MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 31 May 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545156

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 illum • IL-ĦADD 31 TA' MEJJU 2026 Iż-żewġ partiti ewlenin irnexxielhom jikkonvinċu lin-nies joħorġu jivvutaw IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Sas-2pm kienu vvutaw 43.59% tal-votanti eleġibbli. Iċ-ċifra ma kinitx tinkludi l-voti mitfugħa matul it-tlett ijiem ta' votazzjoni bikrija, fost- hom dawk tal-pazjenti fl-isptari- jiet, persuni li vvutaw qabel il-ġurnata elettorali u kategoriji oħra eleġibbli. L-ogħla turnout ġie rreġistrat fl-Ewwel Distrett b'47.30%, seg- wit mit-Tmien Distrett b'46.46% u mid-Disa' Distrett b'46.02%. Min-naħa l-oħra, l-inqas turnout ġie rreġistrat fit-Tnax-il Distrett b'39.76%, li kien l-uniku distrett li baqa' taħt l-40%. Id-distretti l-oħra rreġistraw turnout bejn 42% u 44%, b'livelli relattivament stabbli madwar il-pajjiż kollu. Fl-elezzjoni ġenerali tal- 2022, il-Kummissjoni Eletto- rali kienet ħabbret turnout ta' 40.5% sal-2pm fuq il-ġurnata tal-votazzjoni biss, li tela' għal 44.8% meta ġew inklużi wkoll il-voti bikrija. L-elezzjoni tal-2022 kienet ir- reġistrat turnout finali ta' 85.5%, l-inqas wieħed fl-istorja ta' Malta wara l-Indipendenza. Il-mexxejja tal-partiti ewlenin ħatfu l-okkażjoni meta marru jivvutaw biex iħeġġu l-partitarji tagħhom imorru jivvutaw. Il-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia Abela tefgħu l-vot tagħhom fiż-Żejtun filgħodu. Qabel daħlu fil-post tal-votazzjoni, sellmu lill-votanti li kienu miġbura barra l-iskola. Wara li tefa' l-vot tiegħu, il-Prim Ministru rringrazzja lill-elettorat u lill-midja għas-se- hem tagħhom matul il-kampanja elettorali. Abela kien milqugħ ukoll mill-Kummissarju Elettorali Ewlieni Joseph Camilleri. Il-Kap tal-Partit Nazzjonal- ista Alex Borg tefa' l-vot tiegħu fil-Munxar, Għawdex. Borg huwa l-ewwel mexxej ta' partit politiku f 'għexieren ta' snin li vvota f 'Għawdex. F'kummenti lill-ġurnalisti wara li vvota, Borg irringrazz- ja lill-membri tal-midja talli vvjaġġaw sa Għawdex biex iseg- wu l-ġurnata elettorali. Huwa appella wkoll lill-votanti biex ikomplu joħorġu jivvutaw. "Komplu vvutaw biex nagħtu nifs ġdid lil Malta," qal Borg, b'referenza għall-messaġġ ċentrali tal-kampanja elettorali tal-Partit Nazzjonalista. Barra l-post tal-votazzjo- ni, Borg kien akkumpanjat mill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, li matul il-kampanja kienet waħda mill-aktar persuni prominenti li appoġġjaw lill-PN. Miegħu kien hemm ukoll kandidati Nazzjon- alisti tat-13-il Distrett. Il-President ta' Malta Myriam Spiteri Debono tefgħet il-vot tagħha f 'Birkirkara s-Sibt. Iċ-Chairperson ta' Momen- tum Arnold Cassola tefa' l-vot tiegħu f 'Pembroke. Meta tkellem mal-ġurnalis- ti barra l-post tal-votazzjoni, Cassola appella lill-votanti biex jagħmlu l-għażla tagħhom b're- sponsabbiltà. "Ivvutaw skont il-kuxjenza tagħkom, għall-ġid tal-pajjiż," qal Cassola. Hu wasal fil-post tal-votazz- joni akkumpanjat mill-kandi- dat u s-Segretarju Ġenerali ta' Momentum Mark Camilleri Gambin. Matul din il-kampanja elettorali, Cassola kien wieħed mill-aktar vuċijiet prominenti barra ż-żewġ partiti ewlenin, bil-Partit Momentum jip- preżenta ruħu bħala alternat- tiva għall-votanti li jħossuhom diżillużi kemm mill-Partit Laburista kif ukoll mill-Partit Nazzjonalista. Momentum iffokat il-kam- panja tagħha fuq temi bħall-governanza tajba, il-pro- tezzjoni ambjentali, it-traffi- ku, il-kostruzzjoni eċċessiva u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi. Iċ-Chairperson tal-ADPD – The Green Party Sandra Gauci tefgħet il-vot tagħha fl-Iskola Primarja Maria Regina College f 'Buġibba, San Pawl il-Baħar, is- Sibt f 'nofsinhar. Meta tkellmet barra l-post tal-votazzjoni, Gauci appellat lill-pubbliku biex jipparteċi- pa fil-proċess demokratiku u jagħmel leħnu jinstema'. "Ipparteċipaw fil-proċess demokratiku u semmgħu leħinkom," qalet lil dawk preżen- ti. Gauci, li qed tikkontesta wkoll fis-sitt u t-tnax-il distrett eletto- rali, waslet fil-post tal-votazzjoni akkumpanjata minn Luke Caru- ana, uffiċjal tal-partit u kandidat fit-tnax u t-tlettax-il distrett. Matul il-kampanja elettorali, l-ADPD ippreżentat ruħha bħala alternattiva għall-votanti li qed ifittxu għażla differenti miż- żewġ partiti ewlenin. Il-partit iffoka l-messaġġ tiegħu fuq temi ambjentali, governanza tajba, trasparenza, ippjanar sostenibbli u kwalità tal-ħajja. Il-President tal-Parlament Ew- ropew u Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista Roberta Metsola tefgħet il-vot tagħha f 'Tas-Sliema waranofsinhar. Wara li vvutat, tkellmet mal-ġur- nalisti barra l-post tal-votazzjoni fejn hi wkoll appellat lill-votanti biex joħorġu jivvutaw. "Dan huwa jum importanti għall-pajjiż," qalet Metsola. Hija ħeġġet lill-elettorat jagħmel użu mid-dritt tiegħu tal-vot u jipparteċipa fil-proċess demokratiku. Mix-xellug, fuq: Il-President tar-Repubblika Myriam Spiteri Debono, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, iċ-Chairperson ta' Momentum Arnold Cassola, u ċ-Chairperson tal-ADPD – The Green Party Sandra Gauci

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 31 May 2026