MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545481

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

intervista IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2026 • illum 06 Nitkellmu ma'... SEFORA SCICLUNA Senior Executive, Training & Schemes, Jobsplus NICOLE CINI Department Manager, Jobseeker Services, Jobsplus YLENIA VELLA Department Manager, Jobseeker Services Division, Jobsplus L-iskemi li nieħu ħsieb jiena huma tlieta. Għandna l-Work Exposure Scheme, li tinvolvi sigħat fuq il-post tax-xogħol bħala placement. Għandna l-Work Exposure Scheme for Summer Students, li hija simili ħafna għall-Work Exposure Scheme, però hija mmirata direttament għall-istudenti. Għandna wkoll it-Traineeship Scheme. It-Traineeship Scheme tinkorpo- ra kemm taħriġ bħala placement fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll taħriġ formali f 'forma ta' kors, li jieħu ħsiebu l-Jobsplus. L-għanijiet huma ħafna u diversi. Peress li, bħala eliġibbiltà, kemm il-Work Exposure Scheme, kif ukoll it-Traineeship Scheme huma miuħin għal persuni li spiċċaw l-iskola obbligatorja sa 64 sena, issib varjetà kbira ta' parteċipanti. Issib min għadu kemm ħareġ minn fuq il-bank tal-iskola u jixtieq iġib daqsxejn esperjenza fuq post tax-xogħol. Ikun hemm ukoll min qed jipprova jara jekk dak ix-xogħol partikolari jew il-linja li hu interessat fiha tgħoddx għalih. Ikollna wkoll, pereżempju, nisa li kellhom it-tfal u waqfu mix-xog- ħol, imbagħad wara li jikbru t-tfal u jħossuhom komdi jidħlu lura fid-dinja tax-xogħol, ikunu jridu jerġgħu jġibu lura dik il-kunfiden- za. Issib ukoll min kien jaħdem f 'settur partikolari, iddejjaq, u jixtieq jesplora possibbiltajiet ġodda. Allura juża l-iskema bħala tip ta' tester biex jara jekk tgħoddx għalih. Il-parteċipanti jieħdu ċertifikat bil-kompetenzi kollha li jkunu kisbu waqt il-placement. Fil-każ tat-Traineeship, jekk it-trainee jagħmel tal-inqas 70% tas-sigħat tal-placement u tal-inqas 80% tal-kors, jieħu ċertifikat akkreditat fl-MQF Level 4. Għall-iskemi hemm sistema ta' applikazzjonijiet. Kif taħdem hija li kemm it-trainee kif ukoll l-employ- er jimlew applikazzjoni. Fil-każ tal-kumpanija, hemm il-possib- biltà li tagħmel talba għal job title wieħed għal kull applikazzjoni. Min-naħa tat-trainees, għand- hom massimu ta' tliet preferenzi ta' job titles li jistgħu jagħżlu. Min-naħa tagħna, kif nirċievu l-applikazzjonijiet u jiġu pproċes- sati, inqabblu t-talba tal-kumpanija mal-preferenzi li jkunu għażlu t-trainees. Hemm ukoll il-possibbiltà ta' dak li nsejħulu automatch, fejn min iħaddem ikun diġà għażel it-train- ee. F'dak il-każ ikun hemm lok fuq l-applikazzjoni stess fejn min iħaddem jindika li għażel lil dik il-persuna partikolari. Isibuha utli ħafna, speċjalment l-istudenti li jagħmlu l-Work Expo- sure Scheme for Summer Students. Ir-raġuni hija li din l-iskema hija maħsuba għall-istudenti biex ikunu jistgħu jagħmlu placement fis-sajf fil-qasam tal-preferenza tagħhom. Waqt is-sena skolastika ma jkollhomx ċans minħabba l-istudju u l-lezzjonijiet. Permezz ta' din l-iskema jkunu jistgħu jiġbru dawk li aħna nsejħulhom hard skills, jiġifieri l-ħiliet relatati man-natura tax-xogħol innifsu, kif ukoll so skills li huma utli f 'diversi tipi ta' xogħlijiet. Dawn jinkludu kif għandhom iġibu ruħhom