MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545481

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

Il-prijoritajiet tal-MPs eletti permezz tal- mekkaniżmu korrettiv tal-ġeneru Minn saħħa mentali u arti sa governanza, benesseri u ġustizzja, membri parlamentari li daħlu fil- Parlament permezz tal-mekkaniżmu korrettiv tal-ġeneru qalu li l-politika trid tibqa' ffukata fuq il- ħtiġijiet tan-nies u l-kwalità tal-ħajja tagħhom 02 IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2026 • illum JAELLE BORG It-12-il mara li daħlu fil-Parla- ment permezz tal-mekkaniżmu korrettiv tal-ġeneru se jkunu qed iġibu magħhom prijorita- jiet differenti, li jvarjaw minn saħħa mentali u edukazzjoni sa ġustizzja, governanza u kwalità tal-ħajja. Wara li ġew ikkonfermati fil-Parlament, din il-gazzetta staqsiet lill-membri parlamen- tari eletti permezz tal-mekka- niżmu żewġ mistoqsijiet: x'se jkunu l-prijoritajiet tagħhom bħala deputati u x'għandhom ikunu l-prijoritajiet ewlenin tal- Gvern fil-leġiżlatura li għadha kif bdiet. It-12-il deputata eletti permezz tal-mekkaniżmu huma Cressida Galea, Fleur Abela, Francesca Zarb, Yana Borg Debono Grech, Deborah Schembri u Romilda Zarb f 'isem il-Partit Laburista, kif ukoll Bernice Bonello, Julie Zah- ra, Norma Camilleri, Annabelle Cilia, Marilena Gauci u Miriana Calleja Testaferrata De Noto f 'isem il-Partit Nazzjonalista. Minn dawk li wieġbu, ħarġu diversi temi komuni, fosthom il-kwalità tal-ħajja, l-edukazzjoni, is-saħħa, il-benesseri mentali u l-ħtieġa li l-politika tibqa' qrib in-nies. Bernice Bonello qalet li l-pri- jorità ewlenija tagħha hija t-titjib tal-kwalità tal-ħajja tan-nies. Hija semmiet l-isfidi li qed jaffaċċjaw iż-żgħażagħ, l-għoli tal-ħajja, l-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u t-tisħiħ tas-servizzi pubbliċi, partikolarment fis- saħħa u fl-edukazzjoni. Bonello sostniet ukoll li huwa essenzjali li l-pajjiż ikompli jinvesti fi ppjanar sostenibbli, fil-protezzjoni tal-ambjent u f 'infrastruttura li ttejjeb il-ħajja taċ-ċittadini mingħajr ma tikkomprometti l-ġenerazzjoni- jiet futuri. Hija semmiet ukoll il-governanza tajba, it-trasparen- za u r-responsabbiltà bħala ele- menti essenzjali biex tissaħħaħ il-fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi. Fir-rigward tal-irwol tal-Op- pożizzjoni, Bonello qalet li dan għandu jibqa' wieħed kostruttiv u responsabbli, li mhux biss jiskrutinizza lill-Gvern iżda wkoll jippreżenta alternattivi kredibbli fuq temi bħall-għoli tal-ħajja, l-ambjent, il-gover- nanza, l-ekonomija sostenibbli u l-benesseri soċjali. Julie Zahra qalet li se tkompli taħdem biex il-politika tagħmel differenza konkreta fil-ħajja ta' kuljum tan-nies. Hija qalet li l-edukazzjoni hija l-bażi ta' soċjetà sana u għalhekk għandha tingħata prijorità flimkien mas- saħħa. Zahra qalet ukoll li Malta għandha tħares lejn ekonomija aktar sostenibbli li tiffoka fuq il-kwalità aktar milli biss fuq it-tkabbir fin-numri, sabiex jinħolqu opportunitajiet aktar ġusti għal kulħadd. Hija enfasiz- zat ukoll l-importanza tal-gov- ernanza u t-trasparenza biex tissaħħaħ il-fiduċja fil-politika. Minħabba l-esperjenza tagħha bħala Shadow Minister għall-Ar- ti u l-Ekonomija Kreattiva, Zahra qalet li l-arti u l-kultura għandhom jingħataw rwol aktar ċentrali fil-politika nazzjonali. Skontha, dawn mhumiex biss es- pressjoni tal-identità tagħna iżda wkoll mezz biex tinbena soċjetà aktar kreattiva u inklużiva. Minn-naħa tagħha, Norma Camilleri qalet li l-prijoritajiet tagħha jibqgħu dawk li kienet identifikat matul il-kampan- ja elettorali, jiġifieri s-saħħa mentali, in-nisa u Għawdex. Hija spjegat li meta wieħed jitkellem dwar is-saħħa mentali jkun