MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545287

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Kreazzjonijiet taċ-ċikkulata u kejkijiet dekorati mill-istudenti tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi Il-kreattività u t-talent kienu fiċ-ċentru tal-at- tenzjoni hekk kif studenti tal-ewwel sena tal-Baċellerat fl-Arti Kulinarja fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) żvelaw kollezzjoni ta' biċċiet artistiċi taċ-ċikkulata u kejkijiet dekorati. Bħala parti mill-modulu Individual Pastry Practi- cal and Theory, l-istudenti ħadu sehem f 'dan il-proġett kreattiv taħt il-gwida tal-Let- tur Patissier tal-ITS, Jimmy Agius. Jaħdmu fi gruppi ta' tlieta, l-istudenti ħolqu biċċa taċ-ċikkulata b'tema u kejk dekorat. B'kollox ġew ippreżenta- ti 12-il kreazzjoni, li wrew it-talent tal-istudenti, l-atten- zjoni għad-dettall u l-ħili- et prattiċi miksuba matul il-programm. L-ITS qalet li hija kburi- ja bil-kisbiet tal-istudenti tal-Arti Kulinarja u tħares 'il quddiem biex tarahom ikomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom hekk kif isegwu karrieri fl-industrija kulinar- ja u tal-ospitalità. L-applikazzjonijiet għall-programmi ta' stud- ju tal-ITS bħalissa huma miftuħa sal-10 ta' Awwissu 2025. Dawk interessati jist- għu jaraw l-aħħar prospetti fuq: www.its.edu.mt/prospec- tus biex jesploraw il-firxa ta' programmi disponibbli, minn livell ta' Foundation sa livell ta' Master's Degree, f 'diversi oqsma fit-turiżmu u l-ospitalità.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 June 2026