fuq il-post tax-xog- ħol, kif għandhom jindirizzaw lis-superjuri tagħhom, kif għand- hom jieħdu inizjattiva u kif jaħdmu ma' oħrajn. Għalhekk isibuha utli ħafna. Il-Work Exposure Scheme tinkludi bejn 200 u 280 siegħa fuq perjodu ta' bejn 10 u 14-il ġimgħa. Id-differenza tiddependi fuq it-tip ta' xogħol li jkun qed isir. It-Traineeship Scheme għand- ha tul massimu ta' 14-il ġimgħa, filwaqt li l-Work Exposure Scheme for Summer Students tkopri 200 siegħa fuq massimu ta' 10 ġimgħat. Jobs Plus toffri numru ta' serviz- zi differenti, li aħna ngħidulhom servizzi normali. Però dejjem nindunaw li hemm grupp ta' nies li forsi għandhom bżonn ik- tar għajnuna. Għal din ir-raġuni applikajna għal ESF plus project li jismu Vaste 2 u f 'dan il-proġett qed noffru numru ta' servizzi anċillari għas-servizzi li noffru aħna s-soltu. Hemm ħafna servizzi taħt dan il-proġett. Huwa proġett kbir kważi kważi ta' tmintax-il miljun. Meta xi ħadd jisma' bl- isem Vaste 2, awtomatikament se jsaqsi xi tfisser. Din tfisser Vocational Assessment Training and Support for Employment. Dawn huma s-servizzi li fil- qosor noffru f 'dan il-proġett. Hemm qisu żewġ gruppi. Hemm il-maġġoranza tal-proġett hu mmirat lejn in-nies b'diżabilità u l-kumplament huwa mmirat lejn nies li pereżempju għadhom ħerġin mill-ħabs jew inkella xi ħadd li kien jieħu ċerti sustanzi u allura qed jerġa' jintegra ruħu fis-soċjetà. Hemm ukoll nies bi kwistjonijiet żgħar oħra li ċertu sapport żgur li se jgħinhom. Jekk nibdew minn dawk li għandhom xi diżabilità, hemm proċess sħiħ. Aħna l-ewwel naċċertaw li l-persuna għandha diżabilità, u minn hemmhekk jibda l-proċess taħt dan il-proġett. Imbagħad nibdew noffru occu- pation therapy assessment ability assessment jiġifieri naraw x'tista' tagħmel persuna, ma' liema tipi ta' xogħol huma adattati, u liema adattamenti jkun hemm bżonn fuq il-post tax-xogħol. Minn hemmhekk imbagħad hemm il-Fondazzjoni Lino Spiteri. Fondazzjoni bi sħab bejn Jobs Plus u l-Fondazzjoni nnifisha. Apparti l-gwida normali li tingħata mill-Fondazzjoni Lino Spiteri qed noffru job coaching, kif ukoll corporate relations of- ficers li joħorġu 'l barra jiltaqgħu ma' min iħaddem u jispjegaw servizzi differenti u s-sustenn li nistgħu noffru jekk huma ħa jimpjegaw persuna jew għand- hom persuna fuq il-post tax-xog- ħol b'diżabilità. Il-job coaches ukoll imorru hemmhekk jgħinu lil dak li jkun. Jekk ikun hemm biċċa xogħol, jaqsmuha f 'biċċiet żgħar biex dak li jkun ma jaqtax qalbu, u jgħinu kemm jistgħu sakemm jidraw fuq il-post tax-xogħol. Kif qed taraw, hemm ħafna servizzi offruti minn hemmhekk. Għal dawk li huma iktar 'il bogħod mill-post tax-xogħol, hemm ukoll shelted employability training. Dan huwa tip ta' taħriġ li qed jiġu offrut direttament mill- Jobs Plus minn numru ta' job coaches impjegati mal-Jobs Plus fejn hemm qisu kurrikulu marbut ma' affarijiet ta' kuljum. Però niffukaw iktar u iktar fuq biċċiet ta' xogħlijiet li nġibu min- naħa ta' min iħaddem fejn isir taħriġ. Hemm ukoll occupation simulations varji jew cleaners, jew inkella fuq catering jew ġardinaġġ. Hemm taħlita vasta ta' dawn it-tipi ta' simulazzjoni- jiet. Barra minn hekk, imbagħad jieħdu esperjenza fuq il-post tax-xogħol. Dawn huma it mis-servizzi li qed noffru għal min għandu tip ta' diżabilità. Ovvjament imbagħad