MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545481

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

Is-Sibt bdiet uffiċjalment il-15-il leġiżlatura mill-Indipendenza ta' Malta, b'Quddiesa solenni fil-Belt Valletta li attendew għaliha l-membri parlamentari miż-żewġ naħat tal- Kamra. Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma' martu Lydia Abela, u l-Kap tal- Oppożizzjoni Alex Borg, akkumpanjat minn Sarah Bajada, ħadu sehem fiċ- ċelebrazzjoni flimkien mad-deputati l-oħrajn. Il-Prim Ministru sostna li l-Gvern lest biex "jaqbad jaħdem minnufih", filwaqt li enfasizza l-intenzjoni tal-Kabinett li jibda jimplimenta l-programm leġiżlattiv tiegħu mingħajr dewmien. Il-ftuħ tal-Parlament seħħ biss 21 jum wara l-elezzjoni ġenerali u l-elezzjoni każwali, l-iqsar perjodu bejn elezzjoni u ftuħ parlamentari fl-istorja ta' Malta. Wara l-Quddiesa infetaħ il-Parlament formalment, fejn id-deputati eletti ħadu l-ġurament tal-ħatra tagħhom. Carmelo Abela inħatar Speaker tal- Kamra tad-Deputati, filwaqt li Bernard Grech se jservi bħala Deputat Speaker. www.illum.com.mt NRU 1017 €1.50 IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2026 IKOMPLI F'PAĠNA 4 PAĠNA 2 Il-prijoritajiet tal-MPs eletti permezz tal- mekkaniżmu korrettiv tal- ġeneru Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Glenn Bedingfield insista ma' din il-gazzetta li mhux se joqgħod iwieġeb għal kummenti li jsiru fuq il-media soċjali, lanqas dwar il-każ ta' Adrian Agius, magħruf bħala Tal-Maksar, li nstab fil-pussess ta' lap- top li allegatament kien qed jintuża b'aċċess għall-internet waqt li qed jiskonta sentenza ta' għomor il-ħabs. Bedingfield ikkonferma li t-tmexxija tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin ħadet miżuri dixxiplinari fil-konfront ta' priġunier, u li għamlet dan sew qabel ma saru allegazzjonijiet fil-media soċjali. 'Ħanqa ta' ħmar qatt ma telgħet is-sema!' Fuq il-każ tal-laptop ta' Adrian Agius fil-ħabs, Glenn Bedingfield jgħid li mhux se jilgħab il- logħba ta' min huwa skreditat u qed ifittex ir-relevanza fit-tejatrin tal-media soċjali Glenn Bedingfield TIBDA UFFIĊJALMENT IL-15-IL LEĠIŻLATURA MILL-INDIPENDENZA

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 June 2026