Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545060
35 kotba IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, Michaela Pia Camilleri taqbad il-ktieb Decolonising the Maltese Mind, u mill-istejjer ta' sottomissjoni li jissemmew fil-ktieb, tistaqsi għadniex bħala poplu b'mentalità li tagħna mhuwiex biżżejjed, mhuwiex sabiħ, jew li rridu ninbidlu sabiex nintgħoġbu mas-"superjuri" tagħna Il-kolonizzatur li għad għandna f 'moħħna … mas-sittin sena wara Ħa naqbad u ngħidha: dan il-ktieb għandu jkun fuq l-ixkaffa ta' kull dar Maltija u Għawdxija, u jekk baqa' xi nies fuq Kemmuna, hemmhekk ukoll. Charles Xuereb, fil-ktieb tiegħu Decol- onising the Maltese Mind: In Search of Identity (Midsea Books), li issa jinsab fit- tieni edizzjoni tiegħu, għamel biċċa xogħol kruċjali għall-poplu Malti u l-identità Maltija — identità li skontu għadna qed in- fittxuha u nippruvaw nibnuha. Kien kapaċi jqum mir-raqda kolonjali tagħna u jixtarr l-esperjenza tagħna bħala kolonja, bla ro- mantiċiżmu u b'riċerka reqqa — ħaġa li it Maltin irnexxielhom jagħmlu s'issa. Infatti, kif jgħid Xuereb, u kif wieħed jista' jinnota b'ħarsa ħafifa lejn l-ixkafef Maltin, dawn il-gżejjer, bil-kontra ta' bosta eks kolonji oħrajn, it li xejn għandhom letteratura kontrakolonjali. Xuereb jipprova jsib spjegazzjoni għal dan, permezz ta' analiżi reqqa tal-istorja tagħna mimxuta mat-teorija postkolonjali ta' diversi awturi, inkluż Edward Said, Frantz Fanon, u Ngũgĩ wa iong'o. Din il-kitba akkademika, iżda xorta waħda aċċessibbli, hija maqsuma f 'diversi kapitli, li jibdew billi jagħtu kuntest dwar il-kolonjaliżmu fuq livell globali, sa ma jdejjaq il-lenti tiegħu għal fuq Malta, partikolarment Malta taħt l-Ingliżi u l-effetti li din għadha tħalli fuq il-Maltin illum il-ġurnata, bħal pereżempju bit-turiżmu — diskussjoni li ħafna Maltin għadhom mhumiex lesti għaliha. Is-sottotitlu tal-ktieb jikxef ħafna mill-premessa prinċipali li jagħmel l-awtur f 'kitbitu: li bħala poplu għadna qed infittxu l-identità tagħna. L-awtur jenfasizza matul il-ktieb li l-ħakkiema tagħna, partikolarment l-Ingliżi, għamlu minn kollox biex iwaqqfu l-iżvilupp tal-identità nazzjonali tagħna, sabiex isaħħu l-poter tagħhom f 'artna. Dan wassal sabiex issa, iżjed minn sittin sena wara li sirna (uffiċjalment) indipendenti, għadna qed inxejru saqajna fl-arja sabiex insibu l-art taħtna u nqumu fuq saqajna. Xuereb jispjega t-tattiċi ta' manipulazz- joni u indottrinazzjoni persistenti li kienu jużaw l-Ingliżi, ħafna drabi bl-għajnuna tal-Maltin stess, sabiex ġabu l-Maltin nies defiċjenti li nsew l-identità tagħhom sabiex ikunu jistgħu jissopravvivu taħt il-ħakma tal-barrani 'superjuri'. Ikisser totalment l-impressjoni li għandhom ħafna Maltin li aħna konna xi ħbieb tal-Ingliżi, li fil-verità kienet relazzjoni mġennba favur il-potenti. Pereżempju, jikkwota lis-Segretarju tal-Istat għall-kolonji, William Onslow, li ddeskriva lill-Maltin bħala beżżiegħa, bla sinsla, doċli u ubbidjenti. U dan ħadu vantaġġ minnu, anke permezz tal-ippremjar ta' ċerti Maltin li kienu alleati tagħhom. Anzi, permezz ta' ċerti tattiċi, pinġew lilhom infushom bħala kultura sofistikata, sa ma ċerti Maltin ippref- erew ikunu "xi it Ingliżi" milli "sempliċe- ment Maltin" — ħaġa li għadna narawha llum pereżempju permezz tal-lingwa, fejn ħafna Maltin m'għandhomx apprezzament lejn l-ilsien Malti, u kważi jarawh bħala xi ħaġa imbarazzanti. Il-fatt li l-Malti qatt ma rrispettajnieh fisser li qatt ma stajna nużawh bħala għodda ta' reżistenza, jgħid Xuereb. Tattika li pereżempju ma kelli ebda idea dwarha kienet li ssoppressaw l-eww- el Innu Malti li qatt ġie rrekordjat, tant