Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545060
Hekk kif fadal biss it jiem ta' kampanji elettorali għall- elezzjoni ġenerali li jmiss, l-ewwel voti bdew jintefgħu fil- kaxxi tal-vot ilbieraħ, hekk kif inbdiet il-votazzjoni bikrija. Ilbieraħ, uħud mill-votan- ti rreġistrati f 'Malta vvotaw fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, filwaqt li dawk irreġistrati f 'Għawdex bdew jivvotaw fir-Razzett Sperimen- tali tal-Gvern fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija. Il-votazzjoni bikrija bdiet għall-ħabta tas-19:00 u baqgħet għaddejja sal-22:00. Din il-gazzetta sabet fluss kostan- ti ta' votanti bikrin jidħlu u joħorġu mis-Sala tal-Għadd tal-Voti tan-Naxxar nhar is-Sibt filgħodu. Il-votanti li ħadu sehem kellhom ċans sa 24:00 ta' nhar Ġimgħa sabiex jinnotifikaw lilll-Kummssjoni Elettorali li kienu se jivvotaw kmieni, u kienu mfakkra sabiex jieħdu d-dokument tal-vot tagħhom magħhom meta jitfgħu l-vot tagħhom. Sadanittant, il-mexxejja tal-partiti ħarġu filmati qosra fejn appellaw lill-votanti bikrin sabiex jivvotaw għall-kandidati tal-partiti rispettivi tagħhom. Il-Prim Ministru Robert Abela ppromova dak li ddeskri- va bħala kampanja pożittiva li kienet iffukata fuq iż-żamma tal-istabbiltà tal-pajjiż, fuq it-tit- jib tal-qagħda tal-familji u fuq il-kwalità tal-ħajja. Huwa qal li l-kampanja tal-Partit Laburista kienet iċċentrata fuq id-direzzjoni li għandu jieħu l-pajjiż fiż-żmien li ġej u kif Malta tista' tibqa' miexja 'l quddiem minkejja kriżijiet internazzjonali. Abela rrefera għal xi wħud mill-proposti fil-manifest tal-Partit Laburista, li qal li huma mmirati sabiex titjieb il-kwalità tal-ħajja tal-familji, ta' dawk li qegħdin jixtru l-propr- jetà tagħhom għall-ewwel darba, għan-negozji, għall-ħaddiema self-employed, għall-pensjonanti u għat-tfal. Il-Prim Ministru għalaq il-messaġġ tiegħu billi fakkar lill-votanti sabiex jaħsbu fil-futur ta' Malta u tal-familji tagħhom hekk kif ikunu qegħdin jivvotaw. Min-naħa l-oħra, il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg qal parti kbira mill-poplu għamel għażla dwar x'direzzjoni jrid li jieħu l-pajjiż fiż-żmien li ġej. Huwa saħaq fuq l-importanza li wieħed juża l-vot b'mod għaqli. Huwa wissa lill-votanti sabiex jaħsbu fi wliedhom, fl-ambjent, fis-saħħa, fl-ekonomija, fis-set- tur edukattiv u fil-futur tal-pajjiż hekk kif ikunu qegħdin jivvotaw. Borg qal li dawn l-oqsma huma fost diversi oħrajn li l-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista indirizza matul il-kampanja elettorali. F'appell simili waqt attività politika tal-Partit Nazzjonalista li saret nhar il-Ġimgħa, il-Pres- ident tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola wkoll tkellmet dwar l-importanza li l-votanti joħorġu jivvutaw fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. Waqt l-attività fis-Swieqi, hija enfasizzat li l-għażla li għand- hom il-votanti fit-30 ta' Mejju se tiddetermina l-ħames snin li ġejjin u lil hinn, u li kull vot se jagħti direzzjoni. Metsola nnutat li l-ewwel rawnd tal-votazzjoni kien se jibda proprju l-għada għal dawk li se jivvutaw kmieni, u ħeġġet lin-nies sabiex jiakru li l-voti tagħhom jiddeterminaw il-ħajja ta' kuljum ta' dak li jkun. Tibda l-votazzjoni bikrija Tibda l-votazzjoni bikrija madwar Malta u Għawdex madwar Malta u Għawdex 05 illum • IL-ĦADD 