MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 7 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545287

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

opinjoni illum • IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2026 09 Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista ADRIAN DELIA L -aħħar elezzjoni ġenerali issa spiċċat. Il-poplu tkel- lem, ittieħdet id-deċiżjo- ni demokratika u Malta daħlet f 'fażi politika ġdida. Bħal kull elezzjoni, din ukoll trid tiġi analizzata b'serjetà, b'kalma u mingħajr emozzjonijiet żejda. Għax lil hinn mir-rebħa jew mit-telfa immedjata, kull elezzjo- ni tgħid ħafna dwar fejn jinsab il-pajjiż, x'qed iħoss il-poplu u x'qed jistenna mill-futur. Il-Partit Laburista kiseb ir-ra- ba' rebħa konsekuttiva tiegħu fil-Gvern. Dan huwa fatt politiku importanti li ma jistax jiġi min- imizzat. Fl-istess ħin, il-Partit Nazzjonalista rnexxielu jnaqqas id-distakk elettorali b'mod sostan- zjali meta mqabbel mal-elezzjoni tal-2022. Id-distakk niżel minn madwar 39,000 vot għal madwar 22,000 vot. Naturalment, f 'politika ma jeżistux rebħiet morali. Min jirbaħ jiggverna u min jitlef jispiċċa fl-Oppożizzjoni. Dik hija r-realtà demokratika. Iżda fl-istess ħin, elezzjoni trid tiġi analizzata mhux biss fuq min rebaħ, iżda wkoll fuq x'messaġġi bagħat l-elettorat. Waħda mill-aktar osservazz- jonijiet interessanti kienet li din il-kampanja kellha ton differenti minn ħafna kampanji oħra li rajna fl-aħħar snin. Il-politika dehret inqas tossika, inqas dominata minn mibegħda personali u aktar iffuka- ta fuq ideat ekonomiċi, taxxa, għoli tal-ħajja u l-futur tal-pajjiż. Il-korruzzjoni u l-abbuż ta' poter ma kinux ċentrali fid-diskors elettorali bħalma kienu f 'kampanji preċedenti. Kien hemm referenzi għal governanza u kontabilità, iżda ħafna aktar moderati fit-ton. F'ċertu sens, dan ħoloq kampanja aktar sopportabbli għall-poplu u anke aktar iffukata fuq il-ħajja reali tan-nies. Il-battalja saret aktar waħda bejn żewġ viżjonijiet ekonomiċi differenti. Il-Partit Laburista ppreżenta ruħu bħala garanzija ta' stabbiltà ekonomika u kontinwità. Il-mes- saġġ tiegħu kien wieħed sempliċi: l-ekonomija kibret, il-qgħad baqa' baxx u l-pajjiż għandu jkompli fit- triq attwali. Il-Partit Nazzjonalista, min-naħa l-oħra, prova joffri mudell differ- enti b'enfasi fuq tax cuts, produt- tività, familji u kwalità tal-ħajja. Il-kampanja tal-PN kienet ħafna aktar iffukata fuq il-poter tax-xiri min-nies, il-pressjoni tal-għoli tal- ħajja u l-bżonn ta' ekonomija aktar sostenibbli fit-tul. Forsi wieħed mill-aktar fatturi interessanti kien li l-PN deher aktar magħqud minn elezzjonijiet oħra. Anke jien stess għedt wara r-riżul- tat li ma niakarx livell daqshekk qawwi ta' koordinazzjoni bejn il-kandidati, it-tmexxija u l-espo- nenti kollha tal-partit. Dan ma kienx biżżejjed biex il- PN jirbaħ l-elezzjoni, iżda kien ċer- tament fattur li għen biex jitnaqqas id-distakk sostanzjalment. Wieħed irid jiem ukoll li l-Partit Laburista daħal għal din l-elezzjoni minn pożizzjoni b'saħħi- tha ħafna. Minkejja diversi kritika li saret tul is-snin dwar overdevel- opment, infrastruttura, governanza u pressjoni fuq il-kwalità tal-ħajja, ħafna votanti baqgħu jassoċjaw lill- Gvern mal-istabbiltà ekonomika. L-ekonomija Maltija kompliet tikber b'rata relattivament b'saħħi- tha u l-qgħad baqa' fost l-inqas fl-Ewropa. Għal ħafna familji, dan baqa' fattur determinanti fil-vot tagħhom. F'elezzjoni, is-sentiment ekono- miku ħafna drabi jkun aktar qawwi minn kull argument ieħor. Interessanti wkoll kif ħafna surveys qabel l-elezzjoni kienu qed ibassru distakk ta' bejn 18,000 u 20,000 vot bejn iż-żewġ parti- ti ewlenin. Dan juri li minkejja l-momentum pożittiv li kiseb il-PN tul il-kampanja, il-Partit Laburista baqa' jżomm bażi elettorali b'saħħi- tha ħafna. Madankollu, wieħed ma jistax jinjora l-fatt li l-elezzjoni wriet ukoll ċerti sinjali ta' bidla. L-ewwel nett, it-turnout reġa' tela' għal 87.4%, wara