MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 24 MAY 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545060

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

Analiżi ta' Hermann Schiavone, analist politiku Wasalna fl-aħħar ġimgħa tal-kampanja elettorali li kienet ikkaratterizzata minn numru esaġerat ta' proposti miż-żewġ partiti ewlenin. Ma niftakar qatt kemm ili nsegwi l-elezzjonijiet li qatt saru dawn il-proposti kollha. Naturalment, il-pressjoni fuq il-partit rebbieħ se tkun kbira u jrid ikabbar l-ekonomija biex ikun jista' jsostni l-wegħdiet kollha. Kienet kampanja elettora- li distinta wkoll minn kull kampanja preċedenti fil-mod kif ġabu ruħhom il-mexxejja u l-partiti. Għall-ewwel dar- ba, nazzarda ngħid fl-istorja politika Maltija, kellna kam- panja fejn l-attakki personali u negattivi kienu għalkollox assenti … Almenu sal-lum. Pereżempju mkien ma smajna bil-kelma korruzzjoni f 'din il-kampanja. Imkien ma smajna li xi politiku għandu jmur il-ħabs u mkien ma rajna kartelluni bi wċuħ ħomor u blu. Dan huwa mertu taż-żewġ mexxejja li għamlu sforz biex ikollna kampanja nadifa u ħielsa mill-attakki personali. Jiġri x'jiġri nhar is-Sibt, l-is- torja għad trid tħares lura lejn din il-kampanja bħala l-ew- wel waħda tax-xorta tagħha. Din probabbilment se tkun l-aktar kampanja fejn l-għada tal-elezzjoni l-familji jkomplu bil-ħajja tagħhom mingħajr skossi u ġlidiet familjari kif is-soltu jiġri f 'numri ta' familji fejn il-membri jappoġġjaw partiti differenti. L-attendenzi fil-mass meetings naqsu. Il-partiti qagħdu attenti fl-ewwel Ħadd tal-kampanja li ma jagħżlux pjazez u toroq kbar. Huwa minnu li l-ewwel Ħadd kien Jum l-omm u allura wieħed irid ikun kawt. Il-Ħadd li għadda, il-Partit Laburista mar l-Imqabba fejn organizza mass meeting f 'kull elezzjoni mill-2013 sal-lum. Kienet deċiżjoni kuraġġuża għax it- triq kbira immens. Min-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista kien aktar kawt u minkejja li reġa' mar il-Mosta, għażel Triq il-Kostituzzjoni flok Vjal l-Indipendenza biex il-folla tidher aħjar. Naturalment, il-folol fil- mass meetings ma jfissru xejn. Jien kont preżenti f 'wieħed mill-akbar mass meetings tal-PN f 'Ta' Qali fl-1996. Sa dakinhar qatt ma rajna folol daqshekk kbar u l-PN tilef dik l-elezzjoni. Naturalment l-ak- bar mass meeting minn wara dakinhar kien dak ta' Ħal Far organizzat mill-PL. Il-midja soċjali llum hija l-akbar għodda li għandhom biex jaħdmuh biha l-partiti waqt elezzjoni. B'eċċezzjoni ta' ftit eluf fil-pajjiż, kważi kulħadd juża l-midja soċ- jali biex isegwi l-aħbarijiet u d-diskussjonijiet. L-użu tal-midja soċjali qed jiżdied minn elezzjoni għal oħra u nazzarda ngħid li fi ftit snin oħra dan il-mezz ta' komuni- kazzjoni se jisboq bil-bosta mezzi oħra. Għad niġu fi żmien fejn il-partiti jabband- unaw l-istazzjonijiet tat-TV u jiffukaw aktar fuq il-media soċjali biex iwasslu l-messaġġ tagħhom. Il-Partit Laburista kostanta- ment matul l-aħħar erba' snin kien qed jirreġistra maġġoran- za fuq il-Partit Nazzjonalista. Min-naħa tal-mexxejja rajna li Robert Abela wkoll kien qed jirreġistra numri tajbin ħafna meta kkomparat mal-avver- sarju tiegħu. Waqt il-kampan- ja, in-numri baqgħu stabbli u ftit li xejn iċċaqalqu lejn naħa jew oħra. Madankollu hemm figura f 'kull sondaġġ ippubblikat li żgur tinkwi- eta lill-istrateġisti taż-żewġ partiti. Din hija l-figura tal-in- deċiżi. Dawn huma nies li skont is-sondaġġi jvarjaw bejn 30,000 u 59,000 u li għadhom ma jafux x'se jagħmlu bil-vot tagħhom. Dawn huma figuri enormi li jistgħu jbiddlu riżultat ta' taħt fuq. Il-mod kif se jid- deċiedu dawn l-eluf huwa l-akbar uġigħ ta' ras għall-par- titi. Huwa diffiċli ħafna anke għall-partiti biex jidentifikaw min huma dawn il-votanti u jekk hemmx raġuni waħda għalfejn għadhom indeċiżi sal-aħħar ġimgħa tal-kampan- ja. Il-probabbiltà kbira hija li mhux raġuni waħda u lanqas ftit raġunijiet. Il-probabbiltà hi li hemm eluf ta' raġuniji- et għaliex biċċa mill-poplu għadu indeċiż. Sa nhar is-Sibt dawn l-in- deċiżi jridu jagħmlu għażla. Hemm erba' possibilitajiet x'jagħmlu bil-vot tagħhom. Għażla numru 1 hija li ma jiv- vutawx. Għażla numru 2 hija li jmorru jivvutaw lil partit żgħir. It-tielet għażla hija li jivvutaw PL u l-aħħar għażla li jivvutaw PN. Jekk l-għażla hija li jivvut- aw wieħed mill-partiti l-kbar allura se jkunu qed iħarsu lejn il-proposti li saru miż- żewġ partiti u jistaqsu lilhom infushom: 1. liema partit nemmen li se jwettaq dak li wiegħed? 