inev- itabbilment qed jindirizza firxa wiesgħa ta' oqsma oħra, fosth- om is-saħħa fiżika, l-ambjent, l-edukazzjoni u l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Camilleri sostniet ukoll li għad hemm ħafna xogħol xi jsir favur in-nisa, partikolarment fejn jidħ- lu opportunitajiet f 'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet, ir-rwol tagħhom fis-soċjetà u s-saħħa tan-nisa. Hija qalet ukoll li, bħala Għawdxija, Għawdex jibqa' pri- jorità ewlenija għaliha, filwaqt li esprimiet il-preparament tagħha li taħdem fi kwalunkwe qasam li jiġi assenjat lilha mill-Kap tal-Partit. Dwar ir-rwol tal-Oppożizzjoni, Camilleri qalet li huwa importan- ti li jkomplu jissaħħu l-istrutturi tal-partit u tal-grupp parlamen- tari sabiex ikunu jistgħu jwet- tqu xogħolhom b'mod effettiv, iżommu lill-Gvern responsabbli għall-wegħdi tiegħu u jkomplu jaħdmu favur governanza tajba u kwalità ta' ħajja aħjar għall-poplu. Miriana Calleja Testaferrata De Noto qalet li l-prijoritajiet tagħha jibqgħu ż-żgħażagħ, is-saħħa mentali u l-ambjent. Hija sostniet li l-Oppożizzjoni għandha tibqa' tressaq soluzzjonijiet konkreti filwaqt li tkun vuċi għal dawk li jħossuhom mhux mismugħa biżżejjed. Min-naħa tal-Partit Laburista, Romilda Zarb qalet li l-prijorità tagħha bħala Membru Parla- mentari hija li tara li l-politika tkompli ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Hija semmiet il-Wellbe- ing Index bħala wieħed mill-għo- dod ewlenin li bih il-progress tal-pajjiż għandu jitkejjel, mhux biss permezz ta' ċifri ekonomiċi, iżda wkoll skont l-impatt fuq il- ħajja taċ-ċittadini. Zarb qalet li temmen f 'politi- ka li tagħti lin-nies l-għodod u l-opportunitajiet biex jilħqu l-po- tenzjal tagħhom. Hija semmiet l-edukazzjoni, il-ħiliet, is-saħħa mentali, il-familji u komunitajiet aktar b'saħħithom bħala oqsma li għandhom jibqgħu jingħataw prijorità. Dwar il-prijoritajiet tal-Gvern, hija qalet li dan għandu jkompli jiffoka fuq tkabbir ekonomiku li jwassal għal kwalità ta' ħajja aħ- jar u li jqassam il-ġid b'mod ġust. Hija sostniet ukoll li l-investi- ment fis-saħħa, l-edukazzjoni u l-ambjent għandu jibqa' fil-qalba tal-ħidma tal-Gvern. Francesca Zarb, li qed tagħmel l-ewwel passi tagħha fil-Parla- ment, qalet li l-qasam li l-aktar jinteressaha huwa dak tal-ġusti- zzja. Hija sostniet li l-Parlament għandu jfassal liġijiet ġusti li aktar tard ikunu jistgħu jiġu applikati b'mod effettiv fil-qrati. Madankollu, hija qalet li l-prijorità personali tagħha hija li tibqa' qrib in-nies fid-distrett tagħha. Francesca Zarb qalet li waqt il-kampanja elettorali ltaqgħet ma' diversi persuni li qalulha li jittamaw li jibqgħu jarawha anke wara l-elezzjoni, u sostniet li dan huwa impenn li trid iżżomm. Dwar il-prijoritajiet tal-Gvern, hija qalet li l-fatt li l-Parlament reġa' fetaħ f 'perjodu daqshekk qasir wara l-elezzjoni huwa sin- jal ċar li hemm rieda li l-man- ifest elettorali jibda jitwettaq immedjatament. Hija semmiet fost l-oħrajn ir-riforma tal-IVF u l-Wellbeing Index bħala inizjat- tivi importanti, filwaqt li sostniet li l-proposti tal-manifest għand- hom jibdew jiġu implimentati fl-iqsar żmien possibbli. Minkejja l-prijoritajiet dif- ferenti, ir-risposti juru kunsens ċar dwar diversi temi ewlenin. Kemm id-deputati tal-Gvern kif ukoll dawk tal-Oppożizzjo- ni enfasizzaw il-ħtieġa li titjieb il-kwalità tal-ħajja, li jissaħħu l-edukazzjoni u s-saħħa, li tingħata aktar attenzjoni lill-be- nesseri tan-nies u li l-politika tibqa' qrib il-komunitajiet li tirrappreżenta. Mix-xellug: Bernice Bonello, Norma Camilleri, Miriana Testaferrata de Noto, Julie Zahra, Francesca Zarb u Romilda Zarb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 June 2026