13
arti u kultura
IL-ĦADD 7 TA' ĠUNJU 2026 • illum
Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti
Kreazzjonijiet taċ-ċikkulata u kejkijiet dekorati
mill-istudenti tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi
Il-kreattività u t-talent
kienu fiċ-ċentru tal-at-
tenzjoni hekk kif studenti
tal-ewwel sena tal-Baċellerat
fl-Arti Kulinarja fl-Istitut
tal-Istudji Turistiċi (ITS)
żvelaw kollezzjoni ta' biċċiet
artistiċi taċ-ċikkulata u
kejkijiet dekorati.
Bħala parti mill-modulu
Individual Pastry Practi-
cal and Theory, l-istudenti
ħadu sehem f 'dan il-proġett
kreattiv taħt il-gwida tal-Let-
tur Patissier tal-ITS, Jimmy
Agius. Jaħdmu fi gruppi ta'
tlieta, l-istudenti ħolqu biċċa
taċ-ċikkulata b'tema u kejk
dekorat.
B'kollox ġew ippreżenta-
ti 12-il kreazzjoni, li wrew
it-talent tal-istudenti, l-atten-
zjoni għad-dettall u l-ħili-
et prattiċi miksuba matul
il-programm.
L-ITS qalet li hija kburi-
ja bil-kisbiet tal-istudenti
tal-Arti Kulinarja u tħares
'il quddiem biex tarahom
ikomplu jiżviluppaw il-ħiliet
tagħhom hekk kif isegwu
karrieri fl-industrija kulinar-
ja u tal-ospitalità.
L-applikazzjonijiet
għall-programmi ta' stud-
ju tal-ITS bħalissa huma
miftuħa sal-10 ta' Awwissu
2025. Dawk interessati jist-
għu jaraw l-aħħar prospetti
fuq: www.its.edu.mt/prospec-
tus biex jesploraw il-firxa
ta' programmi disponibbli,
minn livell ta' Foundation
sa livell ta' Master's Degree,
f 'diversi oqsma fit-turiżmu u
l-ospitalità.