li sfurzaw l-għeluq tat-Teatru Rjali, fejn kien ħa jindaqq għall-ewwel darba. Dan l-innu m'għadux magħna, għaliex "intilef ", jew kif jalludi l-awtur, ġie meqrud minn xi lagħqi tal-Ingliżi. Apparti minn hekk, l-Ingliżi tħabbew sew mal-Knisja, għaliex għarfu l-poter li kellha fuq in-nies, u tawha ċerti privileġġi materjali. B'hekk il-Knisja kienet alleata tal-Ingliżi, u it nies qatt qamu kon- tra l-ħakkiema. Tajjeb ngħidu wkoll li Malta ġiet trattata differenti minn kolonji oħra. Apparti li konna doċli, u aċċettajnie- hom b'idejna miuħin wara li ħlisna mill-Franċiżi, aħna konna gawdejna minn kultura Ewropea u kellna klassi ta' nobbli edukati Maltin. Dan l-Ingliżi għarfuh, u qagħdu attenti li ma jxellfuhiex wisq magħ- na. Apparti minn hekk, lill-Ingliżi bdejna narawhom bħala ħbieb tagħna wara li ġġilidna maġenbhom fit-Tieni Gwerra Din- jija, u l-Ingliżi bħala kolonizzaturi minflok sirna narawhom bħala l-Ingliżi bħala ġens. Apparti minn hekk, l-Ingliżi bnew memorja kolonjali permezz tal-introduzzjoni ta' festi bħal għeluq snin ir-Re jew ir-Reġina, l-użu ta' ismijiet Ingliżi għat-toroq, u l-installazz- joni ta' monumenti ddedikati lill-koloniz- zatur — monumenti li għadna lanqas biss neħħejna, minkejja li wħud minnhom huma totalment irrelevanti għal Malta. Jinnota wkoll kif it-turiżmu sar estensjoni tal-kolonjaliżmu — diskussjoni li it għadha saret fil-letteratura u fl-akkademja Maltija. Xuereb jgħid li ħloqna fantasija għat-turist li hi 'l bogħod mir-realtà tal-Maltin. Infatti, meta nirrakkontaw l-istorja tagħna lit-turis- ti, nenfasizzaw partijiet mill-istorja u l-kul- tura tagħna u nimmodifikawha biex tappella lit-turisti. Anke l-fatt li pereżempju nużaw ismijiet ta' ċerti bajjiet bl-Ingliż minflok bil-Malti bħal Golden Bay flok Il-Mixquqa jew Blue Grotto flok Il-Ħnejja — ħaġa li waqa' għaliha l-awtur stess, meta naqas milli jsemmi x'jissejħu bil-Malti. Infatti, ħaġa li tolqtok f 'dal-ktieb hija l-lingwa użata: l-In- gliż. Fl-introduzzjoni, l-awtur jirrikonoxxi din l-ironija. Nistaqsi allura: wasal iż-żmien li dan ix-xogħol importanti jiġi tradott għall-Malti? Xi ħaġa li ħallietli xi mistoqsijiet jien u naqra dan il-ktieb kien il-fatt li l-aw- tur iffoka biss fuq żmien l-Ingliżi. Infatti, ġieli jagħmel referenzi għall-Kontinent, bħallikieku għandna nixħtu ħarsitna lejh, minflok lejn il-gżira mitfugħa fuq il-Punent tiegħu. Dan jgħidu pereżempju b'referen- za għall-mudell kuratorjali Ingliż adottat minn Heritage Malta, li bir-raġun għandu jiġi kritikat meta tqis li anke l-isem ta' din l-entità tant marbuta mal-kultura u l-istorja Maltija huwa bl-Ingliż. Jipparagunaha mal- mużew MUŻA, li minflok adotta l-mudell Kontinentali. Però ikolli nistaqsi: għala għandna nixħtu għajnejna fuq eġemonija kulturali waħda u mhux oħra, minflok ma nagħmlu eżerċizzju postkolonjali iebes u nibdew inrawmu mudelli tagħna? U, għaliex qed ninvestigaw lill-Ingliżi biss? Xi ngħidu għall-ħakkiema li ġew qabilhom? Però tajjeb li ninnota wkoll li minkejja li lil Xuereb ħafna jakkużawh li huwa Frankofilu, dan ma joħroġx minn kitbitu. Fejn kellu bżonn jik- kritika, ikkritika, u fejn ħass li kellu jfaħħar, faħħar, u kliemu dejjem saħħu bl-evidenza. Dan il-ktieb huwa pass importanti ħafna fit-traġitt postkolonjali tagħna. L-awtur jipprova jiem il-preżent permezz tal-pas- sat, u dan jagħmlu b'suċċess, permezz ta' mistoqsijiet ibsin u tingiż fil-laħam il-ħaj. L-għan finali tiegħu hu li nagħrfu l-passat tagħna, niddikolonizzaw lil imħuħna u nib- dew niffurmaw l-identità tagħna. Però qabel nagħmlu dan, tajjeb li naqbdu ktieb bħal dan, u ninżgħu l-velu kolonjali li jkompli jtappan l-istorja tagħna.