2. liema partit għandu l-kredibilità li jwettaq dak li jwiegħed? 3. liema partit kapaċi jk- abbar l-ekonomija biex isostni l-wegħdiet li għamel? 4. liema mexxej għan- du l-aħjar tim biex ikabbar l-ekonomija u jimmaniġġja lil pajjiżna? Issa ma baqax wisq. Bħal- lum ġimgħa jkollna gvern gdid. Wasal il-mument tad-deċiżjoni. 07 illum • IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2026 Issa wasal il-mument tad-deċiżjoni lejn xi proposti tal-partiti ka. Proposta interessanti hija t-twaqqif ta' Ċentru Nazzjonali għar-Riċerka. Il-koperattivi jis- semmew fuq fuq. Jissemma ħafna l-AI, anke l-bżonn li jiġi regolat sew. PL, PN u ADPD kollha jsemmu s-settur tal-greentech. Forsi ovvja li ADPD itih l-akbar importanza bħala settur ekonomiku ġdid. Sa ċertu punt anke l-Momentum jirreferi għas-settur indirettament. Ħasra iżda li s-setturi ekonomiċi 'ġodda' tal-PL u l-PN ma tantx huma innovattivi, anzi jiddependu fuq it-tniġġis u l-logħob tal-az- zard. Stramberija Ħadra Se jkun hawn min jieħu għa- lih, imma l-leave biex toqgħod mal-qattus jew il-kelb, jew is-serp jew il-fenek meta jkunu ma jifilħux naqra żżejjed! Mhux tieħu mil-leave normali? Vera li l-pets isiru parti mill-familja, imma m'hemmx għalfejn ngħaġġbuha! Jew qed inkunu insensittivi? Stamberija Momentum Din tat-taxis bl-irħis tibqa' l-aktar stramberija gravi. Fl-aħħar tal-manifest jissemmew il-Friends of the Earth li jikkampanjaw favur trasport sostenibbli. Ma nafux jekk jappoġġjawhiex din tat-taxis issussidjati! Hemm xi ħaġa oħra stramba, mhux għax jissemmew fil-manifest, imma għax totalment injorati. L-ugwaljanza msemmija fil-konfront tal-irġiel u n-nisa biss, ħaddieħor inviżibbli u ma jeżistiv. Sinjal ta' partit konservattiv? Ma nafux. Stamberija Ħamra Fil-kapitlu dwar l-edukazzjoni jissemmew is-social robots jieħdu ħsieb lill-istudenti. U ajma! Din il-fissazzjoni li tridu ssemmu r-ro- bots jaħdmu bl-AI biex timpress- jonaw aqtgħuha ta! Dak jonqos issa, anqas kuntatt uman, anqas professjonisti biex inħallu f 'idejn ir-robots. Triduhom sew it-tfal! Stramberija Blu Ma nistgħux ma nsemmux l-arloġġ biex jgħidlek kemm int f 'saħħtek. Naqra gimmick hux? Kollox b'xejn mingħand il-gvern ħi! Fuq nota aktar serja, din tal-petrol station fil-baħar ta' min jerġgħu jaħsbuha. Hemm min idur itawwal il-ħajja tal-industriji tal-fuels kemm jista' jkun fit-tul. Minflok aħjar naraw kif insaħħu r-riċerka f 'vapuri aktar u aktar nodfa! Żgur li se jkun hemm min jgħidilna li ħallejna bosta proposti interessanti barra. Iva, hekk hu. Bilfors, inkella niktbu ktieb sħiħ flok artiklu. Sta għalikom biex tfit- txu u taqraw. Il-manifesti tal-PL, ADPD u Momentum issibuhom online bħala ktejjeb elettroniku. Tal-PN mifrux f 'kapitli separati. Sa fejn nafu aħna m'hemmx ktejj- eb wieħed sħiħ. Is-similaritajiet u d-differenzi interessanti u jixhdu r-ruħ ta' kull partit. X'aktarx l-ak- tar manifest ideoloġiku huwa dak tal-ADPD. Tal-PL u tal-PL aktar katalgu ta' offerti. Tal-Momen- tum diffiċli ssib linja ta' ħsieb fih. Imma mitt bniedem, mitt fehma. Fl-aħħar mill-aħħar int trid tixtarr u tiddeċiedi. Sa nhar is-Sibt dawn l-indeċiżi jridu jagħmlu għażla ADPD ippropona leave għal bżonnijiet ta' emerġenza fil- kura tal-pets X'aktarx l-aktar manifest ideoloġiku huwa dak tal-ADPD. Tal- PL u tal-PL aktar katalgu ta' offerti. Tal-Momentum diffiċli ssib linja ta' ħsieb fih

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 24 MAY 2026