Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545287
"L-insularità toħloq sfidi permanenti relatati mat- trasport, il- konnettività, il-katini tal- provvista u d-daqs tas-suq. Dawn mhumiex argumenti teoretiċi." 08 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2026 • illum aħbarijiet JAELLE BORG L-MEP Laburista omas Bajada kiseb appoġġ qawwi fil-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) tal-Parlament Ewropew għal proposta li tista' twassal għal kundizzjonijiet aktar favorevoli għal Malta fil-baġit Ewropew li jmiss. Nhar il-Ħamis, il-kumitat approva l-pożizzjoni tiegħu dwar il-futur tal-Pjanijiet Nazzjonali u Reġjonali ta' Sħubija, rap- port li ġie mfassal minn Bajada fil-kariga tiegħu ta' rapportatur (rapporteur). Dawn il-pjani- jiet mistennija jsiru wieħed mill-elementi ewlenin tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) il-ġdid tal-Unjoni Ewropea, li se jiddefinixxi kif se jintefqu biljuni ta' ewro bejn l-2028 u l-2034. Ir-rapport jiddeskrivi kif il-Parlament Ewropew jixtieq jara l-fondi Ewropej jitqassmu fost l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom. Fost il-bidliet proposti hemm sistema ġdida li tgħaqqad flimkien diversi oqsma ta' finanz- jament Ewropew, fosthom il-poli- tika ta' koeżjoni, il-fondi agrikoli, il-finanzjament għas-sajd u fondi relatati mal-affarijiet interni. Madankollu, wieħed mill-ak- tar punti importanti għal Malta huwa dak relatat mar-rata ta' kofinanzjament. Skont il-proposta attwa- li tal-Kummissjoni Ewropea, Malta tkun eliġibbli għal rata ta' kofinanzjament ta' 40%, li tfisser li l-Unjoni Ewropea tkopri biss 40% tal-ispiża ta' proġett, filwaqt li l-bqija jkollu jiġi ffinanzjat mill- Gvern jew mill-benefiċjarji. Ir-rapport ta' Bajada qed jipproponi li gżejjer bħal Malta jibbenefikaw minn rata preferen- zjali ta' 75%. Dan ifisser li l-kontribut Ewropew ikun ferm akbar u li proġetti strateġiċi jistgħu jsiru aktar faċilment mingħajr piż finanzjarju eċċessiv fuq il-finan- zi pubbliċi jew fuq l-operaturi ekonomiċi. Bajada argumenta li gżejjer bħal Malta ma jistgħux jiġu trattati bl-istess mod bħar-reġjuni tal-kontinent Ewropew. "L-insularità toħloq sfidi permanenti relatati mat-trasport, il-konnettività, il-katini tal-prov- vista u d-daqs tas-suq. Dawn mhumiex argumenti teoretiċi. Dawn huma realtajiet li jaffet- twaw lill-familji, lill-ħaddiema u lin-negozji kuljum," sostna l-MEP Malti. Ir-rapport jinkludi wkoll kapitlu ġdid iddedikat speċi- fikament għal żoni bi żvantaġġi ġeografiċi, inklużi l-gżejjer. Din hija novità importanti, hekk kif fil-passat dispożizzjonijiet ta' dan it-tip kienu normalment limitati għal reġjuni ultraperiferiċi jew għal ċerti gżejjer speċifiċi fi ħdan l-Unjoni Ewropea. F'kummenti lil din il-gazzetta, Bajada qal li l-akbar prijorità tiegħu matul il-ħidma fuq dan ir-rapport kienet li l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tkun aktar iffukata fuq in-nies. Huwa sostna li l-proċess kif kien oriġinarjament propost kien jagħti wisq poter lill-Kummiss- joni Ewropea u lill-burokrazija Ewropea. "L-għan ewlieni tiegħi kien li nressaq il-proposta kemm jista' jkun qrib il-ħtiġijiet tan-nies u li niddemokratizza sistema li kienet imfassla biex tagħti ħafna poter lill-istess entità li tkun qed tamministraha," qal Bajada. Huwa spjega li minn perspetti- va Maltija ffoka b'mod partikolari fuq il-ħtieġa li l-Istati u r-reġjuni gżejjer jingħataw trattament speċjali fid-disinn u