MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 28 June 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545612

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 aħbarijiet IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2026 • illum 'Lingwa li ma tkunx online tirriskja li ssir inviżibbli ' – Il-missjoni wara Dizzjunarju.mt Wara snin ta' ppjanar u żvilupp, tnieda Dizzjunarju.mt – pjattaforma diġitali bla ħlas li għandha l-għan li ssir il-punt ta' referenza ewlieni għal-lingwa Maltija u li tkompli tiġġedded skont kif il-lingwa tevolvi JAELLE BORG Il-Malti daħal f 'fażi ġdida tal-iżvilupp tiegħu bit-tnedija ta' Dizzjunarju.mt, pjattaforma diġitali nazzjonali li għandha l-għan li ssir il-punt ta' referen- za ewlieni għal-lingwa Maltija. Iżda wara s-sit elettroniku hemm storja li bdiet ħafna qa- bel ma ġie mniedi uffiċjalment il-proġett. Il-proġett qed jitmexxa mill-edituri ġenerali Michael Spagnol u Dwayne Ellul, flimkien mal-Uffiċjal Xjentifiku Bradley Cachia, ir-riċerkaturi Daniel Attard, Jean Paul Borg, John Paul Grima u Michela Vella, filwaqt li Julian "Julinu" Mallia kien responsabbli mid-disinn tal-logo u d-direzzjoni artistika. F'intervista ma' dan it-tim responsabbli minn Dizzjunarju. mt spjega li l-idea ma twelditx mil-lum għal għada, iżda ilha tinħema għal madwar ħmistax-il sena. Kienet mistoqsija sempliċi li wasslet għal dan il-proġett ambizzjuż: jekk lingwi oħra kellhom dizzjunarji moderni online, għaliex il-Malti kien għadu nieqes minn riżorsa ta' dan il-livell? L-ewwel passi kienu modesti. Xi ideat inkitbu fuq karta u għal diversi snin saru tentattivi biex il-proġett jieħu forma. Madankol- lu, il-pass deċiżiv wasal fl-2024 meta d-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta' Malta ddeċieda li jinvesti r-riżorsi meħtieġa biex jinbena dizzjunarju diġitali nazz- jonali. Fl-istess waqt inbdiet ukoll kollaborazzjoni ma' kumpanija internazzjonali biex tinħoloq l-infrastruttura teknoloġika meħtieġa. Illum dak il-ħsieb inizjali nbidel fi pjattaforma li qed tikber kuljum u li t-tim iqis bħala inves- timent fit-tul għal-lingwa Maltija. "Lingwa li ma tkunx online tirriskja li tisparixxi" Il-ħolqien ta' Dizzjunarju.mt ma kienx biss proġett akkademi- ku, iżda wkoll ħtieġa nazzjonali. llum il-ġurnata ħafna mill-ko- munikazzjoni, it-tagħlim u anke r-riċerka jsiru online. Dan ifisser li lingwa li ma jkollhiex riżorsi diġitali ta' kwalità tista' tispiċċa marġinalizzata u titlef postha fit-teknoloġiji moderni. It-teknoloġija qed tinbidel b'pass mgħaġġel. Jekk il-Malti ma jkollux għodod diġitali b'saħħith- om, ikun aktar diffiċli biex jin- tegra f 'sistemi moderni, inklużi dawk ibbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali u huwa għalhekk li Dizzjunarju.mt, mhux biss huwa dizzjunarju, iżda infrastruttura lingwistika li tista' sservi lill-ġur- nalisti, lill-għalliema, lill-istu- denti, lit-tradutturi, lix-xandara, lir-riċerkaturi u lil kull min juża l-Malti fil-ħajja ta' kuljum. Dizzjunarju li qatt ma jkun lest Mistoqsija li ħafna qed jagħmlu hija meta l-proġett se jkun kom- plut. Iżda fl-intervista ġie spjegat li dizzjunarju ta' lingwa ħajja qatt ma jista' jitqies bħala lest. Il-lingwa tinbidel kontinwa- ment. Kliem ġdid jidħol fl-użu, kliem ieħor jieħu tifsiriet differ- enti u espressjonijiet ġodda jsiru parti mill-ħajja ta' kuljum. Dan huwa wieħed mill-akbar vantaġġi ta' pjattaforma diġitali. Minflok ma wieħed jistenna snin għal edizzjoni ġdida, il-kontenut jista' jiġi aġġornat immedjata- ment. Hawnhekk ġiet spjegata taqbila ta' Dizzjunarju.mt ma' ġnien. Xi partijiet tiegħu huma diġà lesti biex jitgawdew, filwaqt li oħrajn għadhom qed jitkabbru. Skonth- om, il-pubbliku jista' jibda jużah minn issa filwaqt li l-pjattaforma tkompli tikber "kelma b'kelma." Kif jinbena dizzjunarju? Għalkemm għall-utent jista' jidher sempliċi li jidħol ifittex kel- ma u jsib it-tifsira tagħha, wara kull entrata hemm ħafna sigħat ta' xogħol. Kull kelma tgħaddi minn riċerka bir-reqqa bl-użu tal-prinċipji tal-lessikografija moderna. Ir-riċerkaturi janaliz- zaw kif tintuża kelma fil-kitba u fit-taħdit, jivverifikaw it-tifsiriet tagħha u jirrevedu kontinwament l-informazzjoni sabiex din tibqa' preċiża. Il-fatt li d-dizzjunarju huwa kompletament diġitali jfisser ukoll li jista' jiġi kkoreġut u arrikkit kontinwament hekk kif il-lingwa tevolvi. Mhux biss il-Malti Standard Aspett importanti tal-proġett huwa li mhux se jiffoka biss fuq il-Malti standard. Il-pjattaforma għandha tirri- fletti l-lingwa kif verament tin- tuża mill-poplu Malti u Għawdxi. Għalhekk se jkun hemm spazju għad-djaletti, il-varjanti reġjonali, il-pronunzji differenti u kliem li forsi jintuża biss f 'ċerti lokalita- jiet. Barra minn hekk, id-dizzju- narju se jinkludi kliem qadim u modern, termini tekniċi, kliem letterarju, espressjonijiet infor- mali, kif ukoll kliem użat mit-tfal u ż-żgħażagħ. L-għan mhuwiex li jintwera biss kif il-Malti "suppost" jintuża, iżda kif fil-fatt jgħix u jevolvi kuljum. Aktar minn sempliċi tifsira Min jidħol fuq Dizzjunarju.mt mhux se jsib biss traduzzjoni ta' kelma. Għal kull entrata hemm tagħrif dwar l-ortografija ko- rretta, is-sillabi, il-pronunzja permezz ta' awdjo, il-karatteris- tiċi grammatikali, il-plural jew il-konjugazzjoni fejn applikabbli, it-tifsira bil-Malti, ekwivalenti qrib bl-Ingliż, eżempji ta' użu, idjomi, l-etimoloġija u wkoll kliem relatat. Dan jagħmel il-pjattaforma utli, kemm għal min jitkellem il-Malti bħala lsien nattiv, kif ukoll għal dawk li qed jitgħallmuh bħala lingwa barranija. Dizzjunarju.mt huwa proġett ta' kulħadd. Huma appellaw lill-pub- bliku biex juża l-pjattaforma regolarment u jerġa' jżurha, hekk kif kliem ġdid u kontenut ieħor se jibqgħu jiżdiedu kontinwament. Kif spjegaw huma stess, il-lingwa Maltija ma tiqafx tikber, u lanqas dan id-dizzjunarju. it-tim responsabbli minn Dizzjunarju.mt

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 28 June 2026