24 TA' MEJJU 2026 Matul il-jum tal- bieraħ, il-mexxejja tal-partiti politiċi enfasizzaw li l-vot se jiddetermina deċiżjonijiet kruċjali rigward il- futur tal-pajjiż Momentum jikkritika l-proposti taż-żewġ partiti ewlenin rigward it-trasport tal-massa Momentum ikkritika kemm lill- Partit Laburista kif ukoll lill- Partit Nazzjonalista, hekk kif il-partit ilmenta li ż-żewġ partit qegħdin jittrattaw il-kriżi tat- traffiku u t-trasport ta' Malta bħala "spettaklu elettorali" minflok emerġenza nazzjonali li teħtieġ ippjanar fit-tul. Momentum qal li l-proposta reċenti tal-Partit Nazzjonalista li jibni metrò fi żmien ħames snin kienet maqtugħa mir-"realtajiet amministrattivi, finanzjarji u infra- strutturali" ta' Malta. "Wara għexieren ta' snin fejn iż-żewġ partiti l-kbar naqsu milli jindirizzaw serjament ir-riforma tat- trasport, li f 'daqqa waħda twiegħed metrò fi żmien ħames snin mhu- wiex governanza kredibbli, iżda fan- tasy politics," qal il-partit fi stqarrija maħruġa nhar il-Ġimgħa, waqt li staqsa jekk sarux studji ġeoloġiċi u arkeoloġiċi meħtieġa. Momentum ikkritika wkoll lill- gvern dwar l-avviżi reċenti li l-Min- isteru tat-Trasport kien se jibda jagħmel studji ġeoloġiċi it ġimgħat qabel il-kampanja elettorali. "Dan huwa eżempju ieħor ta' knee-jerk politics maħsub għall-headlines aktar milli għal soluzzjonijiet," qal il-partit. "Kieku l-gvern verament emmen fl-ippja- nar tat-trasport fit-tul, dawn l-is- tudji kienu jsiru snin ilu bħala parti minn strateġija nazzjonali koerenti, mhux jinħarġu bl-għaġla fl-aħħar minuta qabel ma l-votanti jmorru jivvutaw." Il-partit argumenta li ż-żewġ partiti ewlenin qattgħu snin iżidu d-dipendenza ta' Malta fuq il-karoz- zi privati permezz ta' żvilupp bla kontroll, ippjanar spazjali dgħajjef u politika bbażata fuq il-bini jew it-twessigħ ta' toroq li ġġenerat aktar traffiku. Momentum ikkuntrasta dan ma' dak li ddeskriva bħala proposti ta' trasport "realistiċi u strutturati" ippreżentati waqt konferenza stampa reċenti mill-Inġinier Marco Cremona. Fost il-miżuri proposti kien hemm sistema ta' cab sharing li hija maħsu- ba sabiex tnaqqas l-għadd ta' vetturi privati fit-toroq. Il-proposti tal-partit jinkludu wkoll żieda fl-investiment fit-trasport pub- bliku affidabbli u frekwenti, xelters tal-karozzi tal-linja mtejba, it-tneħħija ta' waqfiet eċċessivi tal-karozzi tal-lin- ja, network estiż ta' korsiji tal-karozzi tal-linja, u aċċess imtejjeb għall-infor- mazzjoni tal-passiġġieri, inkluż jekk il-karozzi tal-linja humiex mimlija. Momentum appella għal infra- struttura aktar sikura għall-mixi u ċ-ċikliżmu, kif ukoll integrazzjoni aħjar bejn l-ippjanar tal-użu tal-art u l-politika tat-trasport. "Malta m'għandhiex bżonn we- għdiet grandjużi mħabbra f 'kull ċiklu elettorali," qal il-partit. "Għandha bżonn ippjanar kompetenti, miri realistiċi, u l-kuraġġ politiku sabiex tnaqqas id-dipendenza fuq il-karozzi b'mod serju u konsistenti." Mark Camilleri Gambin, kandi- dat ta' Momentum fuq it-3 u l-11-il distrett, qal li l-problemi tat-trasport ta' Malta mhux se jiġu solvuti permezz ta' "proġetti mirakolużi ta' ħames snin" jew studji tal-aħħar minuta mħabbra għal effett politiku, iżda permezz ta' "riformi stabbli u bbażati fuq l-evidenza implimentati bi trasparenza u kunsens nazzjon- ali". Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar

