MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 10 May 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544873

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

"Nifhem aktar minn qatt qabel kemm għandna dmir li nipproteġu dak li bnejna flimkien bħala pajjiż." W aqt li qed nikteb dan l-artiklu f 'nofsille- jl, sagħtejn wara li wasalt id-dar wara ġurnata twila ta' kampanja, bi tlett itfal reqdin fis-skiet ta' darna, insib ruħi bl-istess mistoqsija tberren f 'moħħi: għaliex għażilt il-politika? Għaliex għażilt li nkun kandidata għall-elezzjo- ni? U għaliex għażilt il-Partit Laburista? It-tweġiba dejjem insibha meta nħares lejn uliedi reqdin fis-ski- et trankwill tal-lejl. Meta nara s-serħan li għandhom. Meta nara kemm huma xxurtjati li twieldu u qed jikbru f 'Malta. Ċertament li bħala avukat u professjonista stajt għażilt ħajja aktar komda. Stajt iffokajt biss fuq il-professjoni tiegħi, b'inqas pressjoni, aktar ħin mal-familja u inqas piżijiet. U iva, hemm ġranet fejn inħoss il-piż ta' kemm qed nitlef mumenti ma' wliedi minħabba l-ħajja politika. Speċ- jalment f 'dawn il-ġimgħat intensi ta' kampanja elettorali, fejn ħafna drabi nasal id-dar u nsibhom diġà reqdin. Imma mbagħad niakar kemm illum anke l-aktar affarijiet sem- pliċi ma jistgħux jittieħdu għal għarrieda. Li jkollok saqaf fuq rasek. Li jkollok xogħol stabbli. Li wliedek ikollhom edukazzjoni tajba. Li tkun tista' timxi fit-triq b'serħan il-moħħ. Li ma tqumx billejl bil- ħoss ta' splużjonijiet jew missili. Dawn huma affarijiet li għalina jidhru normali, iżda għal miljuni ta' familji madwar id-dinja llum huma lussu. U għalhekk niem aktar minn qatt qabel kemm għandna dmir li nipproteġu dak li bnejna flimkien bħala pajjiż. Il-politika ġriet warajja aktar milli ġrejt jien warajha. Meta kont għadni kemm wellidt it-tewmin, kont għaddejja minn wieħed mill-isbaħ iżda wkoll l-aktar żminijiet diffiċli ta' ħajti. Kont qed nipprova nlaħħaq bejn il-familja u l-professjoni fi żminijiet meta kienet għadha kemm tfaqqa' l-COVID. Kelli ħafna dubji jekk nistax nagħti aktar milli kont diġà qed nagħti. Robert Abela dakinhar em- men fija aktar milli emmint fija nnifsi u tliet xhur wara li twieldu t-tewmin talabni biex nikkontesta għall-kariga ta' President tal-Par- tit Laburista. Domt erba' snin f 'din il-kariga u ngħożż il-mumenti li qatta- jt fit-tmexxija tal-Partit. Meta ddeċidejt li ma nerġax nikkontes- ta għal din il-kariga, kelli f 'moħħi li nħalli l-bieb imbexxaq li nkun kandidata għall-elezzjoni ġenerali u biex għalhekk nieħu pass lura mill-Amministrazzjoni, sabiex ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta' interess. Tliet xhur wara din id-deċiżjo- ni reġa' kellimni l-Prim Ministru u din id-darba talabni biex inkun coopted fil-Parlament. Kelli ħafna ħsibijiet jekk kontx lesta għal din il-kariga. Għedt iva, wara li rċevejt messaġġ mingħand mara li qaltli li kienet tqila ta' ħames xhur grazzi għal-liġijiet tal-IVF li kont ħdimt fuqhom bħala parti mill-ħidma fuq il-manifest elet- torali tal-Partit Laburista, bħala President. Qrajt il-messaġġ u waqa. Dak il-ħin imt x'inhi vera- ment il-politika. Mhijiex dwar id-diskorsi. Mhijiex dwar il-poter. Mhijiex dwar il-popolarità. Hija dwar il-ħajja tan-nies u kemm tista' tbiddel il-ħajja tan-nies. Jekk minn rwol amministrattiv fil-partit stajt inkun parti minn bidla li wasslet biex koppja jkoll- ha tarbija, jekk stajt inkun parti minn tama ġdida għall-familji, kif