t-tqassim tal-fondi Ewropej. "Dawn ir-reġjuni ma jist- għux jiġu trattati bl-istess mod bħar-reġjuni fil-kontinent Ew- ropew li ma jaffaċċjawx il-prob- lemi ta' konnettività tagħna. Għalhekk għandhom jingħataw il-prijorità li jixirqilhom," sostna. Ir-rapport jappella wkoll għal aktar parteċipazzjoni lokali fil- mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-fondi Ewropej. Bajada argumenta li l-finan- zjament Ewropew għandu jkun marbut mar-realtajiet li jgħixu l-komunitajiet u mhux sempliċe- ment ma' kalkoli ekonomiċi jew indikaturi makroekonomiċi. "Il-komunitajiet ma jistgħux jiġu amministrati minn spread- sheets fi Brussell," qal. Huwa żied li l-aqwa riżultati jintlaħqu meta l-awtoritajiet lokali, is-soċjetà ċivili, l-imsieħba soċjali u ċ-ċittadini jkunu involuti direttament fit-tfassil tal-prijor- itajiet. Mistoqsi minn din il-gazzetta kemm jemmen li l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewro- pea għandhom tassew għal qalb l-interessi tal-gżejjer, Bajada qal li jkun żball li wieħed jara dawn l-istituzzjonijiet bħala entitajiet b'pożizzjoni waħda. "Dawn huma istituzzjonijiet enormi li fihom hemm interessi u prijoritajiet differenti. Hemm min iqis il-kwistjonijiet tal-gżejjer bħala prijorità politika u hemm min ma jagħtihomx l-istess im- portanza," qal. Bħala eżempju semma l-Inter- group SEARICA fil-Parlament Ewropew, li jiffoka fuq il-baħar, il-gżejjer u ż-żoni kostali u li tiegħu huwa Viċi Chair. Huwa qal li permezz ta' dan il-grupp ilu jaħdem ma' diversi MEPs oħra biex il-vuċi tal-gżejj- er tinstema' aktar fil-proċess Ewropew. Barra minn hekk, Bajada żvela ma' din il-gazzetta li fl-aħħar ġimgħat kien involut f 'disk- ussjonijiet mal-Kummissarji Ewropej Costas Kadis u Raffaele Fitto dwar l-Istrateġija Ewropea għall-Gżejjer li mistennija tiġi ppubblikata fil-jiem li ġejjin. Huwa qal ukoll li kien bagħat ittra dwar dan is-suġġett it ġimgħat ilu sabiex jiżgura li l-ħtiġijiet speċifiċi tal-gżejjer ikunu riflessi fid-dokument finali. Sadanittant, l-MEP Nazzjonal- ista Peter Agius laqa' l-pożizzjoni adottata mill-kumitat u qal li din tikkumplimenta l-isforzi tiegħu favur aktar fondi għall-gżejjer. Agius tenna s-sejħa tiegħu biex Għawdex jingħata kapitlu dedikat fil-baġit Ewropew li jmiss minħabba s-sitwazzjoni partikolari tiegħu bħala gżira li taffaċċja l-isfida ta' insularità doppja. Huwa qal li l-proposta diġà qed tikseb appoġġ minn diversi Membri Parlamentari Ewropej u sostna li l-baġit Ewropew futur għandu jinkludi allokazz- joni speċifika għal Għawdex li tkun imfassla skont il-ħtiġijiet tal-Għawdxin stess. Il-vot favur ir-rapport ta' Baja- da issa jibgħat sinjal politiku im- portanti hekk kif ikomplu n-ne- gozjati dwar il-baġit Ewropew li jmiss. Għal Malta, ir-riżultat jista' jkollu impatt dirett fuq kemm fondi Ewropej se jkunu disponib- bli u fuq il-kundizzjonijiet li bi- hom dawn il-fondi jkunu jistgħu jintużaw fis-snin li ġejjin. Thomas Bajada jikseb appoġġ għal aktar fondi għall-gżejjer fil-baġit Ewropew il-ġdid Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew approva rapport imħejji mill-MEP Malti Thomas Bajada li jsaħħaħ il-każ għal trattament aktar favorevoli għall-gżejjer fil- baġit Ewropew li jmiss. F'kummenti lil din il-gazzetta, Bajada spjega għaliex jemmen li Malta għandha tingħata prijorità akbar fid-distribuzzjoni tal-fondi Ewropej. Bajada argumenta li l-finanzjament Ewropew għandu jkun marbut mar-realtajiet li jgħixu l-komunitajiet