t-tnaqqis li rajna fl-2022. Dan huwa sinjal im- portanti għad-demokrazija Maltija. Għal ħafna xhur kien hemm biża' li l-apatija politika kienet qed tikber u li aktar nies kienu se jibqgħu d-dar. Iżda l-elettorat reġa' ħareġ jivvota b'numri għoljin ħafna. Dan ifisser li minkejja ċ-ċiniżmu li kultant naraw fuq il-midja soċjali, il-poplu Malti għadu jieħu l-elezzjoni b'ser- jetà kbira. Fl-istess ħin, il-fatt li l-PN naqqas id-distakk elettorali b'mod sostanzjali jfisser li hemm segment tal-elettorat li qed ifittex bilanċ akbar fil-politika Maltija. Forsi wieħed mill-aktar punti interessanti huwa li din l-elezzjoni ma tantx kienet elezzjoni ideoloġi- ka. Ma rajniex dibattitu kbir bejn xellug u lemin tradizzjonali. Kienet aktar elezzjoni dwar min il-poplu jafda biex jimmaniġġja l-ekonomija u l-isfidi ta' kuljum. Il-kampanja ffukat ħafna fuq taxxa, COLA, overtime, VAT, propjetà u l-għoli tal-ħajja. Dan juri li l-votant Malti qed isir aktar prag- matiku u aktar iffukat fuq il-finanzi personali tiegħu. Naturalment, wieħed irid ukoll jistaqsi x'għadu jonqos lill-PN biex jerġa' jsir alternattiva elettorali kredibbli biżżejjed biex jirbaħ. Il-verità hi li tnaqqis fid-dis- takk huwa pożittiv, iżda mhuwiex biżżejjed. Il-PN irid ikompli jibni fuq dak li rnexxielu jagħmel tajjeb f 'din il-kampanja. Irid ikompli jsaħħaħ il-kredibilità ekonomika tiegħu, il-messaġġ tiegħu u l-kon- vinzjoni li jista' jkun Gvern stabbli u preparat. Fl-istess ħin, il-Partit Laburista wkoll għandu messaġġ importanti x'jiem minn din l-elezzjoni. Għalkemm rebaħ b'mod ċar, id-distakk naqas sostanzjalment meta mqabbel mal-2022. Dan ifisser li hemm parti mhux żgħira tal-pajjiż li qed tfittex aktar bilanċ u li għandha tħassib reali dwar ċerti direzzjonijiet li qed jieħu l-pajjiż. Il-popolazzjoni, il-kwalità tal- ħajja, it-traffiku, il-kostruzzjoni u l-isfidi infrastrutturali baqgħu temi li ħafna nies tkellmu dwarhom. Interessanti wkoll kif il-par- titi ż-żgħar reġgħu naqsu milli jagħmlu ħoss elettorali sinifikanti. Minkejja ċertu diskors online favur "alternattiva ġdida", il-vot Malti baqa' ferm polarizzat bejn iż-żewġ partiti ewlenin. Dan jikkonferma kemm il-politi- ka Maltija għadha marbuta ma' sis- tema bipartitika b'saħħitha ħafna. Fl-aħħar u mhux l-inqas wieħed irid jiem aħjar l-impatt tal-vot tal-hekk imsejħa barranin f 'pajjiżna. Kemm kienu? Min kienu? Kif ġabu l-vot? Kif ivvut- aw? X'wassal għad-deċiżjonijijet tagħhom? Intant waħda mill-aktar lezzjoni- jiet importanti minn din l-elezzjoni hija li l-politika Maltija qed tibda tbiddel it-ton tagħha. Il-poplu jidher għajjien minn kampanji mibnija biss fuq mibegħda jew demonizzazzjoni. Qed ifittex aktar serjetà, aktar sustanza u aktar disk- ussjoni dwar il-ħajja reali tiegħu. Dan huwa żvilupp pożittiv għad-demokrazija. Il-politika għandha tibqa' kom- petizzjoni ta' ideat u mhux gwerra permanenti bejn tribujiet politiċi. Għandha tkun dibattitu dwar x'tip ta' pajjiż irridu nibnu u mhux biss dwar min għandu jobgħod lil min. Issa li l-elezzjoni għaddiet, il- pajjiż għandu bżonn jara maturità politika akbar minn kulħadd. Il-Gvern għandu mandat ċar biex imexxi. L-Oppożizzjoni għandha dmir ċar li tissorvelja, tikkritika fejn hemm bżonn u tippreżenta alternattiva kredibbli. Iżda fuq kollox, Malta għandha bżonn aktar għaqda u inqas polar- izzazzjoni permanenti. L-isfidi li għandna quddiemna huma reali ħafna. L-għoli tal-ħajja, il-kompetittività ekonomika, il-kwalità tal-ħajja, l-ambjent u l-futur taż-żgħażagħ huma kollha temi li jeħtieġu ħsieb fit-tul. Din l-elezzjoni għalhekk ma kinitx biss dwar min se jmexxi lill-pajjiż għall-ħames snin li ġejjin. Kienet ukoll riflessjoni ta' pajjiż li qed ifittex bilanċ ġdid bejn tkabbir ekonomiku u kwalità tal-ħajja, bejn stabbiltà u bidla, bejn kontinwità u viżjoni ġdida għall-futur. Elezzjoni li bidlet it-ton iżda mhux il-poter Il-politika Maltija qed tibda tbiddel it-ton tagħha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 7 June 2026