hemm servizzi oħrajn li jmorru lil hinn minn dawn it-tip ta' nies. Hemm numru ta' aġenziji li nagħmlu outreach magħhom. Dawn l-aġenziji jistgħu jkunu aġenziji bħall-faċilità korretti- va jew inkella l-migrants unit. Naħdmu wkoll direttament ma' aġenziji oħrajn li jaħdmu fuq diżabilitajiet speċifiċi, ngħidu aħna l-awtiżmu, ADHD, u aktar. Aħna nagħmlu l-outreach mal-midja. Għandna wkoll proġett li għalih se jkun hemm kampanja fuq il-midja soċjali biex kemm jista' jkun titqajjem kuxjenza u n-nies hemm barra jkunu jafu bl-opportunitajiet li hemm disponibbli għalihom. Fuq kollox b'din il-kampanja jsibuha eħfef biex japplikaw. Immorru wkoll f 'ċerti skejjel fejn nidentifikaw lil min forsi jkollu bżonn dak is-support. Nagħmlu wkoll laqgħat mal-ġenituri biex ninfurmawhom kemm jista' jkun fuq is-servizzi varji li qed jiġu offruti biex imbagħad inkunu nistgħu nilħqu kemm jista' jkun il-gruppi tagħna. Jiena nilbes kpiepel differenti. Wieħed mill-kpiepel tiegħi huwa dak ta' Project Leader tal-Youth Guarantee, li huwa proġett iffinan- zjat mill-Fond Soċjali Ewropew. Dan huwa proġett immirat lejn żgħażagħ bejn il-15 u d-29 sena. Fi ħdan dan il-proġett hemm ħafna komponenti u ħafna affari- jiet li jistgħu jibbenefikaw min- nhom iż-żgħażagħ. Żagħżugħ li ma jaħdimx, li mhuwiex qiegħed fit-taħriġ u mhux qiegħed fl-ebda edukazzjoni, jista' jibbenefika minn training u minn upskilling f 'for- mat nonformali. Jiġifieri wieħed m'għandux jaħseb li se mmorru lura lejn l-iskola; mhux il-każ. Għandna ħames setturi ta' taħriġ li wieħed jista' jibbenefika minn- hom. Jista' jagħżel il-marittimu, il-qasam tas-settur oranġjo, fejn qed nitkellmu fuq kreattività, u affarijiet oħra. Wieħed jista' jidħol għall-Empower Youth — li huwa parti mill-Youth Guarantee — u jkun qiegħed jagħmel xi ħaġa filwaqt li jieħu allowance talli qed jipparteċipa fit-taħriġ. Apparti minn hekk, aħna ngħinu wkoll lil dawk iż-żgħażagħ li forsi jkunu spiċċaw l-iskola sekondar- ja u ma jkunux għaddew mill-O Levels. Minflok jaqtgħu qalbhom u jgħidu, "Tli sena u ma nistax nidħol inkompli nistudja," ikoll- hom ħames ġimgħat ta' taħriġ — qisu qed nitkellmu fuq lezzjonijiet tal-privat — fejn wieħed ikun qed jerġa' jagħmel ir-reviżjoni tas-suġġetti partikolari li minnhom ma jkunx għadda, u jkun jista' jagħti r-resit tagħhom fis-sessjoni ta' Settembru. Bl-istess mod, nassistu lill-istu- denti li diġà qegħdin l-MCAST u qed jagħmlu l-programm ta' taħriġ tagħhom hemmhekk, biex ikunu jistgħu jipprosegwu u jitilgħu minn sena għall-oħra. Għal dawk li forsi jbatu xi it, hemm dan il-pro- gramm ta' taħriġ ukoll. Nibdew minn żagħżugħ li bħalissa ma jagħmel xejn. Jis- ta' jew jikkuntattja lill-Advisor Unit tagħna, il-Youth Guarantee Unit fi ħdan Jobsplus, u jitlobna biex jidħol fil-programm. Aħna, minn żmien għal żmien, nagħmlu eżerċizzji ta' outreach ukoll, fejn nippromovu dawn l-opportuni- tajiet maż-żgħażagħ li ma jkunux qegħdin fl-edukazzjoni u lanqas fix-xogħol. Semmejt ukoll opportunità tajba ħafna, dik tal-mobilità. Dak huwa komponent separat, l-ALMA, fejn qed tingħata opportunità lil għaxar żgħażagħ biex isiefru barra minn xtutna u jieħdu opportunità ta' xogħol barra minn Malta għal xahrejn. Ara l-intervisti sħaħ fuq illum.com.mt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 June 2026