbar riforma fit-tax bands sabiex jitnaqqsu t-taxxi għal persuni waħedhom, koppji miżżewġin, familji u ġenituri. Il-PN qed jipproponi wkoll li l-COLA ma tibqax tiġi intaxx- ata, billi kull tax band tiżdied kull sena bl-istess ammont tal-COLA. Fost il-miżuri mħabbra kien hemm ukoll eżenzjoni mit- taxxa fuq l-ewwel €10,000 ta' dħul minn xogħol part-time jew sahra. Borg ħabbar ukoll inċentivi għal familji li jospitaw studenti barranin, fejn id-dħul minn dan ix-xogħol ikun kompletament ħieles mit-taxxa. Jekk wieħed mill-ġenituri jieqaf jaħdem biex jieħu ħsieb id-dar u l-istudenti, jingħata krediti tal-Assigurazz- joni Nazzjonali għal sa massimu ta' tliet snin. Il-PN wiegħed ukoll Skills Wallet ta' €1,000 għal kull ċittadin Malti minn 18-il sena 'l fuq, li jingħata kull tliet snin sal-età tal-irtirar biex jintuża għal taħriġ u korsijiet relatati max-xogħol. Ħabbar ukoll riforma fuq il-bolla tal-wirt u t-taxxa fuq id-donazzjonijiet, biex kull tras- feriment ta' proprjetà immobbli b'titlu ta' wirt ma jibqax suġġett għall-ħlas tal-bolla, mingħajr limitu fuq il-valur tal-proprjetà. Il-PN qed jipproponi wkoll li jitneħħew it-taxxa u l-bolla fuq trasferiment ta' negozji tal-familja li jgħaddu b'wirt, kemm jekk dawn jinvolvu ish- ma f 'kumpaniji jew proprjetà kummerċjali. Miżura oħra tinkludi t-tneħħija tat-taxxa u l-bolla fuq trasferi- menti ta' proprjetà immobbli minn ġenituri għal ulied- hom jew neputi- jiet permezz ta' donazzjoni. Skont il-PN, din l-eżenzjo- ni għandha tapplika għal kull tip ta' propr- jetà immobbli. Borg qal li gvern tiegħu jintroduċi inċenti- vi fiskali għal speċ- jalisti Maltin li jaħdmu barra minn Malta, inkluż eżenzjoni mit-taxxa għal ħames snin biex jitħeġġeġ ir-ritorn tagħhom. Fuq is-settur tas-saħħa, il-PN ħabbar sensiela ta' proposti ġodda, fosthom żieda fl-isti- pendji għall-istudenti li jagħżlu suġġetti relatati mas-saħħa biex jilħqu l-paga minima nazzjonali ta' €994 fix-xahar, kif ukoll żie- da ta' 25% fl-istipendji kollha. Huwa qal li, sakemm jiżdied in-numru ta' żgħażagħ Maltin u Għawdxin li jidħlu fis-set- tur tas-saħħa, gvern immexxi minnu jneħħi l-ispejjeż kollha relatati ma' permessi ta' xog- ħol għal ħaddiema barranin, biex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed ħaddiema, partikolar- ment fid-dawl tal-pjanijiet għal sptarijiet ġodda. Il-PN qed iwiegħed screening regolari tas-saħħa kemm fiżika kif ukoll mentali biex jinstabu problemi kmieni u titjieb il-pre- venzjoni. Borg tenna wkoll li l-mediċini kollha relatati mal-kanċer jingħataw b'xejn. Il-PN qed jipproponi li d-dħul minn part-time jew overtime sa €10,000 ma jkunx intaxxat. Dan biex jinkoraġġixxi aktar xogħol u jżid id-dħul nett tal-ħaddiema. Gew imħabbra wkoll miżuri preventivi permezz fl-isport, fosthom grants għal smart- watches għal żgħażagħ bejn il-15 u l-25 sena, kif ukoll vouchers għal gyms u faċilitajiet sportivi. Il-PN wiegħed li studenti Għawdxin li jistudjaw Malta jingħataw għajnuna ta' €400 fix-xahar biex jgħinu fl-ispejjeż tal-kera u l-għejxien.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 10 May 2026