MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 21 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545481

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

I l-Prim Ministru Robert Abela fdani b'dekasteru sensittiv u importanti ħafna. Il-prijorità assoluta tiegħi hi s-serjetà, l-integrità, u r-responsabbiltà f 'ħid- mieti. L-Intern u s-Sigurtà huma oqsma kruċjali għal kull pajjiż. Huma oqsma li dejjem taħt il-lenti tal-pubbliku, u tal-mezzi tax-xan- dir — kif għandu jkun. Iżda min ikun responsabbli poli- tikament ta' dawn l-oqsma, f 'dan il-każ jien, għandu għażla ċara quddiemu: Jew jinġarr mill-kurrent tal-ispettaklu, u jaħli ħin prezzjuż jirreaġixxi għal min għandu l-aġen- di distorti tiegħu, jew jimxi b'mod serju, integru u responsabbli. Jien nagħżel is-serjetà u r-responsab- biltà, inkella nkun qed nonqos lil pajjiżi u lill-poplu tagħna. Sintendi, din tal-aħħar mhix triq faċli għax ikollok, ħafna drabi, tagħżel it-triq tas-silenzju, imma l-għaqal hekk jitlob u għaqli li dejjem infittex li nkun. Reċentement it-tmexxija tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin ħadet miżuri dixxiplinari fil-kon- front ta' priġunier, sew qabel ma saru allegazzjonijiet fil-midja soċjali. L-azzjoni setgħet tittieħed għax fil-ħabs hemm sorveljanza u skrutinju kontinwu. Dwar dan il-każ ħtart inkjesta li qed titmexxa mill-Imħallef irtirat u ta' esperjenza kbira, Dott. Antonio Mizzi. Is-serjetà titlob li l-inkjetsa titħalla ssir b'mod seren, kif għandu jkun, u kif isir f 'kull każ. Għalija m'hemmx priġunieri tal-ewwel u tat-tieni klassi — kulħadd suġġett għall-istess regoli. Żgur li m'iniex se naqa' għat-tentazzjoni li nilgħab il-logħba ta' min huwa skreditat u qed ifittex ir-relevanza fit-teatrin tal-midja soċjali. Kif qalli darba anzjan għaref fl-università tat-triq, naħqa ta' ħmar qatt ma telgħet is-sema! Nieħu l-okkażjoni biex insellem u nirringrazzja lill-ħaddie- ma kollha tal-Faċilità u ntennilhom l-appoġġ sħiħ tiegħi. L-immigrazzjoni Minkejja li ilni biss it ġranet f 'din il-kariga ta' Ministru ġdid għall-Intern u s-Sigurtà, il-ħidma diġà rrankat sew. Fl-aħħar jiem mort Ċipru u l-Italja għal żewġ laqgħat mal-Ministri tal-Intern u s-Sigurtà tal-UE, b'rabta mal-im- migrazzjoni irregolari. Fil-laqgħa ta' Ruma, bħalma għamilt fil-laqgħa informali f 'Nikosija, iffukajt fuq l-importan- za li nindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-immigrazzjoni u fuq il-ħtieġa ta' investiment fit-tul fl-istabbiltà, il-prosperità u s-sigurtà komuni. L-immigrazzjoni irregolari tibqa', bla dubju, fuq l-aġenda tal-Unjoni Ewropea. Kull sena jintefqu biljuni ta' ewro fuq il-ħarsien tal-fruntieri, is-sistemi tal-ażil, iċ-ċentri ta' de- tenzjoni, l-operazzjonijiet ta' ritorn u l-miżuri ta' sigurtà maħsuba biex jikkontrollaw il-migrazzjoni irregolari. Dawn l-investimenti jgħinu biex tinżamm l-ordni u biex jiġu mħarsa l-fruntieri esterni tal-UE, iżda jiffukaw prinċipalment fuq il-konsegwenzi tal-migrazzjoni aktar milli fuq il-kawżi tagħha. Biex insibu soluzzjoni sostenibbli u umana għal din l-isfida, irridu nindirizzaw b'mod aktar effettiv il-kawżi ewlenin tagħha. Spjegajt kif in-nies, ħafna drabi, ma jimbarkawx fuq vjaġġi perikolużi b'kapriċċ, iżda għax iċ-ċirkostanzi tagħhom iġegħlu- hom jagħmlu dan. Id-diffi- kultajiet ekonomiċi, in-nuqqas ta' opportunitajiet ta' xogħol, l-instabbiltà politika, u l-effetti dejjem jikbru tat-tibdil fil-klima huma spiss il-fatturi li jwasslu lil ħafna biex jimbarkaw fuq vjaġġi perikolużi. Għal għadd kbir ta' żgħażagħ f 'diversi partijiet tal-Afrika, l-għażla ħafna drabi tkun bejn ċirkostanzi diffiċli ħafna u t-tama għal futur aħjar. Għalhekk illi kull żagħżugħ jew żagħżugħa li jingħa- ta tama f 'pajjiżu jfisser persuna inqas imġiegħla tagħmel vjaġġ perikoluż, u possibilment ħajja oħra salvata. Azzjoni F'dawn il-jiem, din id-darba dwar persuni li jkunu f 'pajjiżna illegalment, il-Pulizija tal-Immi- grazzjoni wettqu operazzjonijiet f 'għadd ta' lokalitajiet, fosthom il-Marsa, il-Ħamrun, il-Fgura, u l-Blata l-Bajda li fihom ġabru għadd ta' persuni li jirriżulta li kienu Malta illegalment. Wara li jiġu vverifikati l-fatti, dawn il-per- suni jitneħħew minn Malta dejjem b'rispett sħiħ lejn il-liġijiet internaz- zjonali. Aħna poplu akkoljenti, iżda min m'għandhux dritt ikun Malta mhux se jitħalla jikser il-liġi. L-Al Kifah Din il-ġimgħa għamilna pass im- portanti ieħor fir-relazzjoni unika bejn Malta u l-Libja — it-tlestija tax-xogħlijiet fuq il-bastiment tal-Gwardja tal-Kosta Libjana, l-Al Kifah. Permezz ta' dan il-basti- ment tkun tista' tiġi miġġielda aħjar il-ġlieda kontra t-traffikanti tan-nies mil-Libja lejn il-Mediter- ran, fosthom Malta. L-immigrazzjoni irregolari mhijiex biss sfida għall-pajjiżi tad-destinazzjoni tal-immigranti. Hija wkoll realtà li tħalli impatt qawwi fuq il-pajjiżi ta' tranżitu, fosthom il-Libja, li għadha tilqa' numru kbir ta' immigranti. Din hija responsabbiltà li trid tinqasam bejn kulħadd, u għandna bżonn soluzzjonijiet prattiċi u konġunti. L-investiment li sar f 'dan il- proġett juri b'mod ċar l-impenn ta' Malta biex tissaħħaħ is-sigurtà marittima fir-reġjun u jenfasizza l-appoġġ konkret tagħna biex tkompli tissaħħaħ il-kapaċità op- erattiva fil-Mediterran Ċentrali. Malta, bħala pajjiż newtrali, tibqa' impenjata bis-sħiħ li tkun pont bejn l-Ewropa u l-Afrika ta' Fuq, billi tgħin biex jissaħħaħ id-djalogu, l-istabbiltà u l-kop- erazzjoni ekonomika fir-reġjun tagħna. Caritas Wieħed mill-ewwel impenji uffiċjali tiegħi kien il-gradwa- zzjoni ta' grupp ta' żgħażagħ mill-Aġenzija Caritas. Is-sħubija bejn il-Gvern u l-Caritas hija eżempju konkret ta' kollaborazz- joni bejn istituzzjonijiet pubbliċi u organizzazzjonijiet fil-komu- nità. Spjegajt kif bħala Gvern se nibqgħu nagħmlu l-parti tagħna. Il-professjonisti u l-organizzazz- jonijiet se jibqgħu jagħmlu l-parti tagħhom. U kull persuna trid tagħmel il-parti tagħha wkoll. Is-sig- urtà pubblika ma tibdiex u ma tispiċċax b'arrest jew sentenza; hija sforz kollettiv li jgħaqqad il-prevenzjoni, ir-riabilitazzjoni, ir-reintegrazzjoni u r-responsab- biltà personali. Il-programmi ta' riabilitazzjoni mid-droga għall-priġunieri huma parti minn viżjoni ta' soċjetà ġusta u ekwa li tagħti opportunitajiet reali għat- tieni ċans. Huwa dmir tagħna bħala soċjetà, u dmir tal-Gvern, li nkomplu ninvestu, nappoġġjaw u noħolqu opportunitajiet konkreti li jistgħu jwasslu għal bidla pożitti- va fil-ħajja tan-nies. RISe Din il-ġimgħa indirizzajt konferenza mtellgħa mill-Fon- dazzjoni RISe b'kollaborazzjoni man-network Ewropew RES- CALED. Il-Konferenza kellha t-tema "Towards Justice that Heals: Detention Houses as the Way Forward" — "Lejn Ġustizzja li tfejjaq: Faċilitajiet ta' Detenzjoni bħala t-Triq 'il Quddiem". Spjegajt kif irridu nkomplu nibnu sistema korrettiva li tgħaqqad ir-responsab- biltà mal-opportunità, l-appoġġ mal-kontabbiltà, u s-servizzi pro- fessjonali ma' sħubijiet b'saħħithom fil-komunità. Fl-aħħar mill-aħħar, l-għan tagħna huwa wieħed sem- pliċi: li nappoġġjaw bidla pożittiva, insaħħu l-komunitajiet tagħna, u ngħinu fil-bini ta' soċjetà aktar sigura, aktar inklużiva u aktar reżiljenti. Il-ħidma tiegħi tkompli. Il-kriti- ka kostruttiva napprezzaha bil-kbir. Nitgħallem kuljum. Nisma' l-ħin kollu. Niddeċiedi bla' biża jew favur. L-impenn tiegħi kien, għadu, u jibqa' lejn pajjiżi. Se nagħti saħħti, u qalbi kollha, kif dejjem għamilt. Qalbi, saħħti, pajjiżi L-immigrazzjoni irregolari tibqa', bla dubju, fuq l-aġenda tal-Unjoni Ewropea 08 aħbarijiet IL-ĦADD 21 TA' ĠUNJU 2026 • illum opinjoni Ministru għall-Intern u s-Sigurtà GLENN BEDINGFIELD

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 21 June 2026