Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1545612
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 28 TA' ĠUNJU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni L-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun qiegħda fl-aħħar preparamenti tagħha sabiex it jiem oħra tiċċelebra l-festa tal-patruna. Iċ-ċel- ebrazzjonijiet bdew il-Ħamis li għadda u jilħqu l-qofol tagħhom nhar il-Ħadd 5 ta' Lulju. Il-ħruġ tal-vara min-niċċa huwa uniku, fejn is-Sibt 27 ta' Ġunju wara l-quddiesa tas-6.30 ta' filgħaxija, bl-għajnuna tat-tfal preżenti u permezz ta' karru bir-roti, il-vara tinġibed u tinħareġ għall-qima fin-nofs tal-knisja. It-tfal kollha huma mħeġġa jattendu ħalli jkunu huma li joħorġu l-istatwa għall-jiem tal-festa. Sadanitant, l-Għaqda Mużikali Immakulata Kunċizzjoni tibda bl-attivitajiet esterni tagħha: carcade nhar il-Ħamis 25 ta' Ġunju fis-7.00 ta' filgħaxija; reċiviment għall-membri u nies distinti oħra nhar il-Ġimgħa 26 ta' Ġunju; l-Ikla tal-Festa nhar it-Tlieta 30 ta' Ġunju; programm mużikali fuq il-planċier nhar l-Er- bgħa 1 ta' Lulju; nhar il-Ħamis 2 ta' Lulju jibda' marċ brijuż minn quddiem il-knisja u jispiċċa fil-pjazza fejn tittella' l-istatwa tad-dimostrazz- joni fuq il-kolonna u wara l-banda tesebixxi programm fuq il-planċier. Il-qofol tal-attivitajiet mill-Għaqda Mużikali jiġi milħuq il-Ġimgħa 3 ta' Lulju fit-8.30 ta' filgħaxija bi Programm Vokali u Strumen- tali mtella' għall-ewwel darba mis-Surmast Direttur il-ġdid Mro Joseph Chircop u taħt il-Patroċinju tal-President ta' Malta. Waqt il-kunċert se jinġabru donazzjonijiet b'risq il-Community Chest Fund. Kull sena l-għaqda taħseb f 'xi ħadd li għandu bżonn l-għajnuna u l-kumitat din is-sena ddeċieda li l-għajnuna tingħata għall-ħidma tal-Commu- nity Chest Fund. Dan il-kunċert, bit-titlu Sinfonija Maltija, se jinkludi diversi kanzunetti Maltin u se jagħtu sehemhom il-grupp Għawdxi Folkloristiku Ogygia. Jingħaqdu magħhom diversi kantanti fosthom Cherise Spiteri, Mike Spiteri, Ritienne Azzopardi, Neville Refalo u Zaira Chetcuti. Kulħadd huwa mħeġġeġ sabiex jattendi għal dan il-kunċert. Id-dħul huwa b'xejn u se jsir fuq il-planċier tal-Għaqda fi Triq Kappillan Mifsud. Il-kunċert jibda fit-8.30 ta' filgħax- ija. Dakinhar ukoll tiġi offruta ura friska mill-parruċċani lix-xbieha tal-Madonna li hemm fi Pjazza Kappillan Muscat. Il-Ħadd, wara l-quddiesa solenni tal-festa, jibda marċ brijuż. Din is-sena wkoll, wara l-marċ ta' filgħodu, jingħata spettaklu ta' karti u duħħan ikkulurit minn fuq il-planċier fi Triq Kappillan Mifsud. Is-Sibt ikomplu l-attivitajiet esterni permezz ta' marċ brijuż. Il-Ħadd filgħaxija huwa l-mu- ment tant mistenni, fejn l-istatwa artistika u devota toħroġ iddur madwar it-toroq tal-par- roċċa. L-istatwa tiġi akkumpanjata mill-ban- da li ġġib isimha. Għall-ħabta tal-10.15 ta' filgħaxija, hekk kif il-vara tasal quddiem il-planċier fi Triq Kappillan Mifsud, tingħata tislima lil Madonna fost il-kant tal-Ave Marija.

