Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545060
03 illum • IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2026 BONELLO BERNICE K a n d i d a t a g ħ a l l - E l e z z j o n i Ġ e n e r a l i f u q i t - T i e n i u r - R a b a ' D i s t r e t t . 7966 3145 Dejjem QRIB TIEGĦEK... Il-PN jipproponi sistema ta' trasport rapidu tal-massa Il-PN jipproponi sistema ta' trasport rapidu tal-massa JAELLE BORG Il-Partit Nazzjonalista ppropona sistema ġdida ta' metrò kompletament taħt l-art li għandha tgħaqqad tmien lokalitajiet ewlenin madwar Malta permezz ta' linja ta' 11.5 kilometri bejn l-Ajruport u Pembroke, b'ferroviji jgħaddu kull seba' minuti u investiment stmat ta' €1.4 biljun għall- ewwel fażi tal-proġett. Il-proposta ġiet imħabbra minn Alex Borg waqt konfer- enza tal-aħbarijiet, fejn qal li Malta waslet f 'punt fejn aktar twessigħ tat-toroq mhux se jsolvi l-problema tat-traffiku, iżda biss iżid il-konġestjoni u l-pressjonijiet ambjenta- li. Skontu, il-pajjiż għandu bżonn sistema moderna ta' trasport li taħdem separatament mit-traffiku eżistenti u toffri alternattiva realistika għall-użu tal-karozzi privati. L-ewwel linja proposta se tgħaqqad l-Ajruport, Santa Venera, Ħal Qormi, iż-żona tal-Università, il-Gżira, Tas- Sliema, San Ġiljan u Pembroke. Skont il-pjan, il-ferroviji għand- hom joperaw bi frekwenza ta' tmien vjaġġi fis-siegħa taħt kundizzjonijiet normali. Il-proġett se jkun mibni permezz ta' Tunnel Boring Machines (TBMs), teknoloġija avvanzata li tippermetti li ħafna mix-xogħol isir taħt l-art min- għajr skavi kbar fil-wiċċ. Il-PN qal li dan għandu jgħin biex jitn- aqqas kemm jista' jkun it-tfixkil għar-residenti u għat-traffiku waqt il-kostruzzjoni, għalkemm ċerti żoni qrib l-istazzjonijiet u s-siti tax-xogħol xorta jistgħu jesperjenzaw inkonvenjent tem- poranju. Il-kandidat Adrian Delia qal li madwar 30% tal-finanzjament mistenni jiġi minn fondi tal-Un- joni Ewropea, filwaqt li mudelli oħra ta' finanzjament għadhom qed jiġu evalwati. Huwa spje- ga li bħalissa għaddejjin studji tekniċi, evalwazzjonijiet ambjen- tali u analiżi finanzjarja. "Il-pajjiż kollu qed jifga taħt l-iżvilupp" "Il-pajjiż kollu qed jifga taħt l-iżvilupp" Il-Partit Nazzjonalista jipproponi sistema ta' metrò taħt l-art b'investiment ta' biljuni ta' ewro biex jindirizza l-kriżi tat-traffiku, b'linja ewlenija li tgħaqqad tmien lokalitajiet ewlenin u li mistennija titlesta fi żmien ħames snin IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Il-proposta tal-metrò skond il-PN Il-protesta f 'Pembroke Huwa spjega li skont il-liġi- jiet tal-ippjanar attwali u dawk proposti, il-faċilitajiet sportivi jistgħu jinbidlu f 'ċentri kum- merċjali massivi. Callus innota n-nuqqas ta' kongruwenza bejn il-wegħdiet politiċi attwali sabiex jiżdiedu l-ispazji miuħa u l-qerda taż-żoni ħodor eżistenti. "Immaġina l-floodlights u l-grawnds tal-futbol imqiegħda eżatt hawn ħdejn ir-residenti. X'ġenn hu dan?" Callus indi- rizza liż-żewġ partiti ewlenin u qalilhom li għad hemm żmien għalihom sabiex ibiddlu fehmithom. Ir-residenti ta' Pembroke tkellmu wkoll waqt il-protesta, u nnutaw li l-pajjiż kollu, mhux biss Pembroke, qiegħed jifga bl-iżvilupp u t-traffiku. "Din iż-żona hija l-Project Green mogħtija lilna minn idejn Alla," irrimarka resident wieħed. Rappreżentant minn Flimk- ien għal Ambjent Aħjar staqsa, "Kemm aktar nistgħu nibnu?", hekk kif innota li l-komunitajiet u n-nies dejjem qegħdin ibatu iżjed mill-pressjoni tal-iżvilupp. Sadanittant, Valletta FC iddefenda l-iżvilupp f 'Pembroke u laqgħu b'sodisfazzjon il-fatt li l-proġett kiseb l-appoġġ taż- żewġ partiti politiċi ewlenin. Huma spjegaw li l-klabb ingħata art f 'Ħal Farruġ fl-2012 li fiha investew ħin u riżorsi sinifikanti. Madankollu, Valletta FC imbagħad ġew infurmati li l-iżvilupp tant mistenni ma se- tax jipproċedi peress li s-sit kien ġie allokat għal użi alternattivi. Fl-2020, l-art ittieħdet lura mill-gvern, u Valletta FC ingħataw żona fejn kien hemm miżbla f 'Ħal Luqa. Il-gvern es- prima l-impenn tiegħu li jiżgura li l-art issir adattata għall-iżvi- lupp. Minkejja dawn l-impen- ji, ladarba l-iskala u l-ispiża tax-xogħlijiet meħtieġa saru ev- identi, il-proġett ġie abbandunat malajr, u b'hekk il-klabb tħalla mingħajr il-grawnds tat-taħriġ tiegħu stess. "Għal aktar minn 25 sena, it- tfal tagħna tħarrġu mingħajr dar xierqa għall-futbol," qalu. "Dan il-proġett huwa dwar il-korrez- zjoni ta' dik l-inġustizzja, mhux dwar il-kuluri politiċi." Valletta FC esprima l-ap- prezzament tiegħu kemm lejn l-appoġġ tal-gvern kif ukoll tal-Oppożizzjoni biex dan iseħħ, f 'dak li ddeskrivew bħala spirtu ta' unità bejn il-partiti. "Mhux se nħallu l-ħolm tat-tfal jiddaħħal f 'aġendi partiġġjani, xi ħaġa murija b'mod ċar mill-appoġġ unanimu tal-proġett fil-parlament," qal il-klabb. Sadanittant, Momentum ikkritika l-iżvilupp propost f 'Pembroke u ssuġġerixxa li jinstabu siti alternattivi sabiex jiġu żviluppati l-faċilitajiet li jirrikjedi l-klabb, fosthom is-sit tal-Eks Power Station tal-Marsa.