stajt nirriuta opportunità li nagħmel aktar fil-Parlament fejn jinħolqu u jgħaddu l-liġijiet? U proprju hemmhekk ikkon- fermajt għaliex għażilt il-Partit Laburista. Għax nemmen f 'politika li tara lill-bniedem qabel kollox. Politika li tiem ir-realtà tal-familji. Politika li mhux biss titkellem dwar il-progress ekonomiku, iżda tassigura li dak il-ġid jasal għand kulħadd. Rajna dan fil-miżuri li tħabbru f 'dawn il-jiem. Miżuri li jolqtu direttament il-ħajja tan-nies. L-estensjoni tal-maternity leave għal 26 ġimgħa. Koppji li għaddew minn separazzjoni jew divorzju se jerġgħu jitqiesu bħala first-time buyers biex ikunu jistgħu jerġgħu jibdew ħajjithom b'dinjità. Anzjani li jiddeċiedu jbigħu d-dar tagħhom biex jgħixu f 'post iżgħar mhux se jibqgħu penalizzati bil-boll, iżda wkoll se jibbenefikaw mill-iskema tal- first-time buyers. Rajna wkoll aktar investiment fil-familji u t-tfal, inkluż żieda fir-rifużjoni tat-taxxa għal attiv- itajiet ekstrakurrikulari li issa se jilħaq l-€400 fis-sena biex aktar ġenituri jkunu jistgħu jibagħtu lil uliedhom għall-isport, l-arti u l-kultura. Ir-rifużjoni se tkun estiża wkoll għal akkademji tal-futbol u attiv- itajiet sportivi ġodda bħal hybrid training, biex aktar tfal ikollhom opportunità jipparteċipaw f 'attiv- itajiet li jgħinuhom jikbru b'mod aktar b'saħħtu u bilanċjat. Bħala omm, naf kemm dawn l-attivitajiet huma importan- ti għat-tfal tagħna. Mhux biss għall-edukazzjoni tagħhom, iżda għall-kunfidenza, id-dixxiplina u s-saħħa mentali tagħhom. Rajna wkoll miżuri ġodda fis-saħħa mentali għall-istudenti fl-MCAST, il-Junior College u l-Università, biex żgħażagħ li qed ibatu b'ansjetà, stress jew dipress- joni jkollhom appoġġ professjon- ali aktar viċin tagħhom. Bħala pajjiż se nkunu qed ninvestu aktar ukoll fil-kultura permezz tal-Culture Pass u Arts Pass ġdid għal żgħażagħ bejn it-18 u l-21 sena, li se jingħataw kreditu ta' €200 fis-sena biex jattendu kunċerti, teatru, films u attivitajiet kulturali oħra. Rajna wkoll miżuri favur in-ne- gozji tal-familja, li huma s-sinsla tal-ekonomija Maltija. Dan huwa l-Gvern li nemmen fih. Gvern li jiem il-ħajja reali tan-nies. U f 'mument internazzjonali diffiċli bħal dak li qed ngħixu fih, nemmen aktar minn qatt qabel li Malta għandha bżonn tmexxija b'serħan il-moħħ, b'esperjenza u bi kredibilità. Dan mhux żmien ta' esperimenti jew ta' nies li għadhom qed jitgħallmu jmexxu. Dan huwa żmien fejn il-pop- lu għandu bżonn jafda lil min għandu l-esperjenza biex jieħu deċiżjonijiet diffiċli. Rajna kif Gvern Laburista żamm il-kontijiet tad-dawl u l-ilma stabbli minkejja l-kriżi internazzjonali tal-enerġija. Rajna investiment biex il-prov- vista tal-enerġija tibqa' sigura u affidabbli. Rajna ekonomija li kompliet toħloq ix-xogħol u tipproteġi lill-familji. Jiena qiegħda fil-politika għax nemmen li Malta għandha tibqa' miexja fid-direzzjoni t-tajba. Nemmen f 'politika b'qalb. Poli- tika li tagħti tama. Politika li ma tilgħabx bil-futur tan-nies. U fuq kollox, politika li taħdem biex uliedna jibqgħu jgħixu f 'Malta sigura, stabbli u mimlija opportunitajiet. Għaliex għażilt li nkun kandidata għall-elezzjoni Anzjani li jiddeċiedu jbigħu d-dar tagħhom biex jgħixu f 'post iżgħar mhux se jibqgħu penalizzati bil-boll Membru Parlamentari tal-Partit Laburista RAMONA ATTARD 10 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2026 • illum opinjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 10 May 2026