MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 MAY 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545060

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

www.illum.com.mt NRU 2413 €1.50 IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2026 IKOMPLI F'PAĠNA 3 Intervisti mal-kandidati tal-partit Laburista, l-partit Nazzjonalista u l-Momentum Voti mhux miġbura indikazzjoni tal-burdata elettorali HEMM 356,832 VOTANT ELIĠIBBLI Protesta kontra l-iżvilupp propost f 'Pembroke Għajnejn il-partiti ewlenin qegħdin iffukati lejn in-numru ta' votanti mhux miġbura f 'kull distrett. Skont l-aħħar numri proviżorji, l-iktar distrett fejn ma nġabrux voti huwa dak tat-12-il distrett b'16.8% jew 4,435 vot. L-iktar distrett fejn inġabru voti kien infatti r-raba' distrett. F'termini ta' distretti li fihom ma nġabrux voti, fuq quddiem insibu t-13-il distrett li fih ma nġabrux 4,441 vot. Isegwu mbagħad hemm l-10 distrett bi 3,578 vot, id-9 distrett b'2,800 vot, u l-1 distrett b'2,757 vot. Minn 356,832 vot irreġistrat, 322,523 vot inġabru u 34,309 ma nġabrux. Jidher minn dawn in-numri li l-iktar distretti magħrufin bħala for- tizzi Laburisti huma l-inqas bi prob- lemi ta' ġbir u dawk li huma magħru- fin bħala fortizzi Nazzjonalisti huma bl-ikbar problemi ta' ġbir ta' voti. Il-partiti jkunu jafu min ma jkunx ġabar il-vot jew le, u jkollhom ħjiel kif ivvutaw. Hekk kif ikunu jafu min baqa' ma ġabarx il-vot ikollhom idea ta' ċer- ti tendenzi jew direzzjonijiet ġenerali. Il-mistoqsijiet kurjużi: Iktar Laburisti ġabru l-vot jew inqas Nazzjonalisti? U viċiversa. U skont din l-informazzjo- ni jibdew l-ewwel indikazzjonijiet li huma ferm aktar determinanti mis- sondaġġi u l-analiżijiet kollha. Fl-elezzjoni tal-2022 kien hemm 355,075 votant irreġistrat. Issa għal din l-elezzjoni hemm 356,832. Żieda żgħira kważi insinifikanti. Mit- 355,075 votant, ivvutaw 304,050 jew 85.6% u kien hemm 8,802 vot inval- idu jew 2.9%. Sondaġġi diversi tat-Times, ta' Marmara u tal-MaltaToday qed jgħidu li t-turnout ikun 86, 80 u 77 fil-mija rispettivament. Wieħed irid jara liema l-iktar figura hi reali. Inkunu naf nhar il-Ħadd għall-ħabta tan-12:30. U wieħed irid jara min ħa jitlef l-iktar jekk it-turnout ikun baxx. Fl-aħħar elezzjoni ivvutaw 162,000 votant Laburist, 8,000 inqas mill-elez- zjoni tal-2017 u 123,000 votant Nazz- jonalist, 17,000 votant inqas mill-2017. It-tliet sondaġġi qed jagħtu l-Labour vantaġġ ta' 30k, 29k u 17K. Imma osservaturi politiċi qed ibassru li jista' jkun hemm is-sorpriżi! Attivisti u residenti staqsew għaliex il-partiti l-kbar qegħdin jappoġġjaw it-trasferiment massiv ta' art pubblika sabiex jakkomodaw kumpless sportiv kummerċjali meta qabel kienu rrevokaw il-pjanijiet għall-bini ta' skola fuq l-istess sit. Fi Frar li għadda, il-gvern ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jgħaddi l-biċċa art f 'Pembroke lil Valletta FC sabiex jiżviluppa faċilitajiet sportivi. L-art f 'Pembroke bħalissa hija ddisinja- ta fil-pjan lokali għall-iżvilupp ta' uffiċċji u residenzi privati u hija stmata li għandha valur tas-suq ta' bejn €75 miljun u €100 miljun. Il-Partit Nazzjonalista wkoll appoġġja t-trasferiment tal-art. Iżda b'mod interessanti, il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Albert Buttigieg kien fost dawk preżenti fil-protesta li saret is-Sibt filgħodu. Meta indirizza lir-residenti u dawk oħrajn preżenti nhar is-Sibt, l-attivist tal-Moviment Graffitti Andre Callus fakkar li s-sit darba kien maħsub għall-iżvilupp ta' skola, iżda wara pressjoni mill-komunità, il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista abbandunaw l-idea. Callus iċċara li l-attivisti mhumiex kontra li xi klabb tal-futbol ikollu l-faċilitajiet tiegħu stess, iżda insista li Pembroke diġà huwa mdawwar bi proġetti ta' żvilupp massiv, u ż-żona hija waħda mill-aħħar spazji miuħa li fadal. Andre Callus ilbieraħ f 'Pembroke L-attivisti ċċaraw li mhumiex kontra li xi klabb tal-futbol ikollu l-faċilitajiet tiegħu stess, iżda insistew li Pembroke diġà hija mdawra bi proġetti ta' żvilupp massiv, u ż-żona hija waħda mill- aħħar spazji miftuħa li fadal

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 MAY 2026