Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545287
"X' inhi d-dinjità tal-bniedem mingħajr saqaf fuq rasu? Id-dar hija l-bejta tal- familja, u kulħadd għandu dritt għal akkomodazzjoni xierqa." L -akbar privileġġ huwa dak li sservi lil pajjiżek. Ilni nagħmel dan, bħala membru tal-Kabinett, sa mill-2013. Mill-2008 bħala membru parlamentari Laburista. Se nkompli nservi fil-Kabinett matul din il-leġiżlatura l-ġdida bħala Ministru. Fl-elezzjoni ġenerali tas-Sibt li għadda ktibna l-istorja flimkien. Qatt ma kienet li partit politiku Malti jirbaħ erba' elezzjonijiet ġenerali wara xulxin. Qatt. Din kienet l-ewwel darba li ġrat, u mhux biss ksibna r-raba rebħa, iżda għamilna dan b'riżultat b'saħħ- tu ħafna. Distakk qawwi ta' 22,000 vot fuq il-Partit Nazzjonalista. Fuq nota personali, inħossni mċekken quddiem il-fiduċja tal-elettorat f 'din l-elezzjoni. Onorat bil-kbir bil-fiduċja li reġa' wera fija l-Prim Ministru Robert Abela, din id-darba bħala Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Artijiet fejn se nkun inkarigat li mmexxi 'l quddiem portafoll ta' importanza straordinarja li jġib fih tnejn mill-ikbar sfidi ta' din is-soċjetà. Fl-elezzjoni tal-ġimgħa l-oħra, mit-Tielet Distrett, ksibt riżultat b'saħħtu ħafna – 2,721 persuna tawni l-ewwel preferenza tagħhom, li jfisser li żidt l-appoġġ fuq l-elez- zjoni tal-2022. Grazzi mill-qalb lill-elettorat ta' dan id-distrett! Fuq il-Ħames Distrett ukoll l-elettorat tani appoġġ kbir u jien grat immens b'mod partikolari, lejn l-2,544 votant li f 'distrett fejn ikkontesta l-Prim Ministru kont l-għażla tagħhom meta ġie magħdud is-surplus ta' Dr Abela fit-tieni għadd. Dan hu appoġġ li jtik l-enerġija tkompli taħdem u twettaq. Fil-leġiżlatura li għaddiet servejt lill-pajjiżi bħala l-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali. Kien żmien sabiħ ħafna għalija. Kien ta' privileġġ kbir li nservi f 'dawn l-oqsma. Għamilna ħidma kbira. Wettaqna rivoluzzjoni fl-arti, u fil-kultura. Tajna pjatta- forma mill-aqwa lill-artisti lokali. Xandarna isem Malta mad-dinja kollha u tajnieha l-ogħla ġieħ. Għollejna 'l fuq isem pajjiżna fl-arti u l-kultura. L-artisti Maltin spik- kaw fuq il-palk dinji. Malta rebħet il-Biennale tad-Disinn li jsir f 'Lon- dra. F'Malta tellajna żewġ Biennali. Seddaqna l-patrimonju nazzjonali tagħna. Ħarisna l-wirt patrimonjali ta' Malta tagħna. Irrestawrajna me- ded sħaħ ta' swar, fortifikazzjonijiet u binijiet storiċi uniċi. Fil-qasam tal-artijiet, wettaq- na organizzazzjoni wiesgħa u meħtieġa fl-amminstrazzjoni tal- art pubblika. Tajna lura Manoel Is- land, Forti Tigne', Forti Binġemma u Forti Bengħajsa, u ħafna mkejjen pubbliċi oħra lill-familji Maltin u Għawdxin biex igawduhom. Fil-Gvern Lokali, flimkien mal-ħabiba għażiża tiegħi, Alison Zerafa Civelli, dakinhar Segretar- ju Parlamentari, illum fil-kariga mistħoqqa ta' Ministru, saħħaħna l-Kunsilli Lokali u tajniehom għod- da biex jaħdmu aħjar. Grazzi lil kull ħaddiem li b'xi mod kellu x'jaqsam ma' dawn l-oqsma fis-snin li jien servejt bħala Ministru. Mingħajrhom ma kont nagħmel xejn. Insellmilhom, u nawguralhom għall-ġejjieni. Issa, il-Prim Ministru Robert Abela, fdani b'Ministeru ġdid, dak tal-Akkomodazzjoni Soċjali, filwaqt li żammejt dekasteru milli kelli, dak tal-Artijiet. Nistqarr li din ir-responsabbiltà l-ġdida se nidħol għaliha b'ħeġġa, u b'impenn kbir. Fil-qasam tal-Artijiet fadlilna ħafna x'nagħmlu. Irridu nkomplu l-proċess ta' modernizzazzjo- ni fid-Dipartiment tal-Artijiet, fir-Reġistru tal-Artijiet u l-Uffiċċju Konġunt, filwaqt li rridu nassigu- raw li l-użu tal-art pubblika tkun għall-aħjar interess tal-poplu. Imbad hemm l-Akkomodazzjoni Soċjali. Dan huwa suġġett fil-qalba tal-politika Laburista. Il-Labour huwa sinonimu mal-Akkomodazz- joni Soċjali; ilu hekk minn żmien il-Perit Mintoff. Iċ-ċirkostanzi nbidlu, imma l-ħtieġa ta' Housing affordabbli tibqa' hemm. Għandna proposti tajbin ħafna għal dan il-qasam. Biżżejjed insem- mi l-proposta li l-Gvern jidħol biex jgħin għal 25% tal-prezz tax-xiri tal-propjetà biex iktar nies, inkluż żgħażagħ, isiru sidien ta' djarhom. Dan huwa settur sensittiv, u importanti immens. Għax x'inhi d-dinjità tal-bniedem mingħajr saqaf fuq rasu? Id-dar hija l-bejta tal-familja, u kulħadd għandu dritt għal akkomodazzjoni xierqa. Qabli kien hemm il-ħabib tiegħi Andy Ellul li fiż-żmien qasir li ħa ħsieb dan il-qasam ta saħħtu koll- ha. U qablu kien hemm il-ħabib tiegħi Roderick Galdes li wettaq ħidma intensiva, importanti, u ta' success f 'dan il-qasam. Jien se nkompli nibni fuq il-ħafna tajjeb li għamlu Roderick u Andy u se nkompli nibni fuqu billi nwettaq il-proposti tal-manifest li l-poplu għażel il-ġimgħa l-oħra. Kull fejn kont, dejjem tajt l-aħjar li stajt, kemm meta kont Ministru għall-Edukazzjoni, għall-Ġustizzja, għar-Riformi, għall-Ugwaljanza, għall-Kultura u għall-Gvern Lokali u issa bħala l-Ministru għall-Ak- komodazzjoni Soċjali u l-Artijiet. Dejjem fittixt li nagħti l-massimu tiegħi, u kulma għamilt għamiltu minn qalbi. F'kull Ministeru li kelli fittixt li ngħin lin-nies, u fejn inqast niskuża ruħi dejjem. Iżda kemm hu ta' privileġġ kbir li sservi lil pajjiżek. L-akbar sodisfazzjoni ikun dak meta niltaqa' ma' xi ħadd u jgħidli li meta fittixni, sabni. Aħna għalhekk qegħdin fil-politi- ka – biex inservu. Il-politika, anke jekk taf tkun diffiċli ħafna, imma hija sabiħa wisq għax b'li tkun qed tagħmel, tkun qed tagħmlu dejjem għall-aħjar u biex ħajjet in-nies titjieb. Wara s-suċċess elettorali tal-Par- tit Laburista, bla preċedent, u tant b'saħħtu, u fuq livell personali, dak tiegħi, issa nxammru l-kmi- em għal ħidma sfiqa b'risq Malta tagħna. Hemm ħafna xogħol xi jsir. Hemm ħafna riformi ambizz- jużi li jeħtiġilna nwettqu. Hemm ħafna ġid x'nagħmlu. U dan kollu se nagħmluh, minn qalbna, għal Malta pajjiżna. Kif wegħedna, se nkunu miegħek f 'kull pass. Fuq nota personali Irid ikompli l-proċess ta' modernizzazzjoni fid-Dipartiment tal-Artijiet, fir-Reġistru tal-Artijiet u l-Uffiċċju Konġunt 10 aħbarijiet IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2026 • illum opinjoni Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet OWEN